+Artikolu 4 Għanijiet ambjentali
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 7a.
---+Artikolu 4 7b.
---+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 4 9.
|
Artikolu 4 Għanijiet ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Meta l-programmi ta' miżuri speċifikati fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara ikunu qed isiru operazzjonali:
(a)
għall-ilma tal-wiċċ
▼M8
(i)
L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu deterjorazzjoni tal-istat ta' kull korp tal-ilma tal-wiċċ, soġġett għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 7b u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8;
(ii)
L-Istati Membri għandhom jipproteġu, isaħħu u jirrestawraw il-korpi kollha tal-ilma tal-wiċċ, soġġett għall-applikazzjoni tal-punti (iii) ta’ dan il-paragrafu għal korpi tal-ilma artifiċjali u modifikati ħafna, bil-għan li jinkiseb stat tajjeb tal-ilma tal-wiċċ mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, f'konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, soġġett għall-applikazzjoni ta' estensjonijiet determinati skont il-paragrafu 4 u għall-applikazzjoni tal-paragrafi 5 sa 7b mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8;
(iii)
L-Istati Membri għandhom jipproteġu u jsaħħu l-korpi tal-ilma kollha artifiċjali u modifikati ħafna, bil-għan li jinkiseb potenzjal ekoloġiku tajjeb u stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, f'konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, soġġett għall-applikazzjoni ta' estensjonijiet determinati skont il-paragrafu 4 u għall-applikazzjoni tal-paragrafi 5 sa 7b mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8;
▼B
(iv)
L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 16(1) u (8), bil-mira li progressivament jitnaqqas it-tniġġiż minn sustanzi prioritarji u jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet emmissjonijiet, ħruġ u telf ta' sustanzi prijoritajri perikolużi;
mingħajr preġudizzju għall-ftehim internazzjonali relevanti imsemmija fl-Artikolu 1 għall-partijiet konċernati;
(b)
għall-ilma ta' taħt l-art
▼M8
(i)
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu jew jillimitaw id-dħul tal-kontaminanti fl-ilma ta' taħt l-art u biex jipprevjenu id-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi kollha tal-ilma ta' taħt l-art, soġġett għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 7b ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 tiegħu u soġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu11(3)(j);
(ii)
L-Istati Membri għandhom jipproteġu, jsaħħu u jirrestawraw il-korpi kollha tal-ilma ta' taħt l-art u jiżguraw bilanċ bejn estrazzjoni u r-recharge tal-ilma ta' taħt l-art, bil-għan li jinkiseb stat tajjeb tal-ilma ta' taħt l-art mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, f'konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, soġġett għall-applikazzjoni ta' estensjonijiet determinati skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u għall-applikazzjoni tal-paragrafi 5 sa 7b tiegħu mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu u soġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(j);
▼B
(iii)
L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex terġa tinġieb lura kif kienet kull trend fiż-żieda sinifikanti u sostnuta fil-konċentrazzjoni ta' kull kontaminant li jirriżulta mill-impatt ta' attività umana sabiex progressivament jitnaqqas it-tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art.
▼M8
Il-miżuri sabiex jinkiseb treġġigħ lura tat-tendenzi għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-Artikolu 17(2) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 5 u l-Anness IV tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), soġġetti għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 7b ta' dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 tiegħu.
▼B
(ċ)
għal żoni protetti
L-Istati Membri jridu jikkonformaw ma' kull standard u ma' l-għanijiet mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sakemm ma' jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja taħt liema, l-oqsma protetti individwali jkunu twaqqfu.
Fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Majott”), il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punti (a)(ii), (a)(iii), (b)(ii) u (c) għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Fejn aktar minn wieħed mill-għanijiet taħt paragrafu 1 relatat ma' korp ta' l-ilma partikolari, l-aktar wieħed strett għandu japplika.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jinnominaw korp ta' l-ilma tal-wiċċ bħala artifiċjali jew modifikat ħafna, meta:
(a)
il-bidliet fil-karatteristiċi idromorfoloġiċi ta' dak il-korp li huma meħtieġa sabiex jinkiseb stat ekoloġiku tajjeb ikollhom effetti sinifikanti kuntrarji fuq:
(ii)
navigazzjoni, inklużi faċilitajiet tal-port, jew rikreazzjoni;
(iii)
attivitajiet li għall-iskopijiet tagħhom l-ilma jiġi maħżun, bħal forniment ta' l-ilma tax-xorb, ġenerazzjoni tal-elettriku jew irrigazzjoni;
(iv)
regolazzjoni ta' l-ilma, protezzjoni minn dulluvji, drenaġġ ta' l-art, jew
(v)
attivitajiet oħra sostenibbli ta' żvilupp uman ugwalment importanti;
(b)
l-għanijiet ta' benefiċċju li l-karatteristiċi artifiċjali jew modifikati ħafna tal-korp ta' l-ilma jservu, ma' jistgħux, minħabba raġunijiet ta' fattibilità teknika jew spejjeż disproporzjonati, raġonevolment ikunu miksuba b'modi oħra, li huma għażla sinifikanti ta' ambjent aħjar.
