+L-Artikolu 2 Id-definizzjonijiet

L-Artikolu 2 Id-definizzjonijiet

L-Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1. 

“petrol” ifisser kull żejt minerali volatili maħsub għall-operat tal-magni tal-kombustjoni interna positive ignition għall-propulsjoni tal-vetturi li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 2710 11 41 , 2710 11 45 , 2710 11 49 , 2710 11 51 u 2710 11 59  ( 1 );

2. 

“karburanti tad-diżil” ifissru ż-żjut tal-gass li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 2710 19 41  (1)  u jiġu wżati għall-vetturi li jimxu bil-qawwa tagħhom infushom kif riferiti fid-Direttiva 70/220/KEE u d-Direttiva 88/77/KEE;

▼M4

3. 

“żjut tal-gass maħsuba biex jintużaw minn makkinarju mobbli li mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi tal-biedja u l-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni” tfisser kwalunkwe likwidu li ġej miż-żejt, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 41 u 2710 19 45  ( 2 ), maħsub għall-użu f’magni “compression ignition” imsemmija fid-Direttivi 94/25/KE ( 3 ), 97/68/KE ( 4 ) u 2000/25/KE) ( 5 );

▼M2

4. 

“reġjuni l-iktar il barra”; ifissru Franza rigward id-Dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar, il-Portugall rigward l-Azores u Madeira, u Spanja rigward il-Ġżejjer Kanarji;

▼M4

5. 

“Stati Membri b’temperaturi baxxi ambjentali fis-sajf” tfisser id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit;

6. 

“emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja” tfisser l-emissjonijiet netti kollha ta’ CO2, CH4 u N2O li jistgħu jkunu assenjati lill-karburant (inklużi l-komponenti mħallta) jew lill-enerġija fornuta. Dan jinkludi l-istadji kollha rilevanti mill-estrazzjoni sal-kultivazzjoni, inklużi l-bidliet fl-użu tal-art, it-trasport u d-distribuzzjoni, l-ipproċessar u l-kombustjoni, irrispettivament minn fejn iseħħu dawk l-emissjonijiet;

7. 

“emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għal kull unità ta’ enerġija” tfisser il-massa totali ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra ekwivalenti għas-CO2, assoċjati mal-karburant jew l-enerġija fornuta, diviż bil-kontenut totali tal-enerġija tal-karburant jew tal-enerġija fornuta (għall-karburant, espress bħala l-valur baxx ta’ tisħin tiegħu);

▼M9

8. 

“fornitur” tfisser “fornitur tal-karburant” kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (38), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

9. 

“bijokarburanti” tfisser “bijokarburanti” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

▼M7

10. 

“karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika” tfisser il-karburanti likwidi jew gassużi, għajr il-bijokarburanti li l-kontenut enerġetiku tagħhom joriġina minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għajr il-bijomassa, u li jintużaw fit-trasport;

11. 

“għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu” tfisser għelejjel li jinkludu prinċipalment ċereali (irrispettivament minn jekk jintużawx biss il-qmuħ jew il-pjanta kollha bħal fil-każ ta' qamħirrun aħdar, tuberi u għelejjel tal-għeruq (bħal patata, artiċokks, patata ħelwa, kassava u jam), u għelejjel corm (bħal taro u cocoyam);

12. 

“bijokarburanti ta' riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art” tfisser bijokarburanti li l-materja prima tagħhom ġiet prodotta fi skemi li jnaqqsu l-ispostament tal-produzzjoni għal finijiet minbarra dawk ta' produzzjoni ta' bijokarburanti li ġew prodotti f'konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti mniżżla fl-Artikolu 7b;

13. 

“residwu tal-ipproċessar” tfisser sustanza li mhijiex il-prodott(i) tal-aħħar li proċess ta' produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; din mhijiex għan primarju tal-proċess ta' produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha;

14. 

“residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija” tfisser residwi li huma ġenerati direttament mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija; dawn ma jinkludux residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat.

▼M4 —————

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0070
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.