|
+ANNESS IX KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU IN KUNSIDERAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKI TA' KORPI |
ANNESS IX KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU IN KUNSIDERAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKI TA' KORPI
ANNESS IX KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU IN KUNSIDERAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKI TA' KORPI 1. Il-korp, id-direttur tiegħu u l-istaff responsabbli biex jagħmul operazzjonijiet ta' verifika jistgħu jkunu la d-disinjaturi, bennej, fornitur jew installatur tat-tagħmir u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' kwalunkwe minn dawk il-partijiet. Jistgħu jsiru nvoluti la direttament u l-anqas bħala rappreżentati awtorizzati fid-disinn, kostruzzjoni, marketing jew manutenzjoni ta' tagħmir bħal dan l-anqas jirrapreżenta l-partijiet magħquda fl-attivitajiet. Dan ma jipprekludix il-possibbilitajiet ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn il-produttur u l-korp. 2. Il-korp u l-istaff tiegħu għandu jagħmel l-istimi u l-verifiki bl-għola grad ta' integrità professjonali u kompetenza teknika u għandu jkun ħieles mill-pressjonijiet kollha u inċentivi, partikolarment finanzjarja, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tax-xogħol tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta' persuni b' interess fir-riżultati ta' verifika. 3. Il-korp għandu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu l-istaff meħtieġ u jipposjedi l-faċilitajiet meħtieġa biex iħallieħ jagħmel sew ix-xogħol tekniku u amministrattiv konnes ma' operazzjonijiet ta' spezzjoni u sorveljanza; għandu jkollu wkoll stima għat-tagħmir meħtieġ għal kwalunkwe verifika speċjali. 4. L-istaff responsabbli għall-ispezzjoni għandu jkollu;
—
taħriġ san, tekniku u professjonali
—
tagħrif sodisfaċenti tal-bżonnijiet għall-istima ta' dokumentazzjoni teknika
—
tagħrif sodisfaċenti tal-bżonnijiet għall-provi li jagħmlu u esperjenza prattika adegwata ta' provi bħal dawn
—
l-abbilità li jfasslu ċ-ċertifikati, reġistri u rapporti meħtieġa biex jawtentikaw il-preżentazzjoni tal-provi.
5. L-imparzjalità ta' staff li jispezzjona għandha tkun garantita. Ir-rimunerazzjoni m'għandhiex tiddependi fuq in-numru ta'provi magħmula jew ir-riżultati ta' provi bħal dawn 6. Il-korp għandu joħroġ l-assigurazzjoni ta' responsabbilità sakemm ir-responsabbilità tagħha hija meħuda mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu huwa direttament risponsabbli għall-provi. 7. L-istaff tal-korp għandu josserva segretezza professjonali dwar l-informazzjoni kollha miksuba billi jsiru l-provi tagħhom (minbarra l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta' l-Istati f'liema qed isiru l-attivitajiet) taħt din id-Direttiva jew kwalunke disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jagħtu effett lilha 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|