|
+L-Artikolu 7 Bidla fil-provvista ta' żjut mhux raffinati |
L-Artikolu 7 Bidla fil-provvista ta' żjut mhux raffinatiL-Artikolu 7 Bidla fil-provvista ta' żjut mhux raffinati Jekk, bħala riżultat ta' avvenimenti eċċezzjonali, bidla f'daqqa fil-provvista ta' żjut mhux raffinati jew prodotti petroliferi jagħmluha diffiċli għar-raffineriji fi Stat Membru li jirrispettaw il-ħtiġiet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant ta' l-Artikoli 3 u 4, dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni, wara li tinforma lill-Istati Membri l-oħra, tista' tawtorizza valuri tal-limitu ogħla f'dak l-Istat Membru għall-komponent wieħed jew aktar tal-karburant għall-perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri u tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha. Kull Stat Membru jista' jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika tagħha. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn minn meta l-kwistjoni tkun riferita lilu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|