+Artikolu 9 Rappurtaġġ u informazzjoni
---+Artikolu 9 1a.
---+Artikolu 9 1b.
---+Artikolu 9 1c.
---+Artikolu 9 1d.
---+Artikolu 9 2.
|
Artikolu 9 Rappurtaġġ u informazzjoni
Rappurtaġġ u informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1a.
|
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2). Għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu. L-ewwel perijodu ta’ rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu, u għandu jkopri d-data għal dak il-perjodu ta’ rappurtar.
|
|
Artikolu 9 1b.
|
Id-data li jirrapportaw l-Istati Membri skont il-paragrafu 1a għandha tkun akkumpanjata b’rapport ta’ verifika tal-kwalità.
|
|
Artikolu 9 1c.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rappurtata skont il-paragrafu 1a, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tal-eżami mill-ġdid tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data. Il-valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data mill-Istati Membri u kull erba’ snin wara dan.
|
|
Artikolu 9 1d.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-data msemmija fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
|
|
Artikolu 9 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu f'kull każ mill-operaturi rilevanti ekonomiċi li jippublikaw l-informazzajoni dwar:
—
id-disinn tal-vetturi u l-komponenti tagħhom biex huma jkunu jistgħu jiġu rkuprati u riċiklati,
—
it-trattament ambjentalment sod tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw, partikolarment it-tneħħija tal-fluwidi kollha u ż-żarmar,
—
l-iżvilupp u l-modi ottimali għall-użu mill-ġdid, riċiklar u rkupru tal-vetturi li m' għadhomx jintużaw u l-komponenti tagħhom,
—
il-progress milħuq rigward l-irkupru u r-riċiklaġġ biex jitnaqqas l-iskart li għandu jintrema u ż-żjieda ta' rati ta' rranġar u riċiklaġġ.
Il-Produtturi għandhom jagħmlu din l-informazzjoni aċċessibbli lil xerrejja prospettivi tal-vetturi. Trid tkun inkluża fil-letteratura promozzjonali wżata fis-suq tal-vetturi ġodda.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0053
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|