|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex qabel ma jiġi aċċettat l-iskart fis-sit ►C1 ta' landfill ◄ :
(a)
qabel jew waqt li jkun qed jinġarr, jew ta' l-ewwel fis-serji ta' ġarr, provdut li –t-tip ta' skart ma jinbidilx, id-detentur jew l-operatur jista’ juri, b'mod ta' dokumentazzjoni xierqa, li l-iskart in kwistjoni jista jiġi aċċettat f'dak is-sit skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-permess, u li jikkonforma mall-kriterji ta' l-aċċettazzjoni stipulati fl-Anness II;
(b)
il-proċeduri li ġejjin huma rispettati mill-operatur:
—
il-kontroll tad-dokumentazzjoni ta' l-iskart, inklużi dawk id-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/689/KEE u, fejn hu applikabbli, dawk meħtieġa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' l-iskart ġewwa, għal ġo u għal barra mill-Komunità Ewropea (
5
);
—
spezzjoni viżwali ta' l-iskart fid-daħla u fil-punt ta' depositu u, kif xieraq, verifika ta' konformitá mad-deskrizzjoni provduta fid-dokumentazzjoni mogħtija mid-detentur tagħha. Jekk kampjuni rappreżentattivi jridu jittieħdu sabiex jiġu implementati l-Anness II, il-punt 3, livell 3, ir-riżultati ta' l-analiżi jridu jinżammu u t-teħid ta' kampjuni jrid isir f’konformitá ma l-Anness II, il-punt 5. Dawn il-kampjuni jridu jinżammu għall-inqas xahar wieħed;
—
jinżamm reġistru tal-kwantitajiet u karatteristiċi ta' l-iskart depożitat, li jindika l-oriġini, data tal-ġarr, identitá tal-produttur u kollettur fil-każ ta' skart muniċipali, u, fil-każ ta' skart perikoluż, il-post preċiż tas-sit. Din l-informazzjoni trid issir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti statistiċi Komunitarji u nazzjonali meta tintalab għal skopijiet ta' statistika;
(ċ)
l-operatur ►C1 tal-landfill ◄ jrid dejjem jipprovdi stqarrija bil-miktub ta' riċevuta ta' kull vjaġġ aċċettat fis-sit;
(d)
mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, jekk skart ma jkunx aċċettat ►C1 fil-landfill ◄ l-operatur irid jinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritá kompetenti bin-nuqqas ta' aċċettazzjoni ta' l-iskart. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|