|
+Artikolu 11 3. |
Artikolu 11 3.“Miżuri bażiċi” huma l-ħtiġiet minimi li jridu jiġu mħarsa u jikkonsistu f':
(a)
dawk il-miżuri meħtieġa biex jimplimetaw leġislazzjoni Komunitarja għall-protezzjoni ta' l-ilma, inklużi miżuri meħtieġa taħt il-leġislazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10 u f'parti A ta' l-Anness VI;
(b)
miżuri meqjusa xierqa għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 9;
(ċ)
miżuri biex jippromwovu użu effiċjenti u sostenibbli ta' l-ilma sabiex ma tkunx kompromessa il-kisba ta' l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 4;
(d)
miżuri li jilħqu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu7, inklużi l-miżuri biex ikun hemm salvagwardja tal-kwalità ta' l-ilma sabiex jitnaqqas il-livell ta' trattament ta' purifikazzjoni meħtieġ għall-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb;
(e)
kontrolli fuq l-estrazzjoni ta' ilma ħelu tal-wiċċ u tal-qiegħ, u sekwestru ta' ilma ħelu tal-wiċċ, inkluż reġistru jew reġistri ta' l-estrazzjoni ta' l-ilma u ħtieġa ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal estrazzjoni u sekwestru. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn dawn il-kontrolli, estrazzjonijiet jew teħid li m'għandhomx impatt sinifikanti fuq stat ta' l-ilma;
(f)
kontrolli, inkluża ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel ta' recharge artifiċjali jew tkabbir ta' korpi ta' l-ilma tal-wiċċ. L-ilma użat jista' jinġieb mill-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ, sakemm l-użu tas-sors ma' jokkompromettix il-kisba ta' l-għanijiet ambjentali stabbiliti għas-sors jew il-korp ta' l-ilma recharged jew miżjud. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti;
(g)
għal ħruġ ta' punt ta' sors li possibilment jikkawżaw tniġġiż, ħtieġa għal regolar minn qabel, bħal projbizzjoni fuq dħul ta' kontaminanti fl-ilma, jew għal awtorizzazzjoni minn qabel, jew reġistrazzjoni bbażata fuq regolamenti ġenerali li jorbtu, jistabbilixxu kontrolli ta' emmissjoni għal kontaminanti konċernati, inklużi kontrolli skond l-Artikoli 10 u 16. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġornati;
(h)
għal sorsi ta' tixrid li jistgħu jikkawżaw tniġġiż, miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw id-dħul ta' kontaminanti. Kontrolli jistgħu jieħdu forma ta' ħtieġa għal regolament ta' qabel, bħala projbizzjoni fuq id-dħul ta' kontaminanti fl-ilma, reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni minn qabel ibbażata fuq regolamenti ġenerali li jorbtu fejn din il-ħtieġa mhix stabbilita b'mod ieħor taħt il-leġislazzjoni Komunitarja. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti;
(i)
għal kull impatt kuntrarju sinifikanti ieħor fuq l-istat ta' ilma identifikat taħt l-Artikolu 5 u l-Anness II, b'mod partikolari miżuri biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet idromorfoloġiċi tal-korpi ta' l-ilma ikunu konsistenti mal-kisba ta' stat ekoloġiku meħtieġ jew potenzjal ekoloġiku tajjeb għal korpi ta' ilma desinjat bħala artifiċjali jew modifikat ħafna. Kontrolli għal dan l-iskop jistgħu jieħdu forma ta' ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel jew reġistrazzjoni bbażata fuq regolamenti ġenerali li jorbtu fejn din il-ħtieġa mhix stabbilita b'mod ieħor taħt il-leġislazzjoni Komunitarja. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti;
(j)
projbizzjoni ta' ħruġ diretti ta' kontaminanti fl-ilma ta' taħt l-art bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jmiss: L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw injezzjoni mil-ġdid fl-istess akwifikatur ta' l-ilma użat għal skopijiet ġeotermali.
