|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-għan ta' din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
“tagħmir għall-użu ta' barra” tfisser il-makkinarju kollu definit fl-Artikolu 1(2) ta' Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' makkinarju ( 1 ) jew li jaħdmu weħidhom jew li jistgħu ikunu mċaqalqa, irrispettivament ta' l-element(i) tas-sewqan, huma maħsuba li jkunu wżati, skond it-tip tagħhom, fil-miftuħ u li jikkontribwixxu għal esposizzjoni ambjentali ta' ħoss. L-użu ta' tagħmir fi klima fejn it-trasmissjoni ta' ħoss mhijiex jew mhijiex sinifikatament effettwata (per eżempju taħt tined, taħt bjut għal protezzjoni kontra xita jew fil-qoxra ta' djar) jitqies bħala użu fil-miftuħ. Tfisser ukoll tagħmir mhux bil-qawwa għal applikazzjonijiet industrijali jew ambjentali maħsuba, skond it-tip tagħhom, biex jintużaw barra u li jikkontribwixxu għal esposizzjoni ambjentali ta' ħoss. Dawn it-tipi kollha ta' tagħmir huma minn issa ‘l quddiem imsejjħa “tagħmir”;
(b)
“proċeduri ta' stima ta' konformitá” tfisser il-proċeduri mniżżla fl-Annessi V sa VIII, bbażata fuq Deċiżjoni 93/465/KEE;
(ċ)
“immarkar” tfisser il-twaħħil viżibbli, leġġibbli u li ma jistax jitħassar fuq it-tagħmir tal-markar CE definit f'Deċiżjoni 93/465/KEE li jkollu miegħu indikazzjoni tal-livell ta' garanzija ta' qawwa ta' ħoss;
(d)
“livell ta' qawwa ta' ħoss LWA” tfisser il-qawwa ta' ħoss A - imkejjel f'dB f'relazzjoni ma' 1 pW kif imsejjaħ f'EN OSI 3744:1995 u EN OSI 3746:1995;
(e)
“livell ta' qawwa ta' ħoss imkejjel” tfisser livell ta' qawwa ta' ħoss kif determinat mit-tkejjil kif imniżżla fl-Anness II; valuri mkejjla jistgħu jkunu determinat jew minn rappreżentanti ta' magna singola mit-tip ta' tagħmir jew mill-medja ta' numru ta' magni;
(f)
“livell ta' qawwa ta' ħoss garantit” tfisser livell ta' ħoss ta' qawwa determinat skond il-bżonnijiet imniżżla fl-Anness III li tinkludi l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u proċeduri ta' tkejjil u fejn il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jikkonferma li skond l-istrumenti applikati u li jissemmew fid-dokumentazzjoni teknika dan ma jinqabiżx;
(g)
“oġġetti rilevanti għall-kriżi” tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(h)
“modalità ta’ emerġenza tas-suq intern” tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|