L-Istati Membri jridu jibdew strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riduzzjoni ta' skart bijodegradabbli li jmur ġo
►C1
landfill
◄ , mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'din l-istrateġija. L-istrateġija trid tinkludi miżuri biex jinkisbu l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 2 partikolarment bil-ħsieb ta' produzzjoni ta' riċiklar, kompostazzjoni,
biogas jew irkupru ta' materjali/enerġija. Fi żmien 30 xahar mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport flimkien mall-preparazzjoni ta' strateġiji nazzjonali.