Huma jistgħu wkoll jawtorizzaw, filwaqt li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għal:
—
injezzjoni ta' ilma li jkun fih sustanzi li jirriżultaw mill-ħidmiet għal esplorazzjoni u estrazzjoni ta' attivitajiet tax-xogħol tal-minjieri jew idrokarboni, u injezzjoni ta' ilma għal raġunijiet tekniċi, f'formazzjonijiet ġeoloġiċi minn fejn idrokarboni jew sustanzi oħra ġew estratti jew ġo formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali huma inadatti permanentament għal skopijiet oħra. Dawn l-injezzjonijiet ma' jridx ikun fihom sustanzi oħra minn dawk li jirriżultaw mill-ħidmiet imsemmija hawn fuq,
—
injezzjoni mil-ġdid ta' ilma ta' taħt l-art ippumpjat minn mini u barrieri jew assoċjat mal-kostruzzjoni jew manutenzjoni ta' xogħol ta' inġinerija ċivili,
—
injezzjoni ta' gass naturali jew gass ta' żejt naturali likwidat (LPG) għal skopijiet ta' ħażna f'formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali m'humiex adattati permanetament għal skopijiet oħra,
—
injezzjoni tan-nixxiegħat tad-dijossidu tal-karbonju għall-finijiet tal-ħżin f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali mhumiex permanentement adegwati għal finijiet oħra, sakemm din it-tip ta’ injezzjoni ssir konformement mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (
13
) jew tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva taħt l-Artikolu 2(2) tagħha,
—
injezzjoni ta' gass naturali jew gass ta' żejt naturali likwidat (LPG) għal skopijiet ta' ħażna f'formazzjonijiet ġeoloġiċi oħra fejn ikun hemm bżonn suprem għal sigurtà ta' forniment tal-gass, u fejn l-injezzjoni hija tali li tipprevjeni kull periklu preżenti jew futur ta' deterjorazzjoni fil-kwalità ta' kull ilma ta' taħt l-art riċevut,
—
xogħol ta' kostruzzjoni, inġinerija ċivili u bini u attivitajiet simili fuq, jew fl-art li tkun tmiss ma' l-ilma ta' taħt l-art. Għal dawn l-iskopijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dawn l-attivitajiet iridu jiġu trattati bħala li ġew awtorizzati provdut li huma kondotti skond regolamenti ġenerali li jorbtu żviluppati mill-Istat Membru fir-rigward ta' dawn l-attivitajiet,
—
ħruġ ta' kwantitajiet żgħar ta' sustanzi għal skopijiet xjentifiki għal karatterizzazzjoni, protezzjoni jew rimedjazzjoni ta' korpi ta' l-ilma limitati għall-ammont strettament meħtieġ għall-iskopijiet konċernati
sakemm dan il-ħruġ ma' jikkompromettix il-kisba ta' l-għanijiet ambjentali imwaqqfa għal dak il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art;
(k)
f'konformità ma' azzjoni meħuda skont l-Artikolu 16, il-miżuri sabiex jiġi eliminat it-tniġġis tal-ilmijiet tal-wiċċ minn sustanzi prijoritarji perikolużi u sabiex jitnaqqas b'mod progressiv it-tniġġis minn sustanzi oħrajn li inkella jipprevjenu lill-Istati Membri milli jilħqu l-objettivi ambjentali għall-korpi tal-ilmijiet tal-wiċċ stabbiliti fl-Artikolu 4;
(l)
kull miżura meħtieġa biex tipprevjeni telf sinifikanti ta' kontaminanti minn stallazzjonijiet tekniċi, u biex tipprevjeni u/jew biex tnaqqas l-impatt ta' inċidenti ta' tniġġiż aċċidentali per eżempju bħala riżultat ta' dulluvji, inklużi minn sistemi li jgħarfu jew jagħtu twissija ta' dawn l-attivitajiet inklużi, fil-każ ta' aċċidenti li ma' setgħux raġonevolment jiġu mbassra, il-miżuri kollha xierqa biex jitnaqqas ir-riskju għal ekosistemi akkwatiċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|