+Artikolu 11 Programm ta' miżuri
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 1a.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
|
Artikolu 11 Programm ta' miżuri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Kull Stat Membru jrid jiżgura li jkun stabbilit għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, jew għall-parti ta' distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara fi ħdan it-territorju tiegħu, programm ta' miżuri, b'konsiderazzjoni tar-riżultati ta' l-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 5, sabiex jinkisbu l-għanijiet imwaqqfa taħt l-Artikolu 4. Dawn il-programmi ta' miżuri jistgħu jirreferu għal miżuri li joħorġu minn leġislazzjoni adottata f'livell nazzjonali u tkopri t-territorju kollu ta' Stat Membru. Fejn hu xieraq, Stat Membru jista' jadotta miżuri applikabbli għad-distretti kollha tal-baċin tax-xmara u/jew il-parti ta' distretti internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa' fi ħdan it-territorju tiegħu.
|
|
Artikolu 11 1a.
|
Meta jindirizzaw it-tniġġis kimiku, l-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, jipprijoritizzaw il-miżuri ta' kontroll fis-sors f'konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti tal-Unjoni dwar it-tniġġis. Fejn meħtieġ, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll miżuri biex jitnaqqas ir-riskju minn kontaminanti potenzjali diġà fil-prodotti u minn kontaminanti li diġà jinsabu fl-ambjent għall-fini li jinkiseb stat tajjeb tal-korpi tal-ilma.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Kull programm ta' miżuri jrid jinkludi l-miżuri “bażiċi” speċifikati f'paragrafu 3 u, fejn meħtieġ, miżuri “supplimentari”.
|
|
Artikolu 11 3.
|
“Miżuri bażiċi” huma l-ħtiġiet minimi li jridu jiġu mħarsa u jikkonsistu f':
(a)
dawk il-miżuri meħtieġa biex jimplimetaw leġislazzjoni Komunitarja għall-protezzjoni ta' l-ilma, inklużi miżuri meħtieġa taħt il-leġislazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10 u f'parti A ta' l-Anness VI;
(b)
miżuri meqjusa xierqa għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 9;
(ċ)
miżuri biex jippromwovu użu effiċjenti u sostenibbli ta' l-ilma sabiex ma tkunx kompromessa il-kisba ta' l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 4;
(d)
miżuri li jilħqu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu7, inklużi l-miżuri biex ikun hemm salvagwardja tal-kwalità ta' l-ilma sabiex jitnaqqas il-livell ta' trattament ta' purifikazzjoni meħtieġ għall-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb;
(e)
kontrolli fuq l-estrazzjoni ta' ilma ħelu tal-wiċċ u tal-qiegħ, u sekwestru ta' ilma ħelu tal-wiċċ, inkluż reġistru jew reġistri ta' l-estrazzjoni ta' l-ilma u ħtieġa ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal estrazzjoni u sekwestru. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn dawn il-kontrolli, estrazzjonijiet jew teħid li m'għandhomx impatt sinifikanti fuq stat ta' l-ilma;
(f)
kontrolli, inkluża ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel ta' recharge artifiċjali jew tkabbir ta' korpi ta' l-ilma tal-wiċċ. L-ilma użat jista' jinġieb mill-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ, sakemm l-użu tas-sors ma' jokkompromettix il-kisba ta' l-għanijiet ambjentali stabbiliti għas-sors jew il-korp ta' l-ilma recharged jew miżjud. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti;
(g)
għal ħruġ ta' punt ta' sors li possibilment jikkawżaw tniġġiż, ħtieġa għal regolar minn qabel, bħal projbizzjoni fuq dħul ta' kontaminanti fl-ilma, jew għal awtorizzazzjoni minn qabel, jew reġistrazzjoni bbażata fuq regolamenti ġenerali li jorbtu, jistabbilixxu kontrolli ta' emmissjoni għal kontaminanti konċernati, inklużi kontrolli skond l-Artikoli 10 u 16. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġornati;
(h)
għal sorsi ta' tixrid li jistgħu jikkawżaw tniġġiż, miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw id-dħul ta' kontaminanti. Kontrolli jistgħu jieħdu forma ta' ħtieġa għal regolament ta' qabel, bħala projbizzjoni fuq id-dħul ta' kontaminanti fl-ilma, reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni minn qabel ibbażata fuq regolamenti ġenerali li jorbtu fejn din il-ħtieġa mhix stabbilita b'mod ieħor taħt il-leġislazzjoni Komunitarja. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti;
(i)
għal kull impatt kuntrarju sinifikanti ieħor fuq l-istat ta' ilma identifikat taħt l-Artikolu 5 u l-Anness II, b'mod partikolari miżuri biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet idromorfoloġiċi tal-korpi ta' l-ilma ikunu konsistenti mal-kisba ta' stat ekoloġiku meħtieġ jew potenzjal ekoloġiku tajjeb għal korpi ta' ilma desinjat bħala artifiċjali jew modifikat ħafna. Kontrolli għal dan l-iskop jistgħu jieħdu forma ta' ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel jew reġistrazzjoni bbażata fuq regolamenti ġenerali li jorbtu fejn din il-ħtieġa mhix stabbilita b'mod ieħor taħt il-leġislazzjoni Komunitarja. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti;
(j)
projbizzjoni ta' ħruġ diretti ta' kontaminanti fl-ilma ta' taħt l-art bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jmiss:
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw injezzjoni mil-ġdid fl-istess akwifikatur ta' l-ilma użat għal skopijiet ġeotermali.