Desinjazzjoni simili u r-raġunijiet għaliha jridu jkunu imsemmija speċifikament fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 13 u riveduti kull sitt snin.
|
|
Artikolu 4 4.
|
►M6
Il-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi għall-finijiet ta’ kisba tal-għanijiet f’fażijiet għal korpi ta’ ilma, sakemm ma titfaċċax aktar deterjorazzjoni fl-istat ta’ korp tal-ilma affettwat meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu: ◄
(a)
L-Istati Membri jistabbilixxu li kull titjib meħtieġ fl-istat ta' korpi ta' l-ilma ma' jistgħux ikunu miksuba raġonevolment fit-tul ta' żmien stabbilit f'dak il-paragrafu għall-anqas waħda mir-raġunijiet li jmiss:
(i)
l-iskala ta' titjib meħtieġ tista' tkun miksuba biss f'fażijiet li jeċċedu it-tul ta' żmien, għar-raġunijiet ta' fattibilità teknika;
(ii)
it-temma tat-titjib f'dan it-tul ta' żmien jista' jkun disproporzjonalment għoli;
(iii)
kundizzjonijiet naturali ma' jippermettux żvilupp fil-ħin fl-istat tal-korp ta' l-ilma.
(b)
Estensjoni taż-żmien stipulat, u r-raġunijiet għalih, huma speċifikament stabbiliti u spjegati fil-pjan tal-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 13.
(ċ)
Estensjonijiet iridu jiġu limitati sa' massimu ta' żewġ aġġornament oħra tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin ta' l-ilma barra f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet naturali huma tali li l-għanijiet ma' jkunux jistgħu jintlaħqu f'dan il-perjodu.
(d)
Sommarju ta' miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 11 li huma kunsidrati meħtieġa biex il-korpi ta' l-ilma jinġiebu progressivament fl-istat meħtieġ sa' ż-żmien stipulat estiż, ir-raġunijiet għal kull dewmien sinifikanti meta dawn il-miżuri jkunu qed isiru operazzjonali, u l-orarju mistenni għall-implimentazzjoni tagħhom huma stabbiliti fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Reviżjoni tal-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri u ġabra ta' kull miżuri addizzjonali jridu jiġu inklużi fl-aġġornamenti tal-pjan ta' mmaniġġjar ta' baċini tax-xmara.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jimmiraw biex jiksbu għanijiet ambjentali anqas stretti minn dawk meħtieġa taħt paragrafu 1 għal korpi speċifiċi ta' l-ilma meta jkunu tant affetwati minn attività umana, kif stabbiliti skond l-Artikolu 5(1), jew il-kundizzjoni naturali tagħhom hija tant li l-kisba ta' dawn l-għanijiet jistgħu ikunu għolja disproporzjonalment jew mhux fattibli, u l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu milħuqa:
(a)
il-ħtiġiet ambjentali u soċio-ekonomiċi moqdija minn din l-attività umana ma' jistgħux ikunu miksuba b'modi oħra, li huma sinifikament għażla ambjentali aħjar u li ma' jinvolvux spejjeż disproporzjonati;
(b)
L-Istati Membri jiżguraw,
—
għall-ilma tal-wiċċ, l-aktar stat kimiku u ekoloġiku għoli possibli huwa miksub, provduti impatti li raġonevalment ma' jkunux jistgħu jiġu evitati minħabba in-natura ta' attività jew tniġġiż uman,
—
għall-ilma tal-wiċċ, l-anqas tibdil possibbli lill-istat tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art, provduti impatti li raġonevolment ġew evitati minħabba in-natura ta' attività jew tniġġiż uman,
(ċ)
ma' titfaċċax aktar deterjorazzjoni fl-istat ta' korp ta' l-ilma affetwat;
(d)
