|
+IL-PRESIDENTANNESS I DEFINIZZJONIJIET TA' TAGĦMIR |
IL-PRESIDENTANNESS I DEFINIZZJONIJIET TA' TAGĦMIR
IL-PRESIDENTANNESS I DEFINIZZJONIJIET TA' TAGĦMIR 1. Pjattaformi ta' aċċess ta' l-arja b' magni ta' kombustjoni Tagħmir li jikkonsisti f'minimu ta' pjattaforma ta' xogħol, struttura estiża u xażi. Il-pjattaforma ta' xogħol hija pjattaforma mdawwra b'ħajt jew gaġġa li tista' timxi taħt tagħbija għall-posizzjoni meħtieġa ta' xogħol. L-istruttura estiża hija konnessa max-xażi u tgħin il-pjattaforma ta' xogħol; tħalli moviment tal-pjattaforma ta' xogħol għal-posizzjoni meħtieġa tagħha. 2. Qtugħ bi xkupilja Unitá li taħdem b'magna ta' kombustjoni bl-idejn portabbli mwaħħla b'xafra li ddur magħmula minn metal jew plastik maħsuba biex taqta' ħaxix ħażin, tfarfar, siġar żgħar u tkabbir simili. Il-mezz ta' qtugħ jaħdem fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel ma' l-art. 3. Taljola ta' bennejja għat-trasport ta' oġġetti Taljola ta' bennejja nstallata temporanjament, taħdem b'qawwa maħsuba għall-użu minn persuni li huma permessi li jidħlu f'lokijiet ta' inġenjerija u kostruzzjoni, jservu
(i)
livelli ta' moll definiti, li jkollhom pjattaformi
—
iddisinjati għat-trasportazzjoni ta' oġġetti biss
—
li jippermettu l-aċċess ta' persuni waqt tagħbija u ħatt
—
li jippermettu l-aċċess u vjaġġ minn persuni awtorizzati matul it-twaqqif, ħatt u manutenzjoni
—
iggwidati
—
jivjaġġaw vertikali jew tul passaġġ fi ħdan 15o mass. tal-vertikali
—
appoġġat jew sostenuti b': wajer, ħabel, katina, magħżel bil-kamin u skorfina, roti żgħar bis-snien, ġakk idrawliku (dirett jew indirett), jew mekkaniżmu ta' rbit li jespandi
—
fejn arbli jistgħu jew ma jistgħux jeħtieġu għajnuna minn strutturi separati, jew
(ii)
kwalunkwe indana waħda ta' fuq jew żona ta' xogħol li testendi għal skop tal-gwida (eż bejt), li jkollhom mezz ta' ġarr ta' tagħbija:
—
mfassla għat-trasportazzjoni ta' oġġetti biss
—
mfassla li ma hemmx bżonn li tirfes fuqha għal raġunijet ta' tagħbija jew ħatt jew għal manutenzjoni, twaqqif jew ħatt
—
minn liema persuni huma projbiti fi kwalunkwe ħin
—
iggwidati
—
li hija mfassla biex tivjaġġa f'angolu ta' l-inqas 30o għall-vertikali imma tista' tintuża fi kwalunkwe angolu
—
miżmuma b'ħabel ta' wajer ta' l-azzar u sistema ta' gwida pożittiva
—
ikkontrollata b'kontrolli ta' tip ta' pressjoni kostanti
—
li ma tibbenefikax mill-użu ta' kwalunkwe kontrapiż
—
li jkollu rata massima ta' tagħbija ta' 300 kg
—
li jkollu veloċitá massima ta' 1 m/s
—
u fejn il-gwidi jeħtieġu għajnuna minn strutturi separati.
