|
+ANNESS III |
ANNESS III
ANNESS III METODI TAL-KEJL TAL-ISTORBJU FL-ARJA LI JIRRIŻULTA MIT-TAGĦMIR TA’ BARRA Introduzzjoni Dan l-Anness fih il-metodi tal-kejl tal-istorbju fl-arja li għandhom jintużaw sabiex jiġu determinati l-livelli tal-potenza akustika tat-tagħmir ta’ barra. Il-Parti A ta’ dan l-Anness tistabbilixxi l-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju u s-supplimenti ġenerali għall-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju biex jitkejjel il-livell tal-pressjoni akustika fuq wiċċ tal-kejl li jinkorpora s-sors tal-istorbju u biex jiġi kkalkulat il-livell tal-potenza akustika minn dak is-sors. Il-Parti B ta’ dan l-Anness tistabbilixxi l-kodiċi tat-test tal-istorbju speċifiku għat-tagħmir li huwa ppreżentat bħala referenza għal standard speċifiku jew bħala deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet applikabbli tal-ittestjar u tal-operat, inkluż:
(a)
l-ambjent tat-test;
(b)
il-valur tal-korrezzjoni ambjentali (K2 A);
(c)
il-forma u d-dimensjonijiet tal-wiċċ tal-kejl;
(d)
l-għadd u l-pożizzjoni tal-mikrofoni li jridu jintużaw;
(e)
ir-rekwiżiti relatati mal-immuntar u l-installazzjoni tat-tagħmir;
(f)
metodu tal-kalkolu tal-livelli tal-potenza akustika li jirriżultaw meta jkunu jridu jintużaw diversi testijiet b’kundizzjonijiet differenti tal-operat. Meta jittestjaw tipi speċifiċi ta’ tagħmir, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jużaw l-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju u s-supplimenti ġenerali stabbiliti fil-Parti A ta’ dan l-Anness, u l-kodiċi tat-test tal-istorbju speċifiku għat-tagħmir stabbilit fil-Parti B. Il-kodiċijiet tat-test tal-istorbju fil-Parti B huma maħsuba biex jissupplimentaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti A filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-kategoriji differenti tat-tagħmir. Meta l-kodiċijiet tat-test tal-istorbju fil-Parti B jipprevedu l-possibbiltà ta’ għażla bejn soluzzjonijiet tekniċi alternattivi differenti, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jużaw dawk konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti A. F’każ ta’ kunflitt bejn il-Parti A u l-Parti B, id-dispożizzjonijiet tal-Parti B għandhom jieħdu preċedenza. Meta l-kodiċijiet tat-test tal-istorbju stabbiliti fil-Parti B, jew fl-istandards imsemmija fil-Parti B, ma jkunux applikabbli għal xi mudelli tat-tagħmir fil-kategorija tat-tagħmir, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jiddeterminaw il-livell tal-potenza akustika garantita skont l-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju u s-supplimenti applikabbli indikati fil-Parti A. Għat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 12, meta l-użu tal-metodi tal-kejl tal-istorbju stabbiliti fl-Anness jew dawk stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kien applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025, iwassal għal żewġ sitwazzjonijiet differenti ta’ konformità tal-prodott, jiġifieri l-livell tal-potenza akustika garantita tat-tagħmir ikkalkulat b’metodu wieħed ikun jaqbeż il-livell tal-potenza akustika permissibbli rispettiv fl-Artikolu 12 iżda mhux meta jintuża l-metodu l-ieħor, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jiddeterminaw il-livell tal-potenza akustika mkejla u l-livell tal-potenza akustika garantita bil-metodi stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kienet applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025 sakemm jiġu emendati l-livelli tal-potenza akustika permissibbli fl-Artikolu 12. F’dik is-sitwazzjoni, il-korpi notifikati u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jużaw ukoll il-metodu stabbilit fil-verżjoni tal-Anness III li kien applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025, biex iwettqu t-testijiet tal-istorbju meta jkun meħtieġ fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità applikabbli. PARTI A STANDARD BAŻIKU TAL-EMISSJONI TAL-ISTORBJU Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jużaw l-istandard bażiku tal-emissjoni tal-istorbju EN ISO 3744:2010 biex jiddeterminaw il-livell tal-potenza akustika LWA, soġġett għas-supplimenti ġenerali stabbiliti f’din il-Parti A. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom japplikaw il-klawżoli kollha f’EN ISO 3744:2010 sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor f’din il-Parti A, jew fil-kodiċi applikabbli tat-test tal-istorbju stabbilit fil-Parti B ta’ dan l-Anness. 1. Tħaddim tas-sors tal-istorbju waqt it-test 1.1. Veloċità tal-fann Waqt it-test għandu jitħaddem kull fann imqabbad mal-magna tat-tagħmir jew mas-sistema idrawlika tiegħu. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jistabbilixxu l-veloċità tal-fann skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d), kif applikabbli, u għandhom jiddikjaraw dik il-veloċità tal-fann fir-rapport tat-test u jużawha f’kejl ulterjuri. Il-fannijiet ma għandhomx jitħaddmu b’lura waqt it-testijiet.
(a)
Mutur tal-fann imqabbad direttament mal-magna jew mas-sistema idrawlika tagħha: Waqt it-test għandu jitħaddem mutur tal-fann li jkun imqabbad direttament mal-magna jew mat-tagħmir idrawliku tagħha.
