+Artikolu 4 7a.

Artikolu 4 7a.

L-Istati Membri ma jkunux qed jiksru din id-Direttiva meta kwalunkwe impatt negattiv fuq terminu qasir fuq element ta' kwalità wieħed jew aktar ta' korp tal-ilma kkawżat minn proġett ġdid jew modifika għal proġett eżistenti f'dak il-korp tal-ilma ma jkunx jista' jiġi identifikat aktar wara sena jew, għal elementi ta' kwalità bijoloġiċi, wara massimu ta' tliet snin mill-bidu tal-eżekuzzjoni tal-proġett, u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-impatt negattiv mhux ir-riżultat ta' ħruġ, emissjonijiet jew telf diretti ta' kontaminant;

(b) 

il-potenzjal li jseħħ l-impatt negattiv jiġi vvalutat b'mod affidabbli ex ante minn awtorità kompetenti, u jiġi konkluż li ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv għall-korp tal-ilma kkonċernat jew għal kwalunkwe korp tal-ilma konness wara sena jew, għal elementi ta' kwalità bijoloġika, wara massimu ta' tliet snin;

(c) 

titwettaq verifika ex post;

(d) 

jittieħdu l-miżuri prattikabbli kollha biex jittaffa kwalunkwe impatt negattiv fuq il-korp tal-ilma jew fuq kwalunkwe korp tal-ilma konness ma' oħrajn; u

(e) 

sommarju tal-attivitajiet ewlenin imwettqa f'konformità ma' dan il-paragrafu, ir-riżultati rilevanti tal-verifika ex post, u l-miżuri meħuda biex jittaffew l-impatti negattivi, huwa inkluż fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar meħtieġ skont l-Artikolu 13.

Għall-finijiet tat-twettiq tal-verifika ex post skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw arranġamenti ta' monitoraġġ eżistenti stabbiliti skont l-Anness V u, fejn meħtieġ, dawn għandhom jiġu ssupplimentati b'monitoraġġ ad hoc addizzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.