4. Magna ta' serrar f'faxxa ta' lok ta' bini Magna ta' l-idejn li tiżen anqas minn 200 kg li għandha mwaħħal xafra ta' sega singola fil-forma ta' faxxa kontinwa mmuntata jew li tgħaddi bejn tnejn jew aktar taljoli 5. Banka ta' serrar ċirkulari ta' lok ta' bini Magna ta' l-idejn li tiżen anqas minn 200 kg li għandha mwaħħal fiha sega singola tonda (għajr minn sega li taqta') b'dijametru ta' 350 mm jew aktar, sa dijametru massimu ta' 500 mm, li hi mwaħħla matul operazzjoni ta' qtugħ normali, u mejda orizzontali, kollha jew parti ta' liema hija mwaħħla matul operazzjoni. Is-sega hija mmuntata f'magħżel orizzontali li ma jitgħawwiġx, ta' liema l-posizzjoni tibqa' stazzjonarja matul mekkaniżmu. Il-magna jista' jkollha kwalunkwe mill-għamliet li ġejjin:
—
il-faċilitá għas-sega li tista' titella' jew titniżżel tul il-mejda
—
gwarniċ ta' magna taħt il-mejda jista' jkun miftuħ jew magħluq
—
is-serrieq jista' jkun imwaħħal b'mejda żejda li tista' tinġarr li taħdem manwalment (mhux ħdejn is-sega).
6. Sega ta' katina, portabbli Għodda li taħdem bil-qawwa mfassla biex taqta' injam b'sega ta' katina u tikkonsisti f'unitá marsusa integrata ta' manki, sors ta' qawwa u attakkament ta' qtugħ, imfassal biex ikun mgħajjun b'żewġ idejn 7. Flusher bi pressjoni għolja kkombinata u vettura li tiġbed Vettura li tista' taħdem kemm bħala flusher bi pressjoni għolja jew bħala vettura li tiġbed Ara flusher bi pressjoni għolja jew vettura li tiġbed. 8. Magna li tgħaqqad flimkien Magna li tgħaqqad flimkien materjali eż. rock fills, ħamrija jew wiċċ ta' asfalt, tul azzjoni ta' brim, mili jew vibrar ta' l-għodda ta' xogħol. Tista' tkun taħdem b'mutur proprju, irmunkata, timxi wara jew konnessa ma' magna li ġġor. Magni li jgħaqqdu flimkien huma maqsuma kif ġej:
—
rombli għal operaturi li jinġarru fuqhom: magni li jgħaqqdu flimkien li jaħdmu b'mutur proprju b'korp ċilindriku tal-metall (tnabar) wieħed jew aktar jew roti tal-lasktu; l-istazzjon ta' l-operatur huwa parti integrali tal-magna
—
rombli li jimxu wara: magni li jgħaqqdu flimkien li jaħdmu b'mutur proprju b'korp ċilindriku tal-metall (tnabar) wieħed jew aktar jew roti tal-lastku li fihom l-operazzjoni tiffaċilita għall-ivjaġġar, steering, waqfien u vibrar huma disposti f'mod li l-magni jkollhom ikunu operati b'operatur fuq il-post jew b'kontroll remot
—
rombli rmunkatid: magni li jgħaqqdu flimkien li jaħdmu b'mutur proprju b'korp ċilindriku tal-metall (tnabar) wieħed jew aktar jew roti tal-lastku li ma jkollhomx sistema ta' sewqan indipendenti u fejn l-istazzjon ta' l-operaturi jinsab f'unitá ta' tractor
—
pjanċi ta' vibraturi u maddafa ta' vibraturi: magni ta' tgħaqid flimkien bi pjanċi prinċipali b'qiegħ ċatt li huma magħmula biex jivvibraw jitħaddmu b' operaturi fuq il-post jew konness ma' magna li tinġarr
—
madaffa ta' splużjoni: magni li jgħaqqdu flimkien bi prinċipalment kuxxinett ċatt hekk kif l-għodda li tgħaqqad li hija magħmula biex timxi f'direzzjoni predominanti vertikali bi pressjoni ta' splużjoni. Il-magna għandha taħdem b'operaturfuq il-post.
9. Kompressur Kwalunkwe magna għall-użu ma' tagħmir li jista' jinbidel li tikkumpressa arja, gassijiet jew fwar għal pressjoni għola mill-pressjoni tad-dħul. Kompressur ikun fiħ il-kompressur fiħ nnifsu, il-ħarrieka prinċipali u kwalunkwe komponent jew mezz fornut, li huwa neċessarju għall-operazzjoni sikura tal-kompressur. Mhux inklużi huma l-kategoriji ta' mezzi li ġejjin:
—
fannijiet, i.e. mezzi li jipproduċu ċirkolazzjoni ta' arja bi pressjoni pożittiva ta' mhux aktar minn 110 000 pascals
—
pompi ta' vakum, i.e. mezzi għal estrazzjoni ta' arja minn spazju magħluq bi pressjoni li ma taqbiżx pressjoni atmosferika
—
magni b'turbini tal-gass.