(b)
Mutur tal-fann b’diversi veloċitajiet distinti: Fann li jista’ jaħdem b’diversi veloċitajiet distinti għandu jiġi ttestjat b’wieħed mill-modi li ġejjin:
(i)
bil-veloċità operatorja massima tiegħu;
(ii)
fl-ewwel test bil-fann issettjat fuq veloċità żero, u fit-tieni test bil-fann issettjat fuq veloċità massima. Għall-finijiet tal-punt (ii), il-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ LpA ponderat bil-valur A li jirriżulta għandu jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati ż-żewġ riżultati tat-test permezz tal-ekwazzjoni li ġejja: LpA = 10 lg (0,3 × 100,1 LpA, 0 % + 0,7 × 100,1 LpA,100 %) fejn:
—
LpA,0 % hu l-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ ponderat bil-valur A determinat bil-fann issettjat fuq veloċità żero;
—
LpA,100 % hu l-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ ponderat bil-valur A determinat bil-fann issettjat fuq veloċità massima;
(c)
Mutur tal-fann b’veloċità varjabbli kontinwa: Fann li jista’ jaħdem b’veloċità varjabbli kontinwa għandu jiġi ttestjat skont il-punt 1.1(b) jew bil-veloċità tal-fann issettjata b’mhux inqas minn 70% tal-veloċità massima. Il-fannijiet viskostatiċi regolati awtomatikament mit-temperatura tal-magna għandhom jitqiesu li jaħdmu b’veloċità varjabbli kontinwa irrispettivament mill-oriġini tal-kontroll;
(d)
Tagħmir b’aktar minn fann wieħed: Meta magna jkollha aktar minn fann wieħed, il-fannijiet kollha għandhom jaħdmu bil-kundizzjonijiet speċifikati f’(a), (b) jew (c), kif applikabbli. 1.2. Test ta’ tagħmir bil-mutur bla tagħbija Qabel ma jitkejjel l-istorbju li joħroġ minn tagħmir bil-mutur bla tagħbija, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom isaħħnu l-magna u s-sistema idrawlika tat-tagħmir skont l-istruzzjonijiet tal-użu u jimxu mar-rekwiżiti tas-sikurezza. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom ikejlu l-istorbju bit-tagħmir meta jkun f’pożizzjoni stazzjonarja, mingħajr ma jitħaddmu t-tagħmir operabbli jew il-mekkaniżmu li jkun miexi. Għall-finijiet tal-kejl, il-magna għandha tieqaf topera ( 6 ) b’mhux inqas mill-veloċità nominali li tikkorrispondi għall-potenza netta ( 7 ). Jekk il-magna titħaddem b’ġeneratur jew mal-mejns, il-frekwenza tal-provvista tal-kurrent, speċifikata għall-mutur mill-manifattur, għandha tkun stabbli għal ± 1Hz jekk il-magna jkollha mutur bl-induzzjoni, u l-provvista tal-vultaġġ għal ± 1 % tal-vultaġġ nominali jekk il-magna jkollha mutur kommutatur. Il-provvista tal-vultaġġ għandha titkejjel fil-plakka ta’ kejbil jew wajer li ma jinqalax, jew fl-iżbokk tad-dħul tal-magna jekk jingħata kejbel li jista’ jinqala’. Il-forma tal-mewġa tal-kurrent fornut mill-ġeneratur għandha tkun bħal dik miksuba mill-mejns. Meta fil-magna jiġu ttikkettati bosta firxiet tal-vultaġġ, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jieħdu l-kejl fl-ogħla firxa tal-vultaġġ tikkettata. Jekk il-firxa tal-vultaġġ tkun 220-240 V, it-test għandu jsir b’230 V. Jekk il-magna titħaddem b’batterija waħda jew aktar, il-batteriji għandhom jiġu ċċarġjati għal mill-inqas 70 % tal-kapaċità tagħhom. Il-veloċità nominali użata u l-potenza netta korrispondenti għandhom jiġu dikjarati mill-manifatturi jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni fir-rapport tat-test. Meta t-tagħmir ikollu diversi magni, dawk il-magni għandhom jaħdmu simultanjament waqt il-kejl, iżda jekk dan ma jkunx possibbli, għandhom jitkejlu l-emissjonijiet tal-istorbju ta’ kull kombinazzjoni possibbli tal-magni. 1.3. Test ta’ tagħmir bil-mutur b’tagħbija Qabel ma jitkejjel l-istorbju li joħroġ mit-tagħmir bil-mutur b’tagħbija, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom isaħħnu l-magna (l-apparat tas-sewqan) u s-sistema idrawlika tat-tagħmir skont l-istruzzjonijiet tal-użu u jimxu mar-rekwiżiti tas-sikurezza. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni ma għandhomx joperaw apparat tas-sinjalar, bħal ħorn ta’ twissija jew allarm tar-rivers, waqt il-kejl. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jirreġistraw il-veloċità tat-tagħmir waqt il-kejl u jiddikjaraw dik il-veloċità fir-rapport tat-test. Meta t-tagħmir ikollu diversi magni jew aggregati, dawk il-magni jew l-aggregati għandhom jaħdmu simultanjament waqt il-kejl, iżda jekk dan ma jkunx possibbli, il-manifatturi għandhom ikejlu l-istorbju ta’ kull kombinazzjoni possibbli tal-magni jew tal-aggregati. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet tal-operat speċifiċi għal kull tip ta’ tagħmir b’ tagħbija. Il-kundizzjonijiet tal-operat speċifiċi għandhom, kemm jista’ jkun, jipproduċu effetti u pressjonijiet simili għal dawk miksuba waqt kundizzjonijiet operatorji reali. 1.4. Test ta’ tagħmir imħaddem bl-idejn Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet operatorji konvenzjonali għal kull tip ta’ tagħmir imħaddem bl-idejn li jipproduċi effetti u stress simili għal dawk maħluqa waqt kundizzjonijiet oepratorji reali. 2. Determinazzjoni tal-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jiddeterminaw il-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ mill-inqas tliet darbiet. Jekk mill-anqas tnejn mill-valuri determinati ma jvarjawx b’aktar minn 1dB, ma jkunx hemm bżonn isir aktar kejl. Meta dan ma jkunx il-każ, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom ikomplu l-kejl sakemm jiksbu żewġ valuri li jvarjaw b’mhux aktar minn 1dB. Il-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ ponderat bil-valur A li l-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni jridu jużaw biex jikkalkolaw il-livell tal-potenza akustika għandu jkun il-medja aritmetika tal-ogħla żewġ valuri li ma jvarjawx b’aktar minn 1dB. Meta possibbli, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jieħdu l-kejl tal-istorbju fil-pożizzjonijiet kollha tal-mikrofonu simultanjament. Dan hu partikolarment importanti għat-testijiet dinamiċi. Meta dan ma jkunx possibbli, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jagħtu attenzjoni speċjali biex jiżguraw kundizzjonijiet stabbli fl-ambjent tat-test u biex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji li jinkludu varjazzjonijiet mhux mixtieqa fl-istorbju li joħroġ mill-magna jew minn xi fatturi oħra, inkluż storbju mill-madwar u ħsejjes tar-riħ. 3. Informazzjoni li trid tiġi rapportata Ir-rapport tat-test, li hu meħtieġ fid-dokumentazzjoni teknika prevista fl-Anness V, il-punt 3, l-Anness VI, il-punt 3, l-Anness VII, il-punt 2 u l-Anness VIII, il-punti 3.1 u 3.3, għandu jkun fih id-data teknika meħtieġa biex jiġi identifikat is-sors tal-istorbju li jkun qed jiġi ttestjat, il-kodiċi tat-test tal-istorbju u d-data akustika użata għat-test u miksuba minnu. Il-valur tal-livell tal-potenza akustika ponderat bil-valur A tas-sors tal-istorbju li jkun qed jiġi ttestjat li jrid jiġi rrapportat għandu jiġi arrotondat għall-eqreb numru sħiħ (anqas minn 0,5 jużaw in-numru sħiħ aktar baxx; jekk ikun 0,5 jew iżjed, uża l-akbar numru sħiħ). Meta, minħabba u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-aħħar paragrafu tal-introduzzjoni ta’ dan l-Anness, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni jużaw il-metodi stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kienet applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025 biex jiddeterminaw il-livell tal-potenza akustika, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom iżommu rekord fir-rapport tat-test tad-data relatata mal-kejl imwettaq biż-żewġ metodi: il-metodi stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kienu applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025 u l-metodi stabbiliti f’dan l-Anness. Għall-mudelli tat-tagħmir, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u l-korpi notifikati għandhom jaċċettaw li l-ewwel oġġett ta’ dak it-tagħmir imqiegħed fis-suq jew fis-servizz qabel 22 ta’ Mejju 2025, ir-rapporti tekniċi tal-kejl tal-istorbju mwettqa bil-metodi stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kienet applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Direttiva u għall-finijiet tar-rekwiżiti rigward id-dokumentazzjoni teknika għal tali prodotti kif previst fl-Anness V, il-punt 3, l-Anness VI, il-punt 3, l-Anness VII, il-punt 2, l-Anness VIII, il-punti 3.1 u 3.3 ta’ din id-Direttiva sa 22 ta’ Mejju 2028. 4. Korrezzjoni ambjentali K2 A Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jiddeterminaw il-korrezzjoni ambjentali K2A skont EN ISO 3744:2010, it-Taqsima 4.3. Jekk K2A ≤ 0,5dB, dan jista’ jiġi injorat. Jekk K2A > 4 dB, l-ambjent tat-test ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u għandu jiġi modifikat. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jużaw l-ispeċifikazzjonijiet għall-korrezzjoni ambjentali stabbiliti fil-kodiċi tat-test tal-istorbju għat-tagħmir speċifiku msemmi fil-Parti B ta’ dan l-Anness fejn jeżistu tali speċifikazzjonijiet. PARTI B KODIĊIJIET TAT-TEST TAL-ISTORBJU GĦAT-TAGĦMIR SPEĊIFIKU 0. TAGĦMIR ITTESTJAT BLA TAGĦBIJA Żona tat-test Wiċċ riflettiv tal-konkrit jew tal-asfalt mhux poruż Korrezzjoni ambjentali K2 A K2 A = 0 Wiċċ tal-kejl/numru ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl
(a)
Jekk l-akbar tal-parallelepipedika ta’ referenza tkun inqas minn 8 m: il-pożizzjonijiet tal-emisferu/sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu skont EN ISO 3744:2010, l-Anness F.
