|
+ANNESS IV |
ANNESS IV
ANNESS IV PJAN TA’ IMPLIMENTAZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPREŻENTAT SKONT L-ARTIKOLU 5(6) Il-pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 5(6) għandu jinkludi dan li ġej:
1.
valutazzjoni tar-rati passati, attwali u mbassra ta’ riċiklaġġ, rimi f’landfills u trattament ieħor tal-iskart muniċipali u l-flussi li huwa kompost minnhom;
2.
valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart u tal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart fis-seħħ skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;
3.
ir-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru ikkunsidra li ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stipulati fl-Artikolu 5(5) fi żmien l-iskadenza stipulata hemmhekk u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex dik il-mira tintlaħaq;
4.
miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 5(8) ta’ din id-Direttiva applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, inklużi l-istrumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulat fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness IVa tagħha;
5.
skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt 4, id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u valutazzjoni tal-kontribut individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta’ estensjoni taż-żmien;
6.
informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġjar tal-iskart bi qbil mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;
7.
miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data kif xieraq bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ fl-immaniġġjar tal-iskart. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|