+Artikolu 9 Irkupru ta' l-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
|
Artikolu 9 Irkupru ta' l-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-Istati Membri jridu jikkunsidraw il-prinċipju ta' rkuprar ta' l-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma, inklużi l-ispejjeż ta' l-ambjent u tar-riżorsi, wara li jiġu kkunsidrati l-analiżi ekonomiċi imwettqa skond l-Anness III, u bi qbil partikolarment mal-prinċipju ta' minn iniġġes iħallas. L-Istati Membri jridu jiżguraw sa' s-sena 2010
—
li l-politika ta' l-apprezzament ta' l-ilma tipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi ta' l-ilma effiċjentament, u b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet ambjentali ta' din id-Direttiva,
—
kontribuzzjoni adegwata ta' użu effiċjenti ta' l-ilma, imqassam għall-anqas ġo l-industrija, djar u agrikoltura, għall-irkuprar tal-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma, bażati fuq l-analiżi ekonomiċi imwettqa skond l-Anness III u jiġi kunsidrat il-prinċipju ta' minn iniġġes iħallas.
L-Istati Membri jistgħu meta qed jagħmlu dan, jikkunsidraw l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru kif ukoll il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew reġjuni affetwati.
|
|
Artikolu 9 2.
|
L-Istati Membri għandhom jirraportaw fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara fuq il-passi pjanati għall-implimentazzjoni ta' paragrafu 1 li għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-għanijiet ambjentali ta' din id-Direttiva u fuq il-kontribuzzjoni magħmula minn użi varji ta' l-ilma għall-irkuprar ta' l-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Xejn f'dan l-Artikolu ma' għandu jipprevjeni l-finanzjament ta' miżuri preventivi partikolari jew miżuri rimedjali sabiex jinkisbu l-għanjiet ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 9 4.
|
L-Istati Membri ma' jkunux qe jiksru din id-Direttiva jekk jiddeċiedu bi qbil ma' prattiċi stabbiliti biex ma' japplikawx id-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1, it-tieni sentenza, u għal dak l-iskop id-disposizzjonijiet relevanti ta' paragrafu 2, għal attività partikolari ta' użu ta' l-ilma, fejn din ma' tikkompromettix l-iskopijiet u l-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jridu jirraportaw ir-raġunijiet għalfejn ma' japplikawx paragrafu 1 it-tieni sentenza, b'mod sħiħ, fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|