|
+Artikolu 12 Proċeduri ta' kontroll u sorveljar fil-fażi operazzjonali |
Artikolu 12 Proċeduri ta' kontroll u sorveljar fil-fażi operazzjonaliArtikolu 12 Proċeduri ta' kontroll u sorveljar fil-fażi operazzjonali L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex il-proċeduri ta' kontroll u sorveljar fil-fażi operazzjonali jilħqu għall-inqas il-ħtiġijiet li ġejjin:
(a)
l-operatur ►C1 tal-landfill ◄ waqt il-fażi operazzjonali jrid jagħmel programm ta' kontroll u sorveljar kif speċifikat fl-Anness III;
(b)
l-operatur irid jinnotifika lill-awtoritá kompetenti b'kull effett ħażin sinifikanti għall-ambjent li ġie skopert mil-proċeduri ta' kontroll u sorveljar u skond id-deċiżjoni ta' l-awtoritá kompetenti fuq in-natura u termini ta' żmien tal-miżuri korrettivi li jridu jittieħdu. Dawn il-miżuri għandhom isiru spejjes ta' l-operatur. Fi frekwenza li trid tiġi stabbilita mill-awtoritá kompetenti, u għall-inqas darba fis-sena, l-operatur irid jirraporta, fuq il-bażi ta' data miġbura, kull riżultat ta' sorveljar lill-awtoritajiet kompetenti bl-iskop li juru konformitá mall-kundizzjonijiet tal-permess u iżid it-tagħrif fuq l-imġieba ta' l-iskart ►C1 fil-landfill ◄ ;
(ċ)
il-kontroll ta' kwalitá ta' operazzjonijiet analitiċi tal-proċeduri ta' kontroll u sorveljar u/jew għall-analiżi riferuti fl-Artikolu 11(1)(b) isiru mill-laboratorji kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|