+Artikolu 3 Skop
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
|
Artikolu 3 Skop
Skop
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Din id-Direttiva għandha tkopri vetturi u vetturi li m' għadhomx jintużaw, inklużi l-komponenti tagħhom u l-materjali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, din għandha tapplika irrispettivament għal kif il-vettura ġiet mogħtija servizz jew irranġata matul l-użu u irrispettivament jekk hiex ekwipaġġata b'komponenti akkwistati minn produttur jew b'komponenti oħra bħala spare jew replacement parts li huma bi qbil mad-disposizzjonijiet xierqa tal-Komunità jew id-disposizzjonijiet domestiċi.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudiżżju għall-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità u l-leġislazzjoni rilevanti nazzjonali, partikolarment rigward il-livelli ta' salvagwardja, emissjonijiet ta' l-arja u kontrolli ta' l-istorbju u protezzjoni tal-ħamrija u ilma.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Meta produttur jagħmel jew jimporta biss vetturi li huma eżenti mid-Direttiva 70/156/ KEE bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(2)(a) tagħha, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-produttur u l-vetturi tiegħu mill-Artikoli 7(4), 8 u 9 ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Vetturi b'għan speċjali kif definita fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom jiġu esklużi mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Għall-vetturi bi tliet roti bil-mutur l-Artikoli 5(1), 5(2) u 6 biss ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0053
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|