(b)
Jekk l-akbar dimensjoni tal-parallelepipedika ta’ referenza tkun iżjed minn 8 m: parallelepipedika skont ISO 3744:2010 bid-distanza tal-kejl d = 1 m. Test bla tagħbija It-testijiet tal-istorbju għandhom isiru skont il-Parti A ta’ dan l-Anness, il-punt 1.2. Perjodu/i tal-osservazzjoni/determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika li jirriżulta jekk tintuża aktar minn kundizzjoni tal-operat waħda Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun mill-inqas 15-il sekonda jew mill-inqas 3 ċikli operatorji tal-magna. 1. PJATTAFORMI TAL-AĊĊESS FL-ARJA B’MAGNI TAL-KOMBUSTJONI EN 280-1:2022, il-klawżola 4.12.2. 2. MAGNI GĦALL-QTUGĦ TAL-ĦAXIX BIL-LENZA EN ISO 22868:2021 3. TALJOLA TAL-BENNEJJA GĦALL-ĠARR TAL-OĠĠETTI Ara Nru 0. Iċ-ċentru ġeometriku tal-magna għandu jitqiegħed ’il fuq miċ-ċentru tal-emisfera. Il-lift għandu jiċċaqlaq bla tagħbija u jħalli l-emisfera — jekk meħtieġ — fid-direzzjoni tal-punt 1. 4. MAGNI TAT-TIP BAND SAW LI JINTUŻAW FIS-SITI TAL-BINI EN ISO 19085-16:2021, il-klawżola 6.2.2. Għandu jiġi applikat il-metodu tal-kejl ta’ dan l-istandard abbażi ta’ EN ISO 3744:2010 5. BANKIJIET TAS-SEGI ĊIRKULARI LI JINTUŻAW FIS-SITI TAL-BINI Wiċċ tal-kejl/għadd ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl ISO 7960:1995, l-Anness A, id-distanza tal-kejl d = 1 m. Test b’tagħbija ISO 7960:1995, l-Anness A (il-punt A2(b) biss). Perjodu tal-osservazzjoni ISO 7960:1995, Annex A 6. CHAIN SAWS PORTABBLI (a) Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni EN ISO 22868:2021 (b) Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku EN 62841-4-1:2020, l-Anness I 7. VETTURI TA’ FLUSHERS U TAL-ĠBID BL-ARJA BI PRESSJONI GĦOLJA KKOMBINATA Meta ż-żewġ apparati jkunu jistgħu jitħaddmu flimkien, dawn għandhom jitħaddmu skont in-Nri 26 u 52 ta’ din il-Parti B. Jekk le, l-emissjonijiet tal-istorbju taż-żewġ apparati għandhom jitkejlu separatament u għandhom jinżammu l-ogħla valuri. 8. MAGNI LI JIKKUMPATTAW (a) Pjanċi vibratorji u rammers vibratorji EN 500-4: 2011, il-klawżola 5.10.1 (b) Rombli EN 474-13:2022, il-klawżola 4.6 9. KOMPRESSURI EN ISO 2151:2008 Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda. 10. TAGĦMIR TAL-IDEJN LI JKISSER IL-KONKRIT U BQAQEN (a) Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni Wiċċ tal-kejl/għadd ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl Il-pożizzjonijiet tal-emisfera/sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu skont EN ISO 3744:2010, l-Anness F u t-tabella li ġejja, skont il-massa tat-tagħmir kif mogħtija fit-tabella li ġejja:
Immuntar tat-tagħmir It-tagħmir kollu għandu jiġi ttestjat f’pożizzjoni vertikali. Jekk it-tagħmir tat-test ikollu żbokk tal-ħruġ tal-arja, l-assi tiegħu għandhom ikunu ekwidistanti minn żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu. Il-ħoss tal-provvista tal-elettriku ma għandux jinfluwenza l-kejl tal-emissjoni tal-istorbju tat-tagħmir ittestjat.
It-tagħmir għandu jkollu s-sapport waqt it-test ta’ għodda ingastata fi blokka tal-konkrit b’forma ta’ kubu mqiegħda f’fossa tal-konkrit, midfuna fl-art. Waqt it-testijiet, bejn it-tagħmir u l-għodda ta’ sapport tista’ tiddaħħal biċċa azzar intermedjarja. Din il-biċċa intermedjarja għandha tifforma struttura stabbli bejn it-tagħmir u l-għodda ta’ sapport. L-Illustrazzjoni 10.1 tinkludi dawn ir-rekwiżiti.
Il-blokka għandha tieħu l-forma ta’ kubu ta’ 0,60 m ± 2 mm twil fit-tarf u regolari kemm jista’ jkun. Din għandha tkun magħmula mill-konkrit rinforzat u vvibrat bir-reqqa f’saffi sa 0,20 m biex tiġi evitata sedimentazzjoni eċċessiva.
Il-kwalità tal-konkrit għandha tikkorrispondi għal C50/60 ta’ EN 206:2013+A2:2021. Il-kubu għandu jiġi rinforzat b’vireg tal-azzar ta’ 8 mm dijametru mingħajr irbit, u kull virga tkun indipendenti mill-oħra. Il-kunċett tad-disinn jinsab fl-Illustrazzjoni 10.2.
L-għodda għandha tiġi ssiġillata fil-blokka u għandha tkun magħmula minn rammer b’dijametru ta’ bejn 178 mm u 220 mm u minn komponent tal-mandrin tat-torn identiku għal dak li użat normalment mal-apparat li jkun qed jiġi ttestjat u konformi ma’ ISO 1180:1983/Add 1:1985, iżda twil biżżejjed biex iħalli t-test prattiku jsir. Għandu jsir trattament xieraq biex iż-żewġ komponenti jiġu integrati. L-għodda għandha titwaħħal fil-blokka biex il-qiegħ tar-rammer ikun 0,30 m mill-wiċċ ta’ fuq tal-blokka (ara l-illustrazzjoni 10.2). Il-blokka għandha tibqa’ taħdem mekkanikament, partikolarment fil-punt meta jiltaqgħu l-għodda ta’ sapport u l-konkrit. Qabel u wara kull test, għandu jiġi vverifikat li l-għodda ssiġillata fil-blokka tal-konkrit tkun integrata ġo fiha.
