|
+Artikolu 7 Applikazzjoni għal permess |
Artikolu 7 Applikazzjoni għal permessArtikolu 7 Applikazzjoni għal permess L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex l-applikazzjoni għal permess ta' ►C1 landfill ◄ irid ikun fih għall-inqas il-partikularitajiet li ġejjin:
(a)
l-identá ta' l-applikant u tal-operatur meta jkunu entitajiet differenti;
(b)
id-deskrizzjoni tat-tipi ta' kwantitá totali ta' skart li se jiġi depożitat;
(ċ)
il-kapaċitá proposta tas-sit tar-rimi;
(d)
id-deskrizzjoni tas-sit, inklużi l-karatteristiċi idroġeoloġiċi u ġeoloġiċi tiegħu;
(e)
il-metodi proposti għat-tnaqqis u prevenzjoni ta' tniġġiż;
(f)
l-operazzjoni, sorveljanza u pjan ta' kontroll proposti;
(g)
il-pjan ta' proċeduri ta' għeluq u kura ta' wara proposti;
(h)
fejn stima ta' impatt tkun meħtieġa skond id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 fuq l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-Ambjent ( 3 ), l-informazzjoni li hemm provvduta mill-iżviluppatur bi qbil ma’ l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva;
(i)
is-sigurtá finanzjarja mill-applikant, jew kull dispożizzjoni ekwivalenti oħra, kif meħtieġ skond l-Artikolu 8(a)(iv) ta' din id-Direttiva. Wara applikazzjoni għal permess li rnexxiet, din l-informazzjoni trid issir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-istatistika Komunitarji u nazzjonali meta tiġi mitluba għal skopijiet ta' statistika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|