+Artikolu 13 Pjanijiet ta' mmaniġġjar ta' baċin tax-xmara
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
|
Artikolu 13 Pjanijiet ta' mmaniġġjar ta' baċin tax-xmara
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-Istati Membri jridu jiżguraw li pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara huwa prodott għal kull distrett tal-baċin tax-xmara li qiegħed kollu fi ħdan it-territorju tagħhom.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Fil-każ ta' distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa' kollu fi ħdan il-Komunità, Stati Membri jridu jiżguraw kordinazzjoni bl-għan ta' produzzjoni ta' pjan wieħed internazzjonali ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Fejn ċerta pjan internazzjonali ta' l-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara ma' jkunux provduti, Stati Membri jridu jipproduċu pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara li jkopri għall-anqas dawk il-partijiet tad-distretti internazzjonali tal-baċin tax-xamra li jaqa' fi ħdan it-territorju tagħhom għall-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Fil-każ ta' distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jestendi lil hinn mill-fruntieri tal-Komunità, Stati Membri jridu jagħmlu ħilithom biex jipproduċu pjan wieħed ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara, u, fejn dan ma' jkunx possibbli, il-pjan irid għall-inqas ikopri l-parti tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li qiegħed fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri konċernati.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Il-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jrid jinkludi l-informazzjoni dettaljata fl-Anness VII.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jistgħu jkunu supplimentati bil-produzzjoni ta' aktar programmi dettaljati u pjanijiet ta' mmaniġġjar għal sub-baċin, settur, kwistjoni, jew tip ta' ilma, biex jiġi negozjat ma' aspetti partikolari tal-immaniġġjar ta' l-ilma. Implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri ma' tridx teżenta l-Istati Membri mill-ebda obbligazzjoni tagħhom taħt il-kumplament ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 13 6.
|
Pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jridu jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn disa' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2015.
|
|
Artikolu 13 7.
|
Pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin ta' l-ilma jridu jiġu riveduti u aġġornati mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull sitt xhur wara. Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|