Huma jistgħu wkoll jawtorizzaw, filwaqt li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għal:
—
injezzjoni ta' ilma li jkun fih sustanzi li jirriżultaw mill-ħidmiet għal esplorazzjoni u estrazzjoni ta' attivitajiet tax-xogħol tal-minjieri jew idrokarboni, u injezzjoni ta' ilma għal raġunijiet tekniċi, f'formazzjonijiet ġeoloġiċi minn fejn idrokarboni jew sustanzi oħra ġew estratti jew ġo formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali huma inadatti permanentament għal skopijiet oħra. Dawn l-injezzjonijiet ma' jridx ikun fihom sustanzi oħra minn dawk li jirriżultaw mill-ħidmiet imsemmija hawn fuq,
—
injezzjoni mil-ġdid ta' ilma ta' taħt l-art ippumpjat minn mini u barrieri jew assoċjat mal-kostruzzjoni jew manutenzjoni ta' xogħol ta' inġinerija ċivili,
—
injezzjoni ta' gass naturali jew gass ta' żejt naturali likwidat (LPG) għal skopijiet ta' ħażna f'formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali m'humiex adattati permanetament għal skopijiet oħra,
▼M4
—
injezzjoni tan-nixxiegħat tad-dijossidu tal-karbonju għall-finijiet tal-ħżin f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali mhumiex permanentement adegwati għal finijiet oħra, sakemm din it-tip ta’ injezzjoni ssir konformement mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (
13
) jew tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva taħt l-Artikolu 2(2) tagħha,
▼B
—
injezzjoni ta' gass naturali jew gass ta' żejt naturali likwidat (LPG) għal skopijiet ta' ħażna f'formazzjonijiet ġeoloġiċi oħra fejn ikun hemm bżonn suprem għal sigurtà ta' forniment tal-gass, u fejn l-injezzjoni hija tali li tipprevjeni kull periklu preżenti jew futur ta' deterjorazzjoni fil-kwalità ta' kull ilma ta' taħt l-art riċevut,
—
xogħol ta' kostruzzjoni, inġinerija ċivili u bini u attivitajiet simili fuq, jew fl-art li tkun tmiss ma' l-ilma ta' taħt l-art. Għal dawn l-iskopijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dawn l-attivitajiet iridu jiġu trattati bħala li ġew awtorizzati provdut li huma kondotti skond regolamenti ġenerali li jorbtu żviluppati mill-Istat Membru fir-rigward ta' dawn l-attivitajiet,
—
ħruġ ta' kwantitajiet żgħar ta' sustanzi għal skopijiet xjentifiki għal karatterizzazzjoni, protezzjoni jew rimedjazzjoni ta' korpi ta' l-ilma limitati għall-ammont strettament meħtieġ għall-iskopijiet konċernati
sakemm dan il-ħruġ ma' jikkompromettix il-kisba ta' l-għanijiet ambjentali imwaqqfa għal dak il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art;
▼M8
(k)
f'konformità ma' azzjoni meħuda skont l-Artikolu 16, il-miżuri sabiex jiġi eliminat it-tniġġis tal-ilmijiet tal-wiċċ minn sustanzi prijoritarji perikolużi u sabiex jitnaqqas b'mod progressiv it-tniġġis minn sustanzi oħrajn li inkella jipprevjenu lill-Istati Membri milli jilħqu l-objettivi ambjentali għall-korpi tal-ilmijiet tal-wiċċ stabbiliti fl-Artikolu 4;
▼B
(l)