it-twaqqif ta' għanijiet ambjentali anqas stretti, u r-raġunijiet għalihom, huma speċifikament imsemmija fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 13 u dawk l-għanijiet huma riveduti kull sitt snin.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Deterjorazzjoni temporanja fl-istat ta' korpi ta' l-ilma ma tiksirx il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jekk din tirriżulta minn ċirkostanzi ta' kawżi naturali jew forzi maġġuri li huma eċċezzjonali jew li ma' setgħux ikunu raġonevolment imbassra, partikolarment dulluvji estremi u nuqqas ta' xita għal tul ta' żmien, jew ir-riżultat ta' ċirkostanzi minħabba aċċidenti li ma' setgħux raġonevolment ikunu mbassra, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu intlaħqu:
(a)
il-passi kollha prattikabbli huma meħuda biex jipprevjenu aktar deterjorazzjoni fl-istat u sabiex ma' tkunx kompromessa il-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva f'korpi oħra ta' l-ilma mhux affetwati b'dawk iċ-ċirkostanzi;
(b)
il-kundizzjonijiet taħt liema ċ-ċirkostanzi li huma eċċezzjonali jew li ma' setgħux raġonevolment jiġu mbassra jistgħu jiġu dikjarati, inkluża l-adozzjoni ta' indikaturi xierqa, huma msemmija fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara;
(ċ)
il-miżuri li jridu jittieħdu taħt ċerta ċirkostanzi eċċezzjonali huma inklużi fil-programm ta' miżuri u ma' jikkompromettux l-irkupru tal-kwalità tal-korp ta' l-ilma kemm il-darba ċ-ċirkostanzi ikunu spiċċaw;
(d)
l-effetti taċ-ċirkostanzi li huma eċċezzjonali jew li ma' setgħux raġonevolment jiġu mbassra huma riveduti annwalment u, bla ħsara għar-raġunijiet stabbiliti f'paragrafu 4(a), il-miżuri prattikabbli kollha huma meħuda bl-għan li jkun restawrat il-korp ta' l-ilma fl-istat tiegħu qabel l-effetti ta' dawk iċ-ċirkostanzi, malajr daqskemm raġonevolment prattikabbli, u
(e)
ġabra tal-effetti taċ-ċirkostanzi u ta' dawn il-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu skond paragrafi (a) u (d) huma inklużi fl-aġġornament li jmiss tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
|
|
Artikolu 4 7.
|
L-Istati Membri ma' jkunux qed jiksru din id-Direttiva meta:
—
nuqqas li jinkiseb stat tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art, stat ekoloġiku tajjeb jew, fejn relevanti, potenzjal ekoloġiku tajjeb jew għal prevenzjoni minn deterjorament fl-istat ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ huwa r-riżultat ta' modifikazzjonijiet ġodda għall-karatteristiċi fiżiċi tal-korp ta' l-ilma tal-wiċċ jew alterazzjonijiet sal-livell ta' korpi ta' ilma ta' taħt l-art, jew
—
nuqqas ta' prevenzjoni ta' deterjorazzjoni minn stat għoli għal stat tajjeb ta' l-ilma tal-wiċċ huwa r-riżultat ta' attivitajiet sostenibbli ġodda ta' żvilupp uman
u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu milħuqa:
(a)
il-passi kollha prattikabbli huma meħuda biex jitnaqqsu l-impatti kuntrarji fuq l-istat tal-korp ta' l-ilma;
(b)
ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma speċifikament stabbiliti u spjegati fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin ta' l-ilma meħtieġ skond l-Artikolu 13 u l-għanijiet huma riveduti kull sitt snin;
(ċ)
ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma ta' interess pubbliku suprem u/jew il-benefiċċji għall-ambjent u għas-soċjeta mill-kisba ta' l-għanijiet stabbilti f'paragrafu 1 huma anqas importanti mill-benefiċċji ta' modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet għas-saħħa tal-bniedem, għal manteniment tas-sigurtà tal-bniedem jew għal żvilupp sostenibbli, u
(d)
l-għanijiet ta' benefiċċju moqdija minn dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet tal-korp ta' l-ilma ma' jistgħux, għar-raġunijiet ta' fattibilità teknika jew spejjeż disproporzjonati, jkunu miksuba b'modi oħra, li huma għażla aħjar ta' l-ambjent.
|
|
Artikolu 4 7a.
