+Artikolu 17c 2.

Artikolu 17c 2.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’din id-Direttiva dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-tagħmir speċifiku jista’ jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

It-tagħmir soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li huwa tqiegħed fis-suq bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0014
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.