+Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni ta' l-ilmijiet tal-wiċċ interni, ilmijiet temporanji, ilmijiet tal-kosta u ilmijiet ta' taħt l-art li:

(a) 

jipprevjeni aktar deterjorazzjoni u jipproteġi u jżid l-istatus tal-ekosistemi akkwatiċi u, bil-konsiderazzjoni tal-ħtiġiet tagħhom ta' l-ilma, ekosistemi terrestri u artijiet mistagħdra li jiddependu direttament fuq ekosistemi akkwatiċi;

(b) 

jippromwovi użu sostenibbli ta' l-ilma bbażat fuq protezzjoni fit-tul ta' riżorsi disponibbli ta' l-ilma;

(ċ) 

għandu l-għan li jipproteġi u jtejjeb l-ambjent akkwatiku, inter alia, permezz ta' miżuri speċifiċi li jnaqqsu b'mod progressiv il-ħruġ, l-emmissjonijiet u t-telf ta' sustanzi prioritarji u l-waqfien jew waqfien f'fażijiet ta' ħruġ, emmissjonijiet u telf ta' sustanzi prioritarji perikolużi;

(d) 

jiżgura t-tnaqqis progressiv ta' tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art u jipprevjeni aktar tniġġiż tiegħu, u

(e) 

jikkontribwixxi għal tnaqqis ta' l-effetti ta' dulluvji u nixfa ta' xita

u b'hekk jikkontribwixxi:

— 
sabiex ikun provdut il-forniment suffiċjenti ta' kwalità tajba ta' ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ kif meħtieġ għal użu ta' l-ilma b'mod sostenibbli, bilanċjat u ekwitabbli,
— 
riduzzjoni sinifikanti fit-tniġġiż ta' l-ilma tal-qiegħ,
— 
il-protezzjoni ta' ilmijiet territorjali u marittimi, u

▼M8

— 
għall-ilħuq tal-objettivi ta' ftehimiet internazzjonali rilevanti, inkluż dawk bil-mira tal-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tat-tniġġis tal-ambjent tal-baħar, permezz ta' azzjoni tal-Unjoni sabiex jitwaqqfu jew jiġu eliminati b'mod gradwali l-ħruġ, l-emissjonijiet u t-telf ta' sustanzi prijoritarji perikolużi, bl-għan aħħari li jinkisbu konċentrazzjonijiet fl-ambjent tal-baħar qrib il-livelli ta' sfond għal sustanzi li jinstabu b'mod naturali u qrib iż-żero għal sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.