|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.Din l-istrateġija trid tiżgura li:
(a)
mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), skart muniċipali bijodegradabbli li ►C1 f’landfill ◄ irid jiġi imnaqqas għal 75 % ta' ammont totali (bl-użin) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995 jew l-aktar tard qabel is-sena 1995 ta' fejn data Eurostat standardizzata tkun disponibbli
(b)
mhux aktar tard minn tmien snin minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), skart muniċipali bijodegradabbli li jmur ►C1 f’landfill ◄ irid jiġi imnaqqas għal 50 % ta' ammont totali (bl-użin) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995 jew l-aktar tard qabel is-sena 1995 ta' fejn data Eurostat standardizzata tkun;
(ċ)
mhux aktar tard minn 15 il-sena minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), skart muniċipali bijodegradabbli li jmur ►C1 f’landfill ◄ irid jiġi imnaqqas għal 35 % ta' ammont totali (bl-użin) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995 jew l-aktar tard qabel is-sena 1995 ta' fejn data Eurostat standardizzata tkun disponibbli L-Istati Membri li fl-1995 jew l-aktar sena tard qabel l-1995 ta' fejn data EUROSTAT standardizzata tkun disponibbli jitfaw aktar min 80 % ta' l-iskart muniċipali miġbur tagħhom ġo ►C1 landfill ◄ jistgħu jippostponu li jilħqu l-mira kif stipulata fil-paragrafi (a), (b), jew (ċ) f'perijodu li ma jeċċedix ebra’ snin. Stati Membri li għandhom ħsieb li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet iridu jinfurmaw minn qabel lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Kummissjoni trid tinforma lill-Istati Membri l-oħra u l Parlament Ewropew b'dawn id-deċiżjonijiet. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fis-sottoparagrafu preċedenti ma għandha qatt twassal għall-ksib ta' l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu (ċ) f’ data aktar tard minn erba snin wara d-data msemmija fil-paragrafu (ċ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|