Il-kubu għandu jitqiegħed f’toqba bis-siment kullimkien, mgħottija bi lqugħ ta’ mill-inqas 100 kg/m2, kif indikat fl-Illustrazzjoni 10.3, biex il-wiċċ ta’ fuq tal-ilqugħ ikun lixx mal-art. Biex jiġi evitat storbju parasitiku, il-blokka għandha tkun insulata mill-qiegħ u mill-ġnub tat-toqba bi blokok elastiċi, li l-frekwenza cut-off tagħhom ma għandhomx ikunu iżjed minn nofs ir-rata tad-daqqa tat-tagħmir ittestjat, espressa bħala daqqiet fis-sekonda. Il-fetħa tal-ilqugħ li minnha jgħaddi l-mandarin tat-torn għandha tkun żgħira kemm jista’ jkun u ssiġillata b’ġonta flessibbli li tilqa’ l-ħsejjes. Test b’tagħbija It-tagħmir ittestjat għandu jkun konness mal-għodda ta’ sapport. It-tagħmir ittestjat għandu jitħaddem f’kundizzjonijiet stabbli bl-istess stabbilità akustika bħal waqt servizz normali. It-tagħmir ittestjat għandu jitħaddem bil-potenza massima speċifikata fl-istruzzjonjiet fornuti lix-xerrej. Perjodu tal-osservazzjoni Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda. Illustrazzjoni 10.1 Dijagramma skematika tal-biċċa intermedjarja
Illustrazzjoni 10.2 Blokka tat-test
Illustrazzjoni 10.3 Tagħmir ittestjat
Il-valur ta’ A għandu jkun tali li l-ilqugħ li jserraħ fuq il-ġonta elastika J ikun lixx mal-art. (b) Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku: EN IEC 62841-2-6:2020, EN IEC 62841-2-6:2020/A11:2020, l-Anness I, il-klawżola I.2 (c) Tagħmir imħaddem b’mod pnewmatiku jew idrawliku: L-istess bħat-tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni. 11. MIKSERS TAL-KONKRIT JEW TAT-TAJN Test b’tagħbija L-apparat tat-taħlit (drum) għandu jimtela sal-kapaċità nominali tiegħu b’ramel bi granulazzjoni ta’ 0 sa 3 mm, u l-umdità għandha tkun 4 sa 10 %. It-tagħmir tat-taħlit għandu jitħaddem tal-inqas bil-veloċità nominali. Perjodu tal-osservazzjoni Il-perjodu ta’ osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda. 12. TALJOLI TAL-BINI (a) Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni: Ara Nru 0. Iċ-ċentru ġeometriku tal-magna għandu jitqiegħed ’il fuq miċ-ċentru tal-emisfera; it-taljola għandha titqabbad iżda mingħajr tagħbija. (b) Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku: EN 14492-2:2019, l-Anness M. 13. MAGNI GĦAT-TWASSIL U L-ISPREJJAR TAL-KONKRIT U TAT-TAJN EN 12001:2012, l-Anness C 14. ĊINEG TRASPORTATURI Ara Nru 0. Iċ-ċentru ġeometriku tal-magna għandu jitqiegħed ’il fuq miċ-ċentru tal-emisfera. Iċ-ċinga għandha tiċċaqlaq bla tagħbija u għandha tħalli l-emisfera, jekk ikun meħtieġ, fid-direzzjoni tal-punt 1. 15. TAGĦMIR TAT-TKESSIĦ FUQ IL-VETTURI Test b’tagħbija It-tagħmir tat-tkessiħ għandu jiġi installat fi spazju tal-merkanzija reali jew simulat u l-livell tal-ħoss għandu jitkejjel f’pożizzjoni stazzjonarja fejn, skont l-istruzzjonijiet mogħtija lix-xerrej, l-għoli tat-tagħmir tat-tkessiħ ikun rappreżentattiv tar-rekwiżiti tal-installazzjoni maħsuba. Is-sors tal-potenza tat-tagħmir tat-tkessiħ għandu jopera b’rata li tikkawża l-veloċità massima tal-kompressur tat-tkessiħ u tal-fann speċifikat fl-istruzzjonijiet. Jekk it-tagħmir tat-tkessiħ ikun maħsub biex jitħaddem bil-magna tas-sewqan tal-vettura, il-magna ma għandhiex tintuża waqt il-kejl u t-tagħmir tat-tkessiħ għandu jitqabbad ma’ sors xieraq tal-enerġija elettrika. L-unitajiet tat-trattur li jistgħu jitneħħew għandhom jitneħħew waqt il-kejl. Il-livell tal-ħoss tat-tagħmir tat-tkessiħ installat fl-unitajiet tar-refriġerazzjoni tal-ispazju tat-tagħbija li joffru l-għażla ta’ sorsi differenti tal-enerġija elettrika għandu jitkejjel separatament għal kull sors tal-enerġija. Ir-riżultati tal-kejl irrapportati għandhom imqar ikunu jirriflettu l-mod tal-operat li jwassal għall-output massimu tal-ħoss. Perjodu tal-osservazzjoni Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda. 16. DOŻERS ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness C ta’ dak l-istandard. 17. RIGGIJIET TAT-TĦAFFIR (a) Riggijiet mobbli tat-tħaffir: EN 16228-2:2014+A1:2021, il-klawżola 5.12 (b) Tagħmir tat-tħaffir orizzontali f’direzzjoni partikolari: EN 16228-3:2014+A1:2021, il-klawżola 5.15 (c) Tagħmir tat-tħaffir awżiljarju interkambjabbli: EN 16228-7:2014+A1:2021, il-klawżola 5.3 (d) Tagħmir ieħor tat-tħaffir: EN 16228-1:2014+A1:2021, il-klawżola 5.27.2.2 18. DUMPERS ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness F ta’ dak l-istandard. 19. TAGĦMIR TAT-TAGĦBIJA U TAL-ĦATT TAT-TANKIJIET JEW TAS-SILOS FUQ IT-TRAKKIJIET Ara Nru 9 għall-kompressuri jew għall-pompi tal-vakwu. Ara Nru 56 għall-pompi likwidi. 20. SKAVATURI ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness B ta’ dak l-istandard. 21. SKAVATURI LI JGĦABBU ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness E ta’ dak l-istandard. 22. KONTENITURI TAR-RIĊIKLAĠĠ TAL-ĦĠIEĠ Għall-għanijiet ta’ dan il-kodiċi tat-test tal-istorbju, il-livell tal-pressjoni akustika ta’ avveniment wieħed integrat fiż-żmien LE kif definit f’EN ISO 3744:2010 il-punt 3.4.2, għandu jintuża għall-kejl tal-livell tal-pressjoni akustika fil-pożizzjonijiet tal-mikrofonu. Korrezzjoni ambjentali K2 A Kejl fl-arja aperta K2 A = 0 Kejl fuq ġewwa Il-valur tal-kostant K2 A, determinat skont EN ISO 3744:2010, l-Anness A, għandu jkun ≤ 2,0 dB f’liema każ K2 A ma għandux jitqies. Kundizzjonijiet opertorji waqt it-test Il-kejl tal-istorbju għandu jsir waqt ċiklu sħiħ li jibda bil-kontenitur vojt u li jintemm meta 120 flixkun tal-ħġieġ ikunu ntefgħu ġol-kontenitur. Il-fliexken tal-ħġieġ huma definiti kif ġej:
—
kapaċità: 75 cl;
—
massa: 370 ± 30 g.