10. Tkissir u ġbir ta' konkrit, ta' l-idejn Tkissir u ġbir ta' konkrit bil-qawwa (bi kwalunkwe metodu) użat biex isir xogħol fuq postijiet ta' inġenjerija ċivili u bini. 11. Mixer ta' konkrit jew ġir tat-tikħil Magna biex tipprepara konkrit jew ġir tat-tikħil, barra minn proċess ta' tagħbija, taħlit u żvojtar. Tista' titħaddem b'mod intermittenti jew kostanti. Mixer tal-konkrit fuq trakkijiet huma msejħa trakk ta' mixer (ara definizzjoni 55). 12. Taljola ta' kostruzzjoni Mezz ta' rfigħ li jaħdem bil-qawwa, temporanjament installat li huwa fornut b'mezzi biex jerfgħu u jbaxxu tagħbija sospiża. 13. Magna ta' ġarr u sprejar għal konkrit u ġir tat-tikħil Oġġetti ta' pumpjar u sprejar ta' konkrit, bl-aġitatur jew mingħajru, bil-materjal li għandu jkun trasportat huwa mqandel għal posizzjoni ta' post tul linji ta' pajpijiet, mezzi ta' distribuzzjoni jew travi kbar ta' distribuzzjoni. Isir il-ġarr:
—
għall-konkrit b'mod mekkaniku, biċ-ċilindru jew b'pompi li jduru
—
għal ġir tat-tikħil mekkanikament b'ċilindru qasir, spiral ta' vit, pajp u pompi li jduru jew pnewmatiċi b' kompressuri bil-kamra ta' l-arja jew mingħajrha
Dawn il-magni jistgħu jkunu mmuntati fuq trakkijiet, trejlers jew vetturi speċjali 14. Ċinturin tal-ġarr Magna nstallata temporanjament addattata biex titrasporta materjal b'mezzi ta' ċinturin li jaħdmu bil-qawwa 15. Tagħmir fuq vetturi li jkessaħ Unitá bi spazju ta' refriġerazzjoni għal tagħbija f'kategoriji ta' vetturi N2, N3, O3 u O4 kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE. L-unitá ta' refriġerazzjoni tista' tkun bil-qawwa b'mezzi ta' parti integrali ta' l-unitá ta' refriġerazzjoni, parti separata attakkata mal-korp tal-vettura, magna ta' sewqan tal-vettura, jew b'sors ta' poter indipendenti jew standby. 16. Dożatur Magna li taħdem b'mutur proprja bir-roti jew li titkaxkar użata biex teżerċita forza ta' spinta jew ta' ġibda tul tagħmir immuntat. 17. Manuvra ta' tħaffir Magna li hija wżata biex tħaffer toqob f'postijiet ta' kostruzzjoni bi
—
tħaffir perkussiv
—
tħaffir li jdur
—
tħaffir perkussiv li jdur.
