+Artikolu 22 Tħassir u disposizzjonijiet transitorji
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.

Artikolu 22 Tħassir u disposizzjonijiet transitorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.

Dan li ġej irid jitħassar b'mod effettiv minn seba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva:

— 
Direttiva 75/440/KEE tas-16 ta' Ġunju tal-1975 dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta' ilma tax-xorb fl-Istati Membri ( 22 ),
— 
Deċiżjoni tal-Kunsill 77/795/KEE tat-12 ta' Diċembru tal-1977 li jistabbilixxi l-proċedura komuni għall-iskamnju ta' informazzjoni fuq il-kwalità ta' l-ilma ħelu tal-wiċċ fil-Komunità ( 23 ),
— 
Direttiva tal-Kunsill 79/869/KEE tad-9 ta' Ottubru 1979 dwar il-metodi ta' miżuri u frekwenzi ta' kampjun u analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta' ilmijiet tax-xorb fl-Istati Membri ( 24 )
Artikolu 22 2.

Dan li ġej irid jitħassar effettivament minn 13-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva:

— 
Direttiva tal-Kunsill 78/659/KEE tat-18 ta' Lulju 1978 dwar il-kwalità tal-ilma ħelu li jeħtieġu protezzjoni jew titjib sabiex isostnu l-ħajja tal-ħut ( 25 ),
— 
Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE tat-30 t'Ottubru tal-1979 dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-frott tal-baħar ( 26 ),
— 
Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta' Diċembru tal-1979 dwar il-protezzjoni ta' ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġiż kawżat minn ċerta sustanzi perikolużi,
— 
Direttiva 76/464/KEE, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 6, li jrid jiġi mħassar effettivament mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Artikolu 22 3.

Id-disposizzjonijiet transizzjonali għandhom jgħoddu għal Direttiva 76/464/KEE:

(a) 

il-lista ta' sustanzi prioritarji adottati taħt l-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva jridu jibdlu il-lista ta' sustanzi ta' priorità fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Kunsill tat-22 ta' Ġunju tal-1982;

(b) 

għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 ta' Direttiva 76/464/KEE, Stati Membri jistgħu japplikaw il-prinċipji għall-identifikazzjoni ta' problemi ta' tniġġiż u s-sustanzi li jikkawżawhom, it-twaqqif ta' standards ta' kwalità, u l-adozzjoni ta' miżuri, imniżżla f'din id-Direttiva.

Artikolu 22 4.
L-objettivi ambjentali fl-Artikolu 4, l-istandards ta' kwalità ambjentali stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE u l-istandards ta' kwalità ambjentali għall-kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara stabbiliti fl-Artikolu 16(4) ta' din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala standards ta' kwalità ambjentali għall-finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE.
Artikolu 22 5.
Fejn sustanza fuq il-lista ta' sustanzi ta' priorità adottati taħt l-Artikolu 16 ma' tkunx inkluża fl-Anness VIII għal din id-Direttiva jew għall-Anness III għal Direttiva 96/61/KE, din trid tkun miżjuda hemmhekk.
Artikolu 22 6.
Għal korpi ta' ilma tal-wiċċ, għanijiet ambjentali mwaqqfa taħt l-ewwel pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġa minn din id-Direttiva jridu, għall-inqas, jagħtu effett għall-istandards ta' kwalità l-inqas stretti bħal dawk meħtieġa biex jimplimentaw id-Direttiva 76/464/KEE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.