+Artikolu 11 Proċeduri ta' aċċettazzjoni tal-iskart
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.

Artikolu 11 Proċeduri ta' aċċettazzjoni tal-iskart

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex qabel ma jiġi aċċettat l-iskart fis-sit ►C1  ta' landfill ◄ :

(a) 

qabel jew waqt li jkun qed jinġarr, jew ta' l-ewwel fis-serji ta' ġarr, provdut li –t-tip ta' skart ma jinbidilx, id-detentur jew l-operatur jista’ juri, b'mod ta' dokumentazzjoni xierqa, li l-iskart in kwistjoni jista jiġi aċċettat f'dak is-sit skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-permess, u li jikkonforma mall-kriterji ta' l-aċċettazzjoni stipulati fl-Anness II;

(b) 

il-proċeduri li ġejjin huma rispettati mill-operatur:

— 
il-kontroll tad-dokumentazzjoni ta' l-iskart, inklużi dawk id-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/689/KEE u, fejn hu applikabbli, dawk meħtieġa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' l-iskart ġewwa, għal ġo u għal barra mill-Komunità Ewropea ( 5 );
— 
spezzjoni viżwali ta' l-iskart fid-daħla u fil-punt ta' depositu u, kif xieraq, verifika ta' konformitá mad-deskrizzjoni provduta fid-dokumentazzjoni mogħtija mid-detentur tagħha. Jekk kampjuni rappreżentattivi jridu jittieħdu sabiex jiġu implementati l-Anness II, il-punt 3, livell 3, ir-riżultati ta' l-analiżi jridu jinżammu u t-teħid ta' kampjuni jrid isir f’konformitá ma l-Anness II, il-punt 5. Dawn il-kampjuni jridu jinżammu għall-inqas xahar wieħed;
— 
jinżamm reġistru tal-kwantitajiet u karatteristiċi ta' l-iskart depożitat, li jindika l-oriġini, data tal-ġarr, identitá tal-produttur u kollettur fil-każ ta' skart muniċipali, u, fil-każ ta' skart perikoluż, il-post preċiż tas-sit. Din l-informazzjoni trid issir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti statistiċi Komunitarji u nazzjonali meta tintalab għal skopijiet ta' statistika;
(ċ) 

l-operatur ►C1  tal-landfill ◄ jrid dejjem jipprovdi stqarrija bil-miktub ta' riċevuta ta' kull vjaġġ aċċettat fis-sit;

(d) 

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, jekk skart ma jkunx aċċettat ►C1  fil-landfill ◄ l-operatur irid jinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritá kompetenti bin-nuqqas ta' aċċettazzjoni ta' l-iskart.

Artikolu 11 2.

Għal siti ta' ►C1  landfills ◄ li ġew eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(4) u (5), l-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprovdu għal:

— 
spezzjoni viżwali regolari ta' skart fil-punt ta' depożitu sabiex jiżguraw li skart mhux perikoluż biss mill-gżira jew stabbiliment iżolat ikun aċċettat fis-sit; u
— 
jinżamm reġistru fuq il-kwantitajiet ta' skart li huwa depożitat fis-sit.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.