Manuvri tat-tħaffir huma stazzjonarji matul tħaffir. Jistgħu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor ta'xogħol, taħt il-qawwa tagħhom. Riggijiet ta' tħaffir li jaħdmu b'mutur proprju li jinkludu dawk immuntati fuq trakk tal-ġarr, xażi bir-roti, tractor, crawlers, qiegħ li jiskiddja (miġbuda b'winċ). Meta riggijiet tat-tħaffir huma mmuntati fuq trakkijiet tal-ġarr, tractors u trejlers jew qiegħ bir-roti, trasportazzjoni tista' ssir b'veloċitá għolja u fuq toroq pubbliċi. 18. Dumper Magna li taħdem b'mutur proprju bir-roti jew li tista' titkakxar li għandha korp miftuħ, li jew titrasporta u tarmi jew tferrex materjal Dumpers jistgħu jkunu mgħammra b'tgħamir ta' tagħbija minnnha nnifisha integrali. 19. tagħmir għal tagħbija u ħatt ta' silos jew tankijiet fuq trakkijiet Mezzi bil-qawwa konnessi ma' silo jew trakkijet ta' tanker għal tagħbija jew ħatt ta' likwidi jew materjal goff b'mezzi ta' pompi jew tgħamir simili. 20. Skavatur, idrawliku jew jaħdem bil-ħabel Magna li taħdem b'mutur proprju b'magna li tista' titkaxkar jew bir-roti li jkollha struttura ta' fuq b'kapaċità minima ta' rotazzjoni ta' 360o, li jħaffer, ibandal u jarmi materjal bl-azzjoni ta' barmil imwaħħal mat-travu u appoġġ jew travu teleskopiku, mingħajr ma jimxi x-xażi jew karru ta' taħt matul kwalunkwe ċiklu tal-magna. 21. Skavatur li jgħabbi Magna li taħdem b'mutur proprju bir-roti jew li titkaxkar li jkollha għajnuna strutturali prinċipali mfassla biex iġġorr barmil immuntat fuq quddiem li jġorr mekkaniżmu u mgħażqa mmuntat fuq wara. Meta wżat bħala mod tal-magħżqa fuq wara, il-magna normalment tħaffer taħt il-livell ta' l-art bil-barmil jersaq lejn il-magna L-imgħażqa ta' wara terfa', tbandal u tħott materjal waqt li l-magna hija stazzjonarja. Meta wżata fil-mod ta' tgħabija, il-magna tgħabbi jew tħaffer tul moviment il-quddiem tal-magna, u terfa', titrasporta u tħott materjal. 22. Kontenitur ta' skart tal-ħġieġ Kontenitur, magħmul minn liema materjal ikun, li huwa wżat għal ġbir ta' fliexken. Huwa mgħammar b' ta' l-inqas fetħa waħda biex jimla' fliexken u oħra biex jitbattal il-kontenitur. 23. Gradatur Magna bir-roti li taħdem b'mutur proprju li jkollha xafra aġġustabbli, posizzjonata bejn il-fusijiet ta' quddiem u ta' wara, li taqta', tmexxi u tifrex materjal ġeneralment biex tiggrada bżonnijiet. 24. Trimmer tal-ħaxix/trimmer tat-tarf tal-ħaxix Unitá portabbli li taħdem b'magna ta' kombustjoni ta' l-idejn armata b'linji flessibbli, spag, jew elementi ta' qtugħ flessibbli mhux tal-metall, bħal cutters li jduru, maħsuba biex jaqtgħu ħaxix ħażin, ħaxix jew tkabbir artab ieħor. Il-mezz ta' qtugħ topera fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel (trimmer tal-ħaxix) jew wieqaf dritt (trimmer tal-ħaxix tat-tarf) ma' l-art. 25. Trimmer ta' ħajt tal-ħaxix Tagħmir integrali ta' l-idejn, li jaħdem bil-qawwa li huwa mfassal għall-użu minn operatur wieħed għal trimmjar ta' ħajt tal-ħaxix u siġar iffulati jutilizza xafra waħda jew aktar xfafar jaqtgħu lineari reċiprokament. 26. Flusher ta' pressjoni għolja Vettura mgħammra b'mezz biex inaddaf kanali tad-dranaġġ jew installazzjonijiet simili b'mezzi ta' ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja. Il-mezz jista' jkun jew immuntat fuq xażi tat-trakk proprju ta' vettura jew inkorporat fuq korp ta' xażi tiegħu stess. It-tagħmir jista' jitwaħħal jew jista' jerġa jimmonta bħal fil-każ ta' sistema ta' qafas li tinbidel 27. Magna ta' ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja Magna b'żennuni jew ftuħ ta' żieda fil-veloċitá oħra li jħallu ilma, kif ukoll taħlit ieħor, biex joħroġ barra bħala ġett ħieles. Ġeneralment, magni b'ġett ta' pressjoni għolja jikkonsistu f'sewqan, ġeneratur ta' pressjoni, linji ta' pajpijiet, mezzi ta' sprejar, mekkaniżmi ta' sigurtá, kontrolli u mezzi ta' kejl. Magni b'ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja jistgħu jkunu mobbli jew stazzjonarji:
—
magni b'ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja mobbli huma mobbli, magni tajba għat-trasport li huma mfassla biex jintużaw f'lokalitajiet varji, u għal dan l-għan huma ġeneralment imwaħħla b'undergear tal-magna stess jew vettura mmontata. Il-linji ta' forniment kollha neċessarji huma flessibli u lesti biex jinħallu
—
magni b'ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja stazzjonarji huma mfassla biex jintużaw f'post wieħed għal tul ta' żmien imma kapaċi biex jitmexxew għal post ieħor b'tagħmir addattat. Ġeneralment jiskidjaw jew mmuntati bi frejm b' linja ta' forniment tajjeb biex jinqala'.
