|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Minbarra l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni oħra stabbilita b’liġi tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li dak li jipprovdi s-servizz għandu jagħmel faċli, direttament u permanenti aċċessibbli għal dawk li jirċievu s-servizz u l-awtoritajiet kompetenti, mill-anqas din l-informazzjoni:
(a)
l-isem ta’ dak li jipprovdi s-servizz;
(b)
l-indirizz ġeografiku li fih dak li jipprovdi s-servizz ikun stabbilit;
(ċ)
id-dettalji ta’ dak li jipprovdi s-servizz, inkluż l-indirizz elettroniku tiegħu, li jippermettilu li jkun ikkuntattjat u li jikkuntattja b’rapidità u b’manjiera diretta u effettiva;
(d)
meta dak li jipprovdi s-servizz ikun irreġistrat f’reġistru tal-kummerċ jew reġistru pubbliku simili, ir-reġistru tal-kummerċ li fih dak li jipprovdi s-servizz ikun inkluż u n-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu, jew mezzi ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru;
(e)
meta l-attività tkun soġġetta għal skema ta’ awtorizzazzjoni, il-partikolaritajiet ta’ l-awtorità rilevanti ta’ sorveljanza;
(f)
f’dak li jikkonċerna l-professjonijiet regolati:
—
kull korp professjonali jew istituzzjoni simili li magħha dak li jipprovdi s-servizz ikun irreġistrat,
—
it-titolu professjonali u l-Istat Membru fejn dan ikun ingħata,
—
referenza għar-regoli professjonali applikabbli fl-Istat Membru ta’ l-istabbiliment u l-mezzi ta’ aċċess għalihom;
(g)
meta dak li jipprovdi servizz jipprovdi attività li hija soġġetta għal VAT, in-numru ta’ identifikazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 22(1) tas-sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li li jirrigwardaw it-taxxa fuq in-negozju kollu - sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi ta’ stima uniformi ( 4 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|