L-operatur tal-ittestjar għandu jżomm kull flixkun tal-ħġieġ mill-għonq, u l-qiegħ tiegħu iħares lejn il-fetħa tal-mili u mbagħad għandu jimbuttah ġentilment tul il-fetħa tal-mili fid-direzzjoni taċ-ċentru tal-kontenitur, filwaqt li jevita jekk possibbli li l-flixkun jaħbat mal-ġnub. Għat-tfigħ tal-fliexken, għandha tintuża fetħa waħda biss tal-mili, dik l-eqreb lejn il-pożizzjoni 12 tal-mikrofonu. Perjodu/i tal-osservazzjoni/determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika li jirriżulta jekk tintuża aktar minn kundizzjoni tal-operat waħda Il-livell tal-pressjoni akustika f’avveniment wieħed integrat fiż-żmien ponderat bil-valur A għandu jitkejjel fl-istess ħin fis-sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu għal kull flixkun tal-ħġieġ mitfuħ ġol-kontenitur. Il-livell tal-potenza tal-ħoss f’każ wieħed integrat fiż-żmien ponderat bil-valur A medju fuq il-wiċċ tal-kejl għandu jiġi kkalkulat skont EN ISO 3744:2010, il-punt 8.2.2. Il-livell tal-pressjoni akustika f’avveniment wieħed integrat fiż-żmien ponderat bil-valur A medju fuq kull wieħed mill-120 tfigħ tal-fliexken tal-ħġieġ għandu jiġi kkalkulat bħala l-medja logaritmika tal-livelli tal-pressjoni akustika f’avveniment wieħed ponderati bil-valur A, bħala medja fuq il-wiċċ tal-kejl. 23. GRADERS ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness G ta’ dak l-istandard. 24. TRIMJATURI TAL-ĦAXIX/TRIMJATURI TAT-TARF TAL-ĦAXIX Ara Nru 2. 25. TRIMJATURI TAL-ĦAXIX (a) Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni EN ISO 22868:2021 (b) Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku EN IEC 62841-4-2:2019, l-Anness I, il-klawżola I.2 26. FLUSHERS TA’ PRESSJONI GĦOLJA Test b’tagħbija Il-flusher tal-pressjoni għolja għandu jiġi ttestjat f’pożizzjoni stazzjonarja. Il-magna u l-unitajiet awżiljarji għandhom jitħaddmu bil-veloċità mogħtija mill-manifattur għat-tħaddim tat-tagħmir operatorju. Il-pompi bi pressjoni għolja għandhom jitħaddmu bil-veloċità massima u bil-pressjoni operatorja mogħtija mill-manifattur. B’żennuna adattata, il-valv tat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jkun eżatt fil-punt ta’ reazzjoni. L-istorbju tal-fluss miż-żennuna ma għandu jkollu l-ebda effett fuq ir-riżultati tal-kejl. Perjodu tal-osservazzjoni Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun tal-inqas 30 sekonda. 27. MAGNI TAL-ĠETTIJIET TAL-ILMA BI PRESSJONI GĦOLJA (a) Tagħmir bi klassifikazzjoni tal-pressjoni ≤ 35 MPa EN 60335-2-79:2012, l-Anness CC (b) Tagħmir bi klassifikazzjoni tal-pressjoni > 35 MPa EN 1829-1:2010, il-klawżola 6.8 28. MARTELLI IDRAWLIĊI Wiċċ tal-kejl/għadd ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl Pożizzjonijiet tal-emisferu/sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu skont EN ISO 3744:2010, l-Anness F/r = 10 m. Immuntar tat-tagħmir Għat-test, il-martell għandu jitwaħħal ma’ trasportatur u għandha tintuża struttura ta’ blokka speċjali tat-test. L-Illustrazzjoni 28.1 turi l-karatteristiċi ta’ din l-istruttura u l-Illustrazzjoni 29.2 turi il-pożizzjoni tat-trasportatur.
It-trasportatur tal-martell tat-test għandu jilħaq ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-martell tat-test speċjalment fil-firxa tal-kejl, il-potenza tal-output idrawlika, il-fluss taż-żejt tal-forniment, u l-pressjoni lura tal-linja ta’ ritorn.
L-immuntar mekkaniku u l-konnessjonijiet (pajpijiet, eċċ.) għandhom jikkorrispondu mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fid-data teknika tal-martell. Għandu jitneħħa l-istorbju sinifikanti kollu kkawżat mill-pajpijiet u mid-diversi komponenti mekkaniċi meħtieġa għall-installazzjoni. Il-konnessjonijiet komponenti kollha għandhom jiġu ssikkati sew.
Il-martell għandu jinżamm sod ’l isfel mit-trasportatur biex tingħata l-istess stabbilità bħal dik li jkun hemm waqt kundizzjonijiet operatorji normali. Il-martell għandu jitħaddem f’pożizzjoni wieqfa.
Fil-kejl għandha tintuża għodda li ma taqtax. It-tul tal-għodda għandu jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Illustrazzjoni 28.1 (blokka tat-test). Test b’tagħbija
Il-kundizzjonijiet operatorji tal-martell idrawliku għandhom jiġu aġġustati, imkejla u rrapportati flimkien mal-valuri tekniċi tal-ispeċifikazzjoni korrispondenti. Il-martell li jkun qed jiġi ttestjat għandu jintuża b’mod li tkun tista’ tintlaħaq 90 % jew aktar tal-potenza tal-input idrawlika massima u tal-fluss taż-żejt tal-martell. Għandha tingħata attenzjoni li l-inċertezza totali tal-ktajjen tal-kejl ta’ ps u Q tinżamm fi ħdan ± 5 % biex tkun żgurata d-determinazzjoni tal-potenza tal-input idrawlika fl-eżattezza ta’ ±10 %. Meta wieħed jassumi korrelazzjoni lineari bejn il-potenza tal-input idrawlika u l-potenza tal-ħoss emessa, din għandha tfisser varjazzjoni ta’ anqas minn ± 0,4dB fid-determinazzjoni tal-livell tal-potenza tal-ħoss.
Il-konfigurazzjonijiet minn qabel tal-akkumulaturi kollha, tal-valvi ċentrali tal-pressjoni u ta’ komponenti aġġustabli possibbli oħra għandhom jilħqu l-valuri mogħtija fid-data teknika. Jekk aktar minn rata waħda tal-impatt fissa tkun fakultattiva, il-kejl għandu jsir bil-konfigurazzjonijiet kollha. Għandhom jiġu ppreżentati l-valuri minimi u massimi.
ps Il-valur medju tal-pressjoni fina tal-forniment idrawliku waqt l-operat tal-martell, inkluż tal-inqas 10 tismiriet. Q Il-valur medju tal-fluss taż-żejt tal-iżbokk tal-interruttur imkejjel fl-istess ħin ma’ ps. T It-temperatura taż-żejt għandha tkun bejn +40/+60 °C waqt il-kejl. It-temperatura tal-korp tal-interruttur idrawliku għandha tkun stabbilizzata għat-temperatura operatorja normali qabel jibda l-kejl. Pa Il-pressjonijiet tal-gass tal-mili minn qabel tal-akkumulaturi kollha għandhom jitkejlu f’qagħda statika (l-interruttur ma jkunx qed jaħdem) f’temperatura ambjentali stabbli ta’ +15/+25 °C. It-temperatura ambjentali mkejla għandha tiġi rreġistrata bil-pressjoni mkejla tal-gass tal-mili minn qabel tal-akkumulatur.