28. Martell idrawliku Tagħmir li juża s-sors ta' qawwa idrawlika tal-magna li tinġarr biex jaċċellera ċilindru (xi drabi mgħejjun bil-gass), li imbagħad jolqot għodda. Il-mewġa ta' stress iġġenerata b'azzjoni li tirriżulta minn mozzjoni tgħaddi tul l-għodda, li tikkawża l-materja biex jinkiser. Martell idrawliku għandu bżonn forniment ta' żejt ippressat biex jaħdem. L-unitá ta' martell/trasportatur komplut hija kkontrollata b'operatur, ġeneralment ipoġġi fil-kabina tat-trasportatur. 29. Pakkett ta' qawwa idrawlika Kwalunkwe magna għall-użu ma' tagħmir li jista' jinbidel li jikkumpressa likwidi għal pressjoni aktar għolja mill-pressjoni ta' ġewwa. Dan ifisser assemblea ta' ħarrieka prinċipali, pompa, bir-riservwar jew mingħajru u aċċessorji (eż. kontrolli, valve li jissoleva pressjoni). 30. Joint cutter Magna mobbli maħsuba għall-produzzjoni ta' ġonot f'konkrit, asfalt u wċuħ ta' toroq simili. L-għodda li taqta' hija diska li ddur b'velocitá għolja. Il-moviment ‘l quddiem tal-joint cutter tista' tkun
—
manwali
—
manwali b'assistenza mekkanika
—
motorizzata.
31. Magna li tikkompressa skart, tip ta' karikatur bil-barmil Magna li tikkumpressa bir-roti li taħdem b'mutur proprju li jkolla karikatur immuntat fuq quddiem marbut b'barmil li jkollu roti ta' l-azzar (tnabar) primarjament mfassla biex irossu, jimxu, jiggradaw, u jgħabbu ħamrija, skart jew materjal sanitarju (skart). 32. Magna li taqta' l-ħaxix Magna, li taqta' l-ħaxix li tkun wara trakk jew fuq trakk jew magna b'konnessjonijiet tal-qtugħ ta' ħaxix fejn il-mezz li jaqta' jopera fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel ma' l-art u li tuża l-art biex tiddetermina għoli ta' qtugħ b'mezzi ta' roti, kuxxinett ta' l-arja jew skidjaturi, eċċ; u li tutilizza magna jew mutur ta' l-elettriku għal sors ta' qawwa. Il-mezzi ta' qtugħ huma jew
—
elementi ta' qtugħ riġidi, jew
—
linja(i) ta' filamenti mhux tal-metall jew cutter(s) mhux tal-metall li huma ħielsa li jduru b'enerġija ta' mozzjoni ta' aktar minn 10 J kull waħda; l-enerġija ta' mozzjoni hija determinata li tuża EN 786:1997, l-Anness B.
