+Artikolu 5 Skart u trattament mhux applikabbli►C1f'landfill◄
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 3a.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.

Artikolu 5 Skart u trattament mhux applikabbli►C1f'landfill◄

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
L-Istati Membri jridu jibdew strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riduzzjoni ta' skart bijodegradabbli li jmur ġo ►C1  landfill ◄ , mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'din l-istrateġija. L-istrateġija trid tinkludi miżuri biex jinkisbu l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 2 partikolarment bil-ħsieb ta' produzzjoni ta' riċiklar, kompostazzjoni, biogas jew irkupru ta' materjali/enerġija. Fi żmien 30 xahar mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport flimkien mall-preparazzjoni ta' strateġiji nazzjonali.
Artikolu 5 2.

Din l-istrateġija trid tiżgura li:

(a) 

mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), skart muniċipali bijodegradabbli li ►C1  f’landfill ◄ irid jiġi imnaqqas għal 75 % ta' ammont totali (bl-użin) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995 jew l-aktar tard qabel is-sena 1995 ta' fejn data Eurostat standardizzata tkun disponibbli

(b) 

mhux aktar tard minn tmien snin minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), skart muniċipali bijodegradabbli li jmur ►C1  f’landfill ◄ irid jiġi imnaqqas għal 50 % ta' ammont totali (bl-użin) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995 jew l-aktar tard qabel is-sena 1995 ta' fejn data Eurostat standardizzata tkun;

(ċ) 

mhux aktar tard minn 15 il-sena minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), skart muniċipali bijodegradabbli li jmur ►C1  f’landfill ◄ irid jiġi imnaqqas għal 35 % ta' ammont totali (bl-użin) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995 jew l-aktar tard qabel is-sena 1995 ta' fejn data Eurostat standardizzata tkun disponibbli

L-Istati Membri li fl-1995 jew l-aktar sena tard qabel l-1995 ta' fejn data EUROSTAT standardizzata tkun disponibbli jitfaw aktar min 80 % ta' l-iskart muniċipali miġbur tagħhom ġo ►C1  landfill ◄ jistgħu jippostponu li jilħqu l-mira kif stipulata fil-paragrafi (a), (b), jew (ċ) f'perijodu li ma jeċċedix ebra’ snin. Stati Membri li għandhom ħsieb li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet iridu jinfurmaw minn qabel lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Kummissjoni trid tinforma lill-Istati Membri l-oħra u l Parlament Ewropew b'dawn id-deċiżjonijiet.

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fis-sottoparagrafu preċedenti ma għandha qatt twassal għall-ksib ta' l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu (ċ) f’ data aktar tard minn erba snin wara d-data msemmija fil-paragrafu (ċ).

Artikolu 5 3.

L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex l-iskart li ġej ma jkunx aċċettat ►C1  f'landfill ◄ :

(a) 

skart likwidu;

(b) 

skart li, fil-kundizzjonijiet ta' ►C1  landfill ◄ , ikun esplussiv, korrusiv, isaddad, jieħu n-nar malajr, kif definut fl-Anness III għad- Diretttiva 91/689/KEE;

(ċ) 

skart ta' l-isptar jew skart ieħor tal-kliniċi li jiġi minn stabbilimenti medikaċi jew veterinarji, li huwa infettiv kif definut (propjetá H9 fl-Anness III) mid-Direttiva 91/689/KEE u skart li huwa f'kategorija 14 (l-Anness I.A) ta' dik id-Direttiva.

(d) 

tajers sħaħ użati minn sentejn mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1), barra tajers użati bħala materjal ta' inġinerija, u tajers użati imqatta ħames snin mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) (barra fiż-żewġ każi ta' tajers tar-roti u tajers b'dijametru ta' barra ta' ' l fuq minn 1 400 mm);

(e) 

kull tip ta' skart ieħor li ma jikkonformax mall-kriterji ta' aċċettazzjoni stabbiliti bi qbil ma’ l-Anness II;

▼M4

(f) 

skart li jkun inġabar b’mod separat għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament sussegwenti tal-iskart miġbur b’mod separat li għalih ir-rimi f’terraferma jagħti l-aħjar eżitu ambjentali f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 5 3a.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li mill-2030 ’il quddiem, l-iskart kollu li jkun adattat għar-riċiklaġġ jew għal irkupru ieħor, b’mod partikolari l-iskart muniċipali, m’għandux jiġi aċċettat f’landfill bl-eċċezzjoni tal-iskart li għalih ir-rimi f’landfills jagħti l-aħjar eżitu ambjentali f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.

L-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE, jew f’dokumenti strateġiċi oħra li jkopru t-territorju sħiħ tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 5 4.
Id-dilwit sħiħ ta' taħlit ta' skart unikament sabiex jikkonforma mall-kriterji ta' l-aċċettazzjoni huwa projbit.
Artikolu 5 5.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sal-2035, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f’landfills ikun naqas għal 10 % jew anqas tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat (skont il-piż).
Artikolu 5 6.

Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenza biex tintlaħaq il-mira msemmija fil-paragrafu 5 b’massimu ta’ ħames snin bil-kondizzjoni li dak l-Istat Membru:

(a) 

ikun rema f’landfills aktar minn 60 % tal-iskart muniċipali tiegħu ġġenerat fl-2013 kif rappurtat fil-Kwestjonarju Konġunt tal-OECD u l-Eurostat; u

(b) 

sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jipposponi l-iskadenza u jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni skont l-Anness IV għal din id-Direttiva. Dak il-pjan jista’ jiġi akkumpanjat bi pjan ta’ implimentazzjoni ppreżentat skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2008/98/KE.

Artikolu 5 7.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-pjan ta’ imlimentazzjoni ppreżentat skont il-punt (b) tal-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jirrevedi dak il-pjan jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness IV. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan rivedut fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni.
Artikolu 5 8.
F’każ ta’ posponiment tal-iskadenza f’konformità mal-paragrafu 6, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex, sal-2035, inaqqas l-ammont ta’ skart muniċipali mormi f’landfills għal 25 % jew anqas tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat (skont il-piż).
Artikolu 5 9.
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-mira stabbilita fil-paragrafu 5 bil-għan li żżommha jew, jekk ikun xieraq, tnaqqasha, tqis mira kwantitattiva per capita dwar ir-rimi f’landfills u ddaħħal restrizzjonijiet għar-rimi f’landfills ta’ skart mhux perikoluż minbarra dak muniċipali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.