|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.L-Istati Membri jridu jikkunsidraw il-prinċipju ta' rkuprar ta' l-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma, inklużi l-ispejjeż ta' l-ambjent u tar-riżorsi, wara li jiġu kkunsidrati l-analiżi ekonomiċi imwettqa skond l-Anness III, u bi qbil partikolarment mal-prinċipju ta' minn iniġġes iħallas. L-Istati Membri jridu jiżguraw sa' s-sena 2010
—
li l-politika ta' l-apprezzament ta' l-ilma tipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi ta' l-ilma effiċjentament, u b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet ambjentali ta' din id-Direttiva,
—
kontribuzzjoni adegwata ta' użu effiċjenti ta' l-ilma, imqassam għall-anqas ġo l-industrija, djar u agrikoltura, għall-irkuprar tal-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma, bażati fuq l-analiżi ekonomiċi imwettqa skond l-Anness III u jiġi kunsidrat il-prinċipju ta' minn iniġġes iħallas.
L-Istati Membri jistgħu meta qed jagħmlu dan, jikkunsidraw l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru kif ukoll il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew reġjuni affetwati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|