Magna, li taqta' li tkun wara trakk jew fuq trakk jew magna b' konnessjonijiet tal-qtugħ ta' ħaxix fejn il-mezz ta' qtugħ qed iddur ma' fus orizzontali biex jipprovdu azzjoni li ġġiżż b'virga jew sikkina li jaqtgħu b'mod stazzjonarju (ħassad ċilindriku). 33. Trimmjar tal-ħaxix/trimmjar ta' tarf tal-ħaxix Magna li taqta' li taħdem bl-elettriku li tkun fuq wara ta' trakk jew ta' l-idejn b'element(i) li taqta' ta' linja(i) ta' filament mhux tal-metall jew cutters mhux tal-metall li huma ħielsa li jduru b'enerġija ta' mozzjoni ta' mhux aktar minn 10 J kull waħda, maħsuba biex taqta' ħaxix jew tkabbir artab simili L-element(i) li jaqtgħu jopera (joperaw) fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel (Trimmjar ta' ħaxix) jew wieqaf dritt (trimmjar ta' tarf ta' ħaxix) ma' l-art. L-enerġija ta' mozzjoni hija determinata billi tintuża EN 786:1997, l-Anness B 34. Neffieħa tal-weraq Magna bil-qawwa addatata biex tnaddaf ħaxix, passaġġi, toroq eċċ. ta' weraq u materjal ieħor b' mezzi ta' fluss t' ajru ta' veloċitá għolja Tistá tkun portabbli (ta' l-idejn) jew mhux portabbli imma mobbli. 35. Kollettur ta' weraq Magna ta' qawwa addattata biex tiġbor weraq u rdim ieħor billi tuża mezz ta' ġbid li jikkonsisti f'sors ta' poter li jipproduċi vakum fil-magna u żennuna u kontenitur għall-materjal miġbur. Tista' tkun ta' l-idejn jew mhux ta' l-idejn imma mobbli. 36. Trakk ta' rfigħ, li jaħdem b' magna ta' kombustjoni, b'kontrapiż Trakk ta' rfigħ, bir-roti li jaħdem b'magna ta' kombustjoni b'kontrapiż u tagħmir ta' rfigħ (arblu, support teleskopiku jew support artikulat). Dawn huma:
—
trakkijiet ta' l-art mħarbta (trakkijiet bir-roti kontrabilanċjati maħsuba primarjament għal operazzjoni fuq art naturali mhux imtejba u fuq art disturbata ta', eż., postijiet ta' kostruzzjoni)
—
trakkijiet oħra ta' rfigħ kontrabilanċjati, minbarra dawk it-trakkijiet ta' rfigħ kontrabilanċjati li huma speċifikament mibnija għall-imaniġġar ta' kontenitur.
37. Karigatur Magna li taħdem b'mutur proprju bir-roti jew li titkaxkar li jkollha barmil bħala li jappoġġa struttura u konnessjoni mmuntat fuq quddiem, li jgħabbi jew iħaffer tul mozzjoni ‘l quddiem tal-magna, u terfa', titrasporta jew tarmi materjal. 38. Krejn mobbli Oġġett ta' krejn li jaħdem b'magna proprja addattat biex jivjaġġa, mgħobbi jew mhux mgħobbi, mingħajr il-bżonn għal runways fissi u jiddependi fuq gravitá għal stabbilitá. Jaħdem fuq tyers, crawlers jew b'arranġamenti mobbli. F'posizzjonijiet fissi jista' jkun appoġġat b'outriggers jew aċċessjori oħra li jżidu l-istabbiltá tiegħu. Is-superstruttura ta' krejn mobbli tista' tkun ta' tip ta' tidwira sħiħ, ta' tidwir limitat jew li ma jdurux Huwa normalment mgħammar b'taljola waħda jew aktar u/jew ċilindri idrawliċi biex jerfgħu jew ibaxxu l-oġġett tat-tagħbija. Krejnijiet mobbli huma mgħammra jew b'oġġetti teleskopiċi, b'oġġetti artikulari, jew oġġetti ta' network, jew kombinazzjoni ta' dawn, ta' disinn bħal dan li jista' jitbaxxa malajr. It-tagħbija sospiżi mill-jib jistgħu jkunu mqandla b'blokka mgħaqda flimkien bil-ganċ jew twaħil ieħor li jerfa' tagħbija għal servizzi speċjali. 39. Kontenitur ta' skart mobbli Kontenitur mfassal b'mod xieraq imwaħħal b'roti maħsuba biex jaħżnu skart temporanju, u li huwa mgħammar b'għatu 40. Mgħażqa tal-mutur Magna li taħdem b'mutur proprju mfassla biex tkun pederstrian-controlled
