|
+ANNESS I INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAL-LISTA TA' AWTORITAJIET KOMPETENTI |
ANNESS I INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAL-LISTA TA' AWTORITAJIET KOMPETENTI
ANNESS I INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAL-LISTA TA' AWTORITAJIET KOMPETENTI Kif meħtieġ skond l-Artikolu 3(8), l-Istati Membri jridu jipprovdu l-informazzjoni li jmiss fuq l-awtoritajiet kompetenti kollha fi ħdan kull distrett tal-baċin tax-xmara kif ukoll il-parti ta' kull distrett tal-baċin tax-xmara li qiegħed fi ħdan it-territorju tagħhom.
(i)
- l-isem u l-indirizz uffiċċjali ta' l-awtorità identifikata taħt l-Artikolu 3(2).
(ii)
- l-ismijiet tax-xmajjar prinċipali fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara flimkien ma' deskrizzjoni preċiża tal-fruntieri tad-distrett tal-baċin tax-xmara. Din l-informazzjoni trid kemm jista' jkun possibbli tkun disponibbli għal introduzzjoni f'sistema ta' informazzjoni ġeografika (GIS) u/jew is-sistema ta' informazzjoni ġeografika tal-Kummissjoni (GISCO).
(iii)
- deskrizzjoni ta' l-istat legali ta' l-awtorità kompetenti u, fejn relevanti, sommarju jew kopja tal-istatut tagħha, it-trattat ta' twaqqif jew dokument legali ekwivalenti.
(iv)
- deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet legali u amministrattivi ta' kull awtorità kompetenti u tal-parti tagħha fi ħdan kull distrett tal-baċin tax-xmara.
(v)
- fejn l-awtorità kompetenti taġixxi bħala korp ta' kordinazzjoni għal awtoritajiet kompetenti oħra, hija meħtieġa lista għal dawn il-korpi flimkien ma' ġabra tar-relazzjonijiet istituzzjonali mwaqqfa sabiex tiżgura kordinazzjoni.
(vi)
- fejn distrett tal-baċin tax-xmara jkopri it-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed jew jinkludi it-territorju ta' Stati mhux-Membri, huwa meħtieġ sommarju tar-relazzjonijiet istituzzjonali imwaqqfa sabiex tiżgura kordinazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|