|
L-Istati Membri ma jkunux qed jiksru din id-Direttiva meta kwalunkwe impatt negattiv fuq terminu qasir fuq element ta' kwalità wieħed jew aktar ta' korp tal-ilma kkawżat minn proġett ġdid jew modifika għal proġett eżistenti f'dak il-korp tal-ilma ma jkunx jista' jiġi identifikat aktar wara sena jew, għal elementi ta' kwalità bijoloġiċi, wara massimu ta' tliet snin mill-bidu tal-eżekuzzjoni tal-proġett, u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-impatt negattiv mhux ir-riżultat ta' ħruġ, emissjonijiet jew telf diretti ta' kontaminant;
(b)
il-potenzjal li jseħħ l-impatt negattiv jiġi vvalutat b'mod affidabbli ex ante minn awtorità kompetenti, u jiġi konkluż li ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv għall-korp tal-ilma kkonċernat jew għal kwalunkwe korp tal-ilma konness wara sena jew, għal elementi ta' kwalità bijoloġika, wara massimu ta' tliet snin;
(c)
titwettaq verifika ex post;
(d)
jittieħdu l-miżuri prattikabbli kollha biex jittaffa kwalunkwe impatt negattiv fuq il-korp tal-ilma jew fuq kwalunkwe korp tal-ilma konness ma' oħrajn; u
(e)
sommarju tal-attivitajiet ewlenin imwettqa f'konformità ma' dan il-paragrafu, ir-riżultati rilevanti tal-verifika ex post, u l-miżuri meħuda biex jittaffew l-impatti negattivi, huwa inkluż fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar meħtieġ skont l-Artikolu 13.
Għall-finijiet tat-twettiq tal-verifika ex post skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw arranġamenti ta' monitoraġġ eżistenti stabbiliti skont l-Anness V u, fejn meħtieġ, dawn għandhom jiġu ssupplimentati b'monitoraġġ ad hoc addizzjonali.
|
|
Artikolu 4 7b.
|
L-Istati Membri ma jkunux qed jiksru din id-Direttiva meta d-deterjorazzjoni sseħħ fl-istat ta' korp tal-ilma riċeventi b'riżultat tar-rilokazzjoni, permezz ta' azzjoni mill-bniedem, tal-ilma jew tas-sediment mill-istess korp tal-ilma tal-wiċċ jew minn korp ieħor tal-ilma tal-wiċċ, jew minn korp tal-ilma ta' taħt l-art għal korp tal-ilma tal-wiċċ riċeventi, mingħajr ma tiġi kkawżata żieda netta fil-massa tal-kontaminanti, u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jittieħdu l-passi prattikabbli kollha, b'mod partikolari t-trattament tal-ilma jew tas-sediment, jekk fattibbli, biex jiġi minimizzat it-trasferiment tal-massa tal-kontaminanti biex jittaffa l-impatt negattiv fuq l-istat tal-korpi tal-ilma affettwati mir-rilokazzjoni;
(b)
tiġi stabbilita l-kompożizzjoni tal-ilma jew tas-sedimenti li għandhom jiġu rilokati, u r-rilokazzjoni ma żżidx ir-riskju ġenerali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent meta mqabbla mar-riskju eżistenti qabel ir-rilokazzjoni;
(c)
il-korp tal-ilma tal-wiċċ riċeventi jiġi kkonfermat li diġà mhuwiex fi stat kimiku tajjeb fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-kontaminanti rilokati, u b'mod partikolari fir-rigward tal-aktar kontaminanti persistenti u bijoakkumulattivi rilokati, u l-istat ekoloġiku jew il-potenzjal tal-korp tal-ilma riċeventi mhuwiex mistenni li jaqa' fi klassi aktar baxxa bħala riżultat tar-rilokazzjoni ta' dawk il-kontaminanti;
(d)
ir-rilokazzjoni ma għandhiex tirriżulta f'żieda fit-trattament ta' purifikazzjoni meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb;
(e)
fil-korp tal-ilma riċeventi, tkun ġiet stabbilita żona fejn ir-rilokazzjoni hija pprojbita madwar kwalunkwe punt ta' estrazzjoni għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;
(f)
ma jkunx hemm għażliet ambjentali aħjar b'mod sinifikanti għal raġunijiet ta' fattibbiltà teknika jew kost sproporzjonat;
(g)
ir-rilokazzjoni hija soġġetta għal regolamentazzjoni jew awtorizzazzjoni minn qabel; u
(h)
jiġi inkluż sommarju fil-pjan ta' mmaniġġjar għall-baċini tax-xmajjar meħtieġ skont l-Artikolu 13, inkluż informazzjoni relatata mal-punti (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu u r-raġunijiet għar-.
|
|
Artikolu 4 8.
|
Meta japplika l-paragrafi 3 sa 7b, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kisba tal-objettivi ta' din id-Direttiva f'korpi oħra tal-ilma fl-istess distrett tal-baċin tax-xmara ma tiġix eskluża jew kompromessa b'mod permanenti u li l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet tkun konsistenti mal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 4 9.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda, inkluż l-applikazzjoni tal-paragrafi 3 sa 7b, tiggarantixxi għall-anqas l-istess livell ta' protezzjoni bħal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|