—
bl-appoġġ ta' rota(i) jew mingħajru, b'mod bħal dan li l-elementi li jaħdmu tagħha jaġixxu bħala għodda li tgħażaq biex jassiguraw propulsjoni (imgħażqa tal-mutur), u
—
mekkanizzata b'rota waħda jew varji direttament attivati mill-magna u mgħammra b'għodda ta' mgħażqa (mgħażqa tal-mutur b'roti li jimxu)
41. Finalizzatur ta' toroq Magna ta' kostruzzjoni ta' toroq mobbli użata għall-għan li tapplika saffi ta' materjal ta' kostruzzjoni bħal taħlit tal-bitumen, konkrit u ramel fuq uċuħ. Finalizzaturi ta' toroq jistgħu jkunu mgħammra bi screed ta' kompressjoni għolja. 42. Tgħammir ta' pilastri Installazzjoni ta' pile u tgħammir ta' estrazzjoni, eż. martelli ta' impatt, estrattturi, vibraturi jew mezzi ta' mbuttar/ġbid ta' safef li ma jiċċaqlaqx ta' twaħħil flimkien ta' magni jew komponenti użati għall-installazzjoni jew estrazzjoni ta' safef, li jinkludu wkoll:
—
manuvri ta' piling li jikkonsistu f'magna ta' ġarr (crawler, immuntata b'rota jew virga, twaħħil ta' galleġġjant prinċipali jew sistema priċipali jew ta' gwida,
—
aċċessorji, eż. kapsijiet ta' pile, helmets, pjanċi, segwaċi, mezzi ta' rbit, mezzi ta' maneġġar ta' pile, gwida ta' pile, gvieret akustiċi u mezzi ta' assorbazzjoni ta' xokk/vibrazzjoni, pakketti/ġeneraturi ta' qawwa u mezzi ta' rfigħ personali jew pjattaformi.
43. Tqegħid tal-pajpijiet Magna taħdem b'mutur proprju li tikaxkar jew bir-roti speċifikament imfassal biex timmaniġġa u tqiegħed pajpijiet u ġġorr tagħmir ta' pajpijiet. Il-magna, ta' liema disinn huwa bbażat fuq tractor, għandu komponenti mfassla speċjali bħal undercarriage, kwadru prinċipali, kontrapiż, travu u makkaniżmu ta' travu ta' tagħbija, u travu tal-ġenb li jdur vertikali. 44. Piste caterpillar Magna li taħdem b'mutur proprju li titkaxkar użata biex tagħmel forza ta' mbuttar jew ġibda fuq borra jew silġ tul tagħmir immuntat. 45. Ġeneratur ta' qawwa Kwalunkwe mezz li jkollu miegħu magna ta' kombustjoni interna li tmexxi ġeneratur elettriku li jdur li jipproduċi forniment kontinwu ta' qawwa elettrika. 46. Xkupa ta' qawwa Magna ta' kollezzjoni li tiknes li jkollha tagħmir li jiknes irdim fil-passaġġ ta' ġbid ta' ġewwa li imbagħad b'mod pnewmatiku ta' veloċitá għolja ta' ġett ta' arja jew b'sistema ta' ġbir mekkaniku li tgħaddi l-irdim lill-kollettur ta' skart. Il-mezzi ta' knis u kollezzjoni jistgħu jkunu jew mmuntati ma' vettura proprja ta' xażi ta' trakk jew inkorporat mal-ġisem tax-xażi tiegħu stess. It-tagħmir jista' jkun imwaħħal jew jista' jerġa jkun immontat bħall-każ ta' sistema ta' qafas li jinbidel. 47. Vettura ta' ġbir ta' skart Vettura mfassal għall-ġbir jew trasportazzjoni ta' skart domestiku u goff ibbażat fuq tagħbija via kontenituri jew bl-idejn. Il-vettura tista' tkun mgħammra b'mekkaniżmu ta' kompressur. Vettura ta' ġbir ta' skart jkollha fiha xażi b'kabina fuq liema l-qafas huwa mmuntat. Tista' tkun mgħammra mezz ta' kontenitur li jerfa'. 