Potenza idrawlika tal-input tal-interruttur, PIN = ps Q Kejl tal-pressjoni tal-linja tal-provvista idrawlika, ps:
—
ps għandha titkejjel qrib kemm jista’ jkun tal-port-IN tal-interruttur;
—
ps għandha titkejjel b’gejġ tal-pressjoni (dijametru minimu: 100 mm; il-klassi tal-eżattezza +1,0 % FSO).
Fluss taż-żejt fil-bokka tal-interruttur, Q:
—
Q għandu jitkejjel mil-linja tal-pressjoni tal-provvista qrib kemm jista’ jkun tal-port-IN tal-interruttur;
—
Q għandu jitkejjel b’metru tal-fluss tal-elettriku (klassi tal-eżattezza ± 2,5 % tal-qari tal-fluss).
Punt tal-kejl tat-temperatura taż-żejt, T:
—
T għandu jitkejjel minn tank taż-żejt tat-trasportatur jew minn pajp idrawliku mqabbad mal-martell. Fir-rapport għandu jiġi speċifikat punt tal-kejl;
—
L-eżattezza tal-qari tat-temperatura għandha tkun fi ħdan ± 2 °C tal-valur reali.
Perjodu tal-osservazzjoni/determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika li jirriżulta Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda. Il-kejl għandu jiġi ripetut tliet darbiet, jew aktar jekk ikun meħtieġ. Ir-riżultat finali għandu jiġi kkalkulat bħala l-medja aritmetika tal-ogħla żewġ valuri li d-differenza bejniethom ma tkunx iżjed minn 1dB. Illustrazzjoni 28.1
Illustrazzjoni 28.2
Definizzjonijiet d Dijametru tal-għodda (mm); d1 Dijametru tal-inkwina, 1 200 ± 100 mm; d2 Dijametru ta’ ġewwa ta’ struttura tas-sapport tal-inkwina, ≤ 1 800 mm; d3 Dijametru tal-wiċċ tal-blokk tat-test, ≤ 2 200 mm; d4 Dijametru tal-fetħa tal-għodda fil-wiċċ, ≤ 350 mm; d5 Dijametru tas-siġill tal-għodda, ≤ 1 000 mm; h1 Tul viżibbli tal-għodda bejn l-aktar parti baxxa tal-ilqugħ u l-wiċċ ta’ fuq tas-siġill tal-għodda (mm), h1 = d ± d/2; h2 Ħxuna tas-siġill tal-għodda ’il fuq mill-wiċċ, ≤ 20 mm (jekk l-għodda tkun taħt il-wiċċ, il-ħxuna tagħha ma għandhiex tkun limitata; tista’ tkun magħmula minn lastiku tal-fowm); h3 Distanza bejn il-wiċċ ta’ fuq tal-wiċċ u l-wiċċ ta’ fuq tal-inkwina, 250 ± 50 mm; h4 Ħxuna tas-siġill tal-wiċċ tal-lastku tal-fowm insulanti, ≤ 30 mm; h5 Ħxuna tal-inkwina, 350 ± 50 mm; h6 Penetrazzjoni tal-għodda, ≤ 50 mm. Jekk tintuża l-forma kwadratika tal-istruttura tal-blokka tat-test, it-tul massimu għandu jkun daqs 0,89 × dijametru korrespondenti. L-ispazju vojt bejn il-wiċċ u l-inkwina jista’ jimtela b’lastku tal-fowm elastiku jew b’materjal assorbenti ieħor, densità < 220 kg/m3. 29. PAKKETTI TAL-POTENZA IDRAWLIKA Immuntar tat-tagħmir Il-pakkett tal-potenza idrawlika għandu jiġi installat fuq il-pjan riflettiv; il-pakketti tal-potenza idrawlika mmuntati fuq rejls (skid-mounted) għandhom jitqiegħdu fuq sapport għoli 0,40 m, sakemm il-kundizzjonijiet tal-installazzjoni tal-manifattur ma jkunux jeżiġu mod ieħor. Test b’tagħbija Waqt l-ittestjar, l-ebda għodda ma għandha titwaħħal mal-pakkett tal-potenza idrawlika. Il-pakkett tal-potenza idrawlika għandu jinġieb għall-istat wieqaf u stabbli tiegħu fil-firxa speċifikata mill-manifattur. Dan għandu jitħaddem bil-veloċità nominali tiegħu u bil-pressjoni nominali tiegħu. Il-veloċità u l-pressjoni nominali għandhom ikunu dawk li jidhru fl-istruzzjonijiet mogħtija lix-xerrej. Perjodu tal-osservazzjoni Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda. 30. TAGĦMIR LI JAQTAL-ĠONOT (a) Magni tal-qtugħ tal-art ikkontrollati minn persuna miexja: EN 13862:2021, il-klawżola 4.10.2 (b) Tagħmir portabbli li jinżamm fl-idejn u li jaħdem b’magna tal-kombustjoni interna, immuntat fuq sapport mobbli, li jintuża bħala segi tal-art: EN ISO 19432-1:2020, il-klawżola 4.19.2 (c) Tagħmir ieħor li jaqtal-ġonot: Test b’tagħbija It-tagħmir li jaqtal-ġonot għandu jkollu l-iktar xafra kbira possibbli speċifikata mill-manifattur fl-istruzzjonijiet mogħtija lix-xerrej. Il-magna għandha titħaddem bil-veloċità massima tagħha u bix-xafra ma tiċċaqlaqx. Perjodu tal-osservazzjoni Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda. 31. KOMPATTURI TAL-MIŻBLIET ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness H ta’ dak l-istandard. 32. MAGNI TAL-QTUGĦ TAL-ĦAXIX (a) Magni rotatorji u ċilindriċi tal-qtugħ tal-ħaxix imħaddma b’magna tal-kombustjoni: EN ISO 5395-1:2013, EN ISO 5395-1:2013/A1:2018, il-klawżola 4.3, it-tieni inċiż. Korrezzjoni ambjentali K2 A Jekk K2 A ≤ 0,5 dB, dan jista’ jiġi injorat. (b) Magni rotatorji u ċilindriċi tal-qtugħ tal-ħaxix imħaddma b’mutur tal-elettriku kkontrollati minn persuna bilwieqfa, riekba fuqhom, jew miexja: EN IEC 62841-4-3:2021, EN IEC 62841-4-3:2021/A11:2021, l-Anness I, il-klawżola I.2 33. TRIMJATURI TAL-ĦAXIX/TRIMJATURI TAT-TRUF TAL-ĦAXIX EN 50636-2-91:2014, l-Anness CC 34. NEFFIEĦA TAL-WERAQ (a) Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni: EN ISO 22868:2021 (b) Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku: EN 50636-2-100:2014, l-Anness CC 35. ĠABBARA TAL-WERAQ Ara Nru 34. 36. TRAKKIJIET TAL-IRFIGĦ EN 12053:2001+A1:2008 37. MAKKINARJI LI JGĦABBU ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness D ta’ dak l-istandard. 38. KREJNIJIET MOBBLI EN 13000:2010+A1:2014, il-klawżola 5.3 39. KONTENITURI TAL-ISKART MOBBLI Żona tat-test
—
Wiċċ riflettiv tal-konkrit jew tal-asfalt mhux poruż;
—
Kamra f’laboratorju li tipprovdi żona ħielsa fuq wiċċ riflettiv.