kull miżura meħtieġa biex tipprevjeni telf sinifikanti ta' kontaminanti minn stallazzjonijiet tekniċi, u biex tipprevjeni u/jew biex tnaqqas l-impatt ta' inċidenti ta' tniġġiż aċċidentali per eżempju bħala riżultat ta' dulluvji, inklużi minn sistemi li jgħarfu jew jagħtu twissija ta' dawn l-attivitajiet inklużi, fil-każ ta' aċċidenti li ma' setgħux raġonevolment jiġu mbassra, il-miżuri kollha xierqa biex jitnaqqas ir-riskju għal ekosistemi akkwatiċi.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Miżuri “supplimentari” huma dawk il-miżuri ddisinjati u implimentati b'żieda mal-miżuri bażiċi, bl-għan tal-kisba ta' l-għanijiet stabbiliti skond l-Artikolu 4. Parti B ta' l-Anness VI fiha lista mhux esklussiva ta' dawn il-miżuri. L-Istati Membri jistgħu ukoll jadottaw aktar miżuri supplimentarji sabiex jipprovdu protezzjoni addizzjonali jew meljorament ta' ilmijiet koperti minn din id-Direttiva, inklużi fl-implimentazzjoni tal-ftehim relevanti internazzjonali li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Fejn osservazzjoni kontinwa jew data oħra jindikaw li l-għanijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 4 għall-korp ta' l-ilma x'aktarx ma' jinkisbux, l-Istati Membri jridu jiżguraw li:
—
il-kawżi tan-nuqqas possibbli huma investigati,
▼M8
—
permessi u awtorizzazzjonijiet relevanti huma eżaminati u riveduti, kif xieraq,
▼B
—
il-programmi ta' osservazzjoni huma riveduti u aġġustati kif xieraq, u
—
miżuri addizzjonali kif jista' jkun meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanjiet huma stabbiliti, inkluż, kif xieraq, it-twaqqif ta' standards aktar stretti ta' kwalità ambjentali skond il-proċeduri stabbiliti fl-Anness V.
Fejn dawk il-kawżi huma ir-riżultat ta' ċirkostanzi ta' kawżi naturali jew forza maġġura li huma eċċezzjonali u li ma' setgħux raġonevolment jiġu mbassra, partikolarment dulluvji estremi u nuqqas ta' xita fit-tul, l-Istat Membru jista' jistabilixxi li miżuri addizzjonali mhumiex prattikabbli, bla ħsara għall-Artikolu 4(6).
|
|
Artikolu 11 6.
|
Fl-implimentazzjoni ta' miżuri skond il-paragrafu 3, l-Istati Membri jridu jieħdu l-passi xierqa biex ma' jżidux it-tniġġiż ta' ilmijiet marittimi. Mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni eżistenti, l-applikazzjoni ta' miżuri meħuda skond il-paragrafu 3 ma jistgħu taħt ebda kundizzjoni jwasslu, għal żieda ta' tniġġiż kemm dirett jew indirett fl-ilma tal-wiċċ. Din il-ħtieġa ma' għandiex tapplika fejn tirriżulta żieda ta' tniġġiż ta' l-ambjent sħiħ.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Il-programmi ta' miżuri jridu jiġu stabbiliti mhux aktar tard minn disa' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u l-miżuri kollha jridu jsiru operazzjonali mhux aktar tardminn 12 il-sena wara dik id-data. Fir-rigward tal-Majott, il-limiti taż-żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu t-22 ta’ Diċembru 2015 u t-22 ta’ Diċembru 2018, rispettivament.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Il-programmi ta' miżuri jridu jiġu riveduti, u jekk meħtieġ aġġornati sa' mhux iktar minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull sitt xhur wara. Kull miżura ġdida jew riveduta stabbilitaa taħt programm aġġornat trid issir operazzjonali fi żmien tlett snin mit-twaqqif tagħha. Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|