48. Magna ta' tkissir ta' toroq Magna mobbli wżata biex tneħħi materjal minn uċuħ ta' toroq li tuża korp ċilindriku li jaħdem bil-qawwa, fuq liema wiċċ għodda ta' tkissir huma mwaħħla; it-tnabar li jaqtgħu jduru matul l-operazzjoni ta' qtugħ. 49. Scarifier Magna bil-qawwa li timxi fuq wara ta' trakk jew fuq trakk li tuża l-art biex tiddetermina l-fond ta' qtugħ u li hija mgħammra bi twaħħil flimkien xierqa biex taqsam jew tobrox il-wiċċ ta' ħaxix f'ġonna, postijiet ta' rikrejazzjoni jew żoni simili. 50. Magna li tqatta' biċċiet/li tfarrak Magna bil-qawwa mfassal għal użu f'posizzjoni stazzjonarja li jkollom mezz wieħed jew aktar li jaqtgħu għall-għan biex inaqqsu materjal goff organiku f'biċċiet żgħar. Ġeneralment tikkonsisti f'fetħa minn fejn jimtela' materjal (li jista' jinżamm b'apparat jew le) huwa mdaħħal, mezz li jaqta' materjal bi kwalunkwe metodu (qtugħ, tqatta', tfarrak jew metodi oħra) u tubu ta' rmigħ minn fejn il-materjal maqtugħ huwa mormi. Mezz ta' ġbir jista' jitwaħħal. 51. Magna li tneħħi l-borra b'għodda li ddur Magna b'liema tista' titneħħa borra minn żoni traffikużi b'mezzi li jduru, aċċellerati u mitfugħa b'mezzi ta' neffieħa. 52. Vettura li tiġbed Vettura mgħammra b'mezz li tiġbor ilma, tajn, ċaflis, skart jew materjal simili minn katusi u kanali tad-dranaġġ jew installazzjonijiet simili b'mezzi ta' vakum. Il-mezz tista' jew tkun immuntata jew fuq xażi ta' trakk proprju ta' vettura jew inkorporata fuq il-ġisem tax-xażi tagħha. It-tagħmir jista' jkun imwaħħal jew jista' jerġa jkun immontat bħall-każ ta' sistema ta'qafas li jinbidel. 53. Krejn li jintrama Il-krejn slewing jib bil-jib li tinsab mal-parti ta' fuq tat-torri li jkun approssimatament vertikali meta jitħaddem. Dan l-apparat li jaħdem bl-elettriku huwa mgħammar b'mezzi biex jgħollu jew ibaxxu tagħbija u għall-moviment ta' tagħbija bħal din billi jibdlu r-radius ta' l-irfigħ ta' tagħbija, tidwir, vjaġġar ta' l-apparat komplet. Ċertu apparati jaqdu x'uħud imma mhux neċessarjament mhux il-movimenti kollha. L-apparat jista' jkun installat f'posizzjoni fissa jew mgħammar b'mezzi għal tneħħija minn post jew tixbit. 54. Moħriet għaż-zerriegħa Magna li tiċċaqlaq weħidha, mriekba fuq jew ikkontrollata minn pedestrian, li titkaxkar jew bir-roti, li jkollha rbit jew twaħħil ta' skavatur immuntat fuq quddiem jew wara, primarjament mfassla biex tipproduċi moħriet f'operazzjoni kontinwa, tul mozzjoni tal-magna. 55. Trakk tat-tħallit Vettura li hija mgħammra bi travu biex jittrasporta konkrit diġa mħallat mill-pjanta ta' taħlit ta' konkrit għall-lok tax-xogħol; it-travu jista' jdur meta l-vettura tinstaq jew tkun wieqfa It-travu huwa żvojtat fuq il-post tax-xogħol billi jdur it-travu. It-travu huwa misjuq jew b'magna tas-sewqan tal-vettura jew b'magna supplementari. 56. Unitá ta' pompa ta' l-ilma Magna li tikkonsisti f'pompa ta' l-ilma nnifisha u s-sistema tas-sewqan. Pompa ta' l-ilma tfisser magna biex ittella' ilma minn livell ta' enerġija baxx għal livell għoli. 57. Ġeneratur ta' weldjar Kwalunkwe mezz li jdur li jipproduċi kurrent ta' weldjar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|