Korrezzjoni ambjentali K2 A Kejl fl-arja aperta: K2 A = 0 Kejl fuq ġewwa: Il-valur tal-kostant K2 A, determinat skont EN ISO 3744:2010, l-Anness A, għandu jkun ≤ 2,0dB, f’liema każ K2 A ma għandux jitqies. Wiċċ tal-kejl/għadd ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl Il-pożizzjonijiet tal-emisfera/sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu skont EN ISO 3744:2010, l-Anness F/r = 3 m. Kundizzjonijiet opertorji waqt it-test Il-kejl kollu għandu jsir b’kontenitur vojt.
Biex titnaqqas kemm jista’ jkun l-influwenza tal-operatur fuq il-kejl, l-operatur għandu joqgħod fuq wara tal-kontenitur (in-naħa taċ-ċappetta). L-għatu għandu jinħall minn nofsu biex ikun evitat li jinbaram waqt il-waqgħa tiegħu. Il-kejl għandu jsir tul iċ-ċiklu li ġej, ripetut 20 darba:
—
inizjalment, l-għatu għandu jittella’ vertikalment;
—
l-għatu għandu jinħall ’il quddiem, jekk possibbli mingħajr skossi, u l-operatur joqgħod fuq il-wara tal-kontenitur u ma jiċċaqlax sakemm jingħalaq l-għatu;
—
meta jingħalaq kollu, l-għatu għandu jintrefa’ għall-pożizzjoni inizjali tiegħu.
Nota: Jekk meħtieġ, l-operatur jista’ jiċċaqlaq temporanjament biex jgħolli l-għatu.
Biex titnaqqas l-influwenza tal-operatur fuq il-kejl, l-operatur għandu joqgħod fuq wara tal-kontenitur (naħa taċ-ċappetta) għall-kontenituri b’erba’ roti, jew fuq il-lemin tal-kontenitur (bejn il-pożizzjoni 10 tal-mikrofonu u l-pożizzjoni 12 tal-mikrofonu) għall-kontenituri b’żewġ roti. L-għatu għandu jinħall minn nofsu jew ikun qrib kemm jista’ lejn nofsu. Biex ikun evitat iċ-ċaqliq tal-kontenitur, ir-roti għandhom jissakkru waqt it-test. Għall-kontenituri b’żewġ roti, u biex tkun evitata xi skossjatura tal-kontenitur, l-operatur jista’ jżommu billi jpoġġi jdejh fuq il-burdura ta’ fuq. Il-kejl għandu jsir waqt iċ-ċiklu li ġej:
—
inizjalment, l-għatu għandu jinfetaħ orizzontalment;
—
l-għatu għandu jinħall mingħajr skossi;
—
wara ftuħ sħiħ, u qabel xi qbiż possibbli, l-għatu għandu jintrefa’ għall-pożizzjoni inizjali tiegħu.
Għal dan it-test, tintuża trakka tat-test artifiċjali, li tissimula art irregolari. It-trakka tat-test għandu jkollha żewġ faxex paralleli ta’ malja tal-azzar (6 m twila u 400 mm wiesgħa), imwaħħla sew fil-wiċċ riflettiv bejn wieħed u ieħor kull 20 cm. Id-distanza bejn iż-żewġ faxex għandha tkun adattata skont it-tip tal-kontenitur ħalli r-roti jkunu jistgħu jduru fuq it-tul kollu tat-trakka. Il-kundizzjonijiet tal-immuntar għandhom jiżguraw wiċċ ċatt. Jekk meħtieġ, it-trakka għandha titwaħħal mal-art b’materjal reżiljenti biex tiġi evitata emissjoni ta’ storbju parasitiku. Nota: Kull faxxa tista’ tkun magħmula minn ħafna elementi wesgħin 400 mm imwaħħlin flimkien. Eżempju ta’ trakka adegwata jinsab fl-Illustrazzjonijiet 39.1 u 39.2. L-operatur għandu joqgħod fuq in-naħa taċ-ċappetta tal-għatu. Il-kejl għandu jsir meta l-operatur jiġbed il-kontenitur tul it-trakka artifiċjali, b’veloċità kostanti ta’ bejn wieħed u ieħor 1 m/s, bejn il-punti A u B (distanza ta’ 4,24 m – ara l-Illustrazzjoni 39.3) meta l-fus tar-rota, għal kontenitur b’2 roti, jew il-fus tal-ewwel rota għal kontenitur b’4 roti, jilħaq il-punt A jew il-punt B. Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta tliet darbiet f’kull direzzjoni. Waqt it-test, għal kontenitur b’2 roti, l-angolu bejn il-kontenitur u t-trakka għandu jkun 45°. Għal kontenitur b’4 roti, l-operatur għandu jiżgura kuntatt sew tar-roti kollha mat-trakka. Perjodi ta’ osservazzjoni/determinazzjoni ta’ livell ta’ potenza akustika li jirriżulta jekk tintuża aktar minn kundizzjoni ta’ operar waħda
Jekk possibbli, il-kejl għandu jsir fl-istess ħin fis-sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu. Inkella, il-livelli tal-ħoss imkejla f’kull pożizzjoni tal-mikrofonu għandhom jiġu kklassifikati f’ordni li tiżdied u l-livelli tal-potenza akustika għandhom jiġu kkalkulati billi l-valuri f’kull pożizzjoni tal-mikrofonu jiġu assoċjati skont ir-ringiela tagħhom. Il-livell tal-pressjoni akustika f’avveniment wieħed integrat fiż-żmien ponderat bil-valur A għandu jitkejjel għal kull 20 għeluq u 20 ftuħ tal-għatu f’kull punt tal-kejl. Il-livelli tal-potenza akustika LWAshutting u LWAopening għandhom jiġu kkalkulati mill-medja kwadratika tal-ogħla ħames valuri fost dawk miksuba.
