+Artikolu 17c
---+Artikolu 17c 1.
---+Artikolu 17c 2.
---+Artikolu 17c 3.
---+Artikolu 17c 4.
---+Artikolu 17c 5.
---+Artikolu 17c 6.
---+Artikolu 17c 7.
---+Artikolu 17c 8.
---+Artikolu 17c 9.
|
Artikolu 17c
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17c 1.
|
B’deroga mill-Artikolu 14, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ tagħmir speċifiku msemmi fl-Artikolu 12 u elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 17a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti f’din id-Direttiva dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent ta’ din id-Direttiva f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 17c 2.
|
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’din id-Direttiva dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-tagħmir speċifiku jista’ jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2). It-tagħmir soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li huwa tqiegħed fis-suq bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 17c 3.
|
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3).
|
|
Artikolu 17c 4.
|
Sakemm att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunx adottat, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 17c 5.
|
Il-manifatturi tat-tagħmir soġġett għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li t-tagħmir ikkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti f’din id-Direttiva li jikkonċernaw l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.
|
|
Artikolu 17c 6.
|
Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom it-tagħmir jista’ jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dan li ġej:
(a)
deskrizzjoni tal-proċedurili permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent;
(b)
kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tat-tagħmir ikkonċernat;
(c)
data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;
(d)
kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tat-tagħmir ikkonċernat;
(e)
miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tat-tagħmir ikkonċernat li jkun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz.
|
|
Artikolu 17c 7.
|
B’deroga mill-Artikoli 6 u 11, it-tagħmir, li għalih tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikollu l-marka CE u l-Artikolu 6 ma għandux japplika.
|
|
Artikolu 17c 8.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru, meta awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali tagħmir, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha b’dawn l-azzjonijiet.
|
|
Artikolu 17c 9.
|
L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 14 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0014
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|