+Artikolu 17a
---+Artikolu 17a 1.
---+Artikolu 17a 2.
---+Artikolu 17a 3.
---+Artikolu 17a 4.
|
Artikolu 17a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 17b, 17c u 17d ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tat-tagħmir kopert minn din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 17a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 17b, 17c u 17d ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.
|
|
Artikolu 17a 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 17b, 17c u 17d ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747. Madankollu, l-Artikolu 17c(7) ta’ din id-Direttiva għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 17a 4.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) u li tqiegħed fis-suq jew li tqiegħed fis-servizz f’konformità mal-Artikolu 17c. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0014
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|