Il-perjodu tal-osservazzjoni T għandu jkun daqs iż-żmien meħtieġ biex tiġi koperta d-distanza bejn il-punt A u l-punt B fuq it-trakka. Il-livell tal-potenza akustika LWArolling għandu jkun daqs il-medja tas-sitt valuri li d-differenza bejniethom ma tkunx iżjed minn 2 dB. Jekk dan il-kriterju ma jiġix issodisfat b’kejl ta’ sitt darbiet, iċ-ċiklu għandu jiġi rripetut kemm ikun hemm bżonn. Il-livell tal-potenza akustika li jirriżulta għandu jiġi kkalkulat kif ġej: LWA = 10 log 1/3 (100,1 LWAshutting + 100,1 LWAopening + 100,1 LWArolling) Illustrazzjoni 39.1 Disinn tat-trakka tal-irrumblar
Illustrazzjoni 39.2 Dettall tal-kostruzzjoni u tal-immuntar tat-trakka tal-irrumblar
Illustrazzjoni 39.3 Distanza tal-kejl
40. MAGĦŻQA TAL-MUTUR Ara Nru 32 L-għodda għandha tinqala’ jew titneħħa waqt il kejl. 41. IRFINITURI TAL-PAVIMENTAR EN 500-6:2006+A1:2008, il-klawżola 5.17 42. TAGĦMIR TAL-PILING (a) Tagħmir għall-pedamenti EN 16228-4:2014+A1:2021, il-klawżola 5.8 (b) Tagħmir awżiljarju interkambjabbli użat għall-piling EN 16228-7:2014+A1:2021, il-klawżola 5.3 (c) Tagħmir ieħor tal-piling EN 16228-1:2014+A1:2021, il-klawżola 5.27.2.2 43. MAKKINARJI LI JIFIRXU L-PAJPIJIET ISO 6393:2008 44. CATERPILLARS TAL-PISTI ISO 6393:2008, bl-istess proċeduri u kundizzjonijiet tal-operat deskritti għat-tratturidożers. Il-wiċċ tal-post tat-test għandu jkun il-wiċċ riflettiv iebes (5.3.2. f’ISO 6393:2008). 45. ĠENERATURI TAL-ELETTRIKU EN ISO 8528-10:2022 Għandu jiġi applikat il-metodu tal-kejl ta’ dan l-istandard abbażi ta’ EN ISO 3744:2010 46. KENNIESA MEKKANIĊI (a) Kenniesa tat-toroq EN 17106-2:2021, il-klawżola 4.3 (b) Kenniesa mekkaniċi oħra użati fuq barra EN 60335-2-72:2012, l-Anness DD 47. VETTURI GĦALL-ĠBIR TAŻ-ŻIBEL EN 1501-4:2023 48. MAGNI TAL-MILLING TAT-TOROQ EN 500-2:2006+A1:2008, il-klawżola 5.17 49. SCARIFIERS (a) Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni EN 13684:2018, il-klawżola 5.16.2 (b) Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku EN IEC 62841-4-7:2022, EN IEC 62841-4-7:2022/A11:2022, l-Anness I, il-klawżola I.2 50. SHREDDERS/CHIPPERS (a) Shredders/chippers tal-ġonna mitmugħa bl-idejn
(i)
Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni EN 13683:2003+A2:2011, il-klawżola 5.10.2 EN 13683:2003+A2:2011/AC:2013
(ii)
Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku EN 50434:2014, il-klawżola 20.107.2 (b) Chippers tal-injam mitmugħa bl-idejn orizzontalment maħsuba għall-foresti EN 13525:2020, il-klawżola 5.5 (c) Chippers tal-injam mitmugħa bl-idejn vertikalment maħsuba għall-foresti, chippers tal-injam mitmugħa mekkanikament (vertikalment u orizzontalment) u shredders/chippers oħra Test b’tagħbija Ix-shredder/chipper għandhom jiġu ttestjati bi tlaqqix ta’ biċċa injama waħda jew aktar. Iċ-ċiklu operatorju għandu jikkonsisti mit-tlaqqix ta’ biċċa injama tonda (arżnu niexef jew plywood) twila mill-inqas 1,5 m, imsinna fuq naħa u jkollha dijametru daqs bejn wieħed u ieħor il-massimu li x-shredder/chipper ikun iddisinjat li jaċċetta kif speċifikat fl-istruzzjonijiet mogħtija lix-xerrej. Perjodu tal-osservazzjoni/determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika li jirriżulta Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jintemm meta ma jkunx hemm aktar materjal fiż-żona tat-tlaqqix, iżda ma għandux jaqbeż l-20 sekonda. Jekk iż-żewġ kundizzjonijiet tal-operat ikunu possibbli, għandu jinżamm l-ogħla livell tal-potenza akustika. 51. MAGNI LI JNEĦĦU L-BORRA B’GĦODOD ROTATORJI (a) Magni li jneħħu l-borra mħaddma fit-toroq EN 17106-3-1:2021, il-klawżola 4.2 (b) Magni li jneħħu l-borra kkontrollati minn persuna miexja jew riekba fuqhom
(i)
Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni EN ISO 8437-4:2021, l-Anness A
(ii)
Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku: Il-magna għandha titħaddem b’veloċità massima bla tagħbija għal 10 minuti qabel jibda t-test. Il-ġabbara u t-tagħmir tal-impeller għandhom jiddellku b’lubrikant skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Waqt it-test, il-ġabbara jew l-impellers għandhom jiġu attivati bla tagħbija. It-test għandu jsir f’pożizzjoni stazzjonarja bil-veloċità massima bla tagħbija. Il-magni għandhom jitkejlu billi jitqiegħdu fuq il-wiċċ b’mod li l-projezzjoni taċ-ċentru ġeometriku tal-partijiet ewlenin tagħhom (minbarra l-manku, eċċ.) tikkoinċidi mal-oriġini tas-sistema tal-koordinati tal-pożizzjonijiet tal-mikrofonu. Jekk jintuża wiċċ artifiċjali, dan għandu jitqiegħed b’mod li ċ-ċentru ġeometriku tiegħu jikkoinċidi wkoll mal-oriġini tas-sistema tal-koordinati tal-pożizzjonijiet tal-mikrofonu. L-assi lonġitudinali tal-magna għandu jkun fuq l-assi x. Il-kejl għandu jsir mingħajr operatur. Waqt il-kejl, il-magna għandha titħaddem f’kundizzjonijiet stabbli. Ladarba l-emissjoni tal-istorbju tkun stabbli, l-intervall tal-ħin tal-kejl għandu jkun mill-inqas 15-il sekonda. Jekk il-kejl isir f’baned tal-frekwenzi ta’ ottava jew ta’ terz ta’ ottava, il-perjodu minimu tal-osservazzjoni għandu jkun 30 sekonda għall-baned tal-frekwenzi ċċentrati fuq jew inqas minn 160Hz, u 15-il sekonda għall-baned tal-frekwenzi ċċentrati fuq jew iżjed minn 200Hz. 52. VETTURI TAL-ĠBID Test b’tagħbija Il-vettura tal-ġbid għandha tiġi ttestjata f’pożizzjoni stazzjonarja. Il-magna u l-unitajiet awżiljarji għandhom joperaw bil-veloċità mogħtija mill-manifattur biex jitħaddem it-tagħmir tax-xogħol. Il-pompi tal-vakwu għandhom jaħdmu bil-veloċità massima mogħtija mill-manifattur. It-tagħmir tal-ġbid għandu jintuża b’mod li l-pressjoni interna tkun daqs il-pressjoni atmosferika (0 % vakwu). Il-fluss tal-ħoss taż-żennuna tal-ġbid ma għandu jkollu l-ebda influwenza fuq ir-riżultati tal-kejl. Perjodu tal-osservazzjoni Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda. 53. KREJNIJIET TORRI EN 14439:2006+A2:2009, il-klawżola 6.4.1 54. TRENCHERS ISO 6393:2008 55. TRAKKIJIET TAT-TAĦLIT EN 12609:2021, l-Anness B 56. UNITAJIET TAL-POMPA TAL-ILMA EN ISO 20361:2019, EN ISO 20361:2019/A11:2020 Għandu jiġi applikat il-metodu tal-kejl ta’ dan l-istandard abbażi ta’ EN ISO 3744:2010. Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda. 57. ĠENERATURI TAL-IWWELDJAR EN ISO 8528-10:2022 Għandu jiġi applikat il-metodu tal-kejl ta’ dan l-istandard abbażi ta’ EN ISO 3744:2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|