+ANNESS VII PJANIJIET TA’ L-IMMANIĠĠJAR TAL-BAĊIN TAX-XMARA

ANNESS VII PJANIJIET TA’ L-IMMANIĠĠJAR TAL-BAĊIN TAX-XMARA




ANNESS VII

PJANIJIET TA’ L-IMMANIĠĠJAR TAL-BAĊIN TAX-XMARA

A.

Pjanijiet ta’ l-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara jridu jkopru l-elementi li jmiss:

1.

deskrizzjoni ġenerali tal-karatteristiċi tad-distrett tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 5 u l-Anness II. Din trid tinkludi:

1.1.

għal ilmijiet tal-wiċċ:

— 
pjan tal-post u fruntieri ta’ korpi ta’ l-ilma,
— 
pjan tal-ekoreġjuni u tipi ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ fi ħdan il-baċin tax-xmara,
— 
identifiakzzjoni ta’ kondizzjonijiet ta’ referenza għat-tipi ta’ korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ

1.2.

għal ilmijiet ta' taħt l-art:

— 
pjan tal-post u fruntieri ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art,

2.

ġabra ta’ ►C1  pressjonijiet ◄ sinifikanti u impatt ta’ attività umana fuq l-istat ta’ l-ilma tal-wiċċ u ilma ta' taħt l-art, li jinkludu:

— 
stima ta’ tniġġiż ta’ sors ta’ punt,
— 
stima ta’ sors ta’ tixrid ta’ tniġġiż, inkluża ġabra ta’ użu fuq l-art,
— 
stima ta’ ►C1  pressjonijiet ◄ fuq l-istat kwantitattiv ta’ l-ilma inklużi estrazzjonijiet,
— 
analiżi ta’ impatti oħra ta’ attività umana fuq l-istat ta’ l-ilma;

3.

identifikazzjoni ta’ pjan ta’ żoni protetti kif meħtieġ mill-Artikolu 6 u l-Anness IV;

4.

mappa tan-networks ta’ monitoraġġ imwaqqaf għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 8 u l-Anness V, u preżentazzjoni f’forma ta’ mappa tar-riżultati ta’ programmi ta’ monitoraġġ magħmula taħt dawk id-disposizzjonijiet għall-istat ta’:

4.1.

l-ilma tal-wiċċ (ekoloġiku jew kimiku);

4.2.

l-ilma ta' taħt l-art (kimiku u kantitattiv);

4.3.

żoni protetti;

5.

lista ta’ l-għanijiet ambjentali imwaqqfa taħt l-Artikolu 4 għal ilmijiet tal-wiċċ, ilmijiet ta' taħt l-art u żoni protetti, inkluża partikolarment identifikazzjoni ta’ istanzi fejn sar użu ta’ l-Artikolu 4(4), (5), (6) u (7), u l-informazzjoni assoċjata meħtieġa taħt dak l-Artikolu;

6.

sommarju ta’ l-analiżi ekonomiċi ta’ użu ta’ l-ilma kif meħtieġ mill-Artikolu 5 u l-Anness III;

7.

sommarju tal-programm jew programmi ta’ miżuri adottati taħt l-Artikolu 11, inklużi l-modi fejn l-għanijiet imwaqqfa taħt l-Artikolu 4 huma b’hekk akkwistati;

7.1.

sommarju tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja għall-protezzjoni ta’ l-ilma;

7.2.

rapport fuq il-passi prattiċi u miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rkuprar tal-ispejjeż ta’ użu ta’ l-ilma skond l-Artikolu 9;

7.3.

sommarju tal-miżuri meħuda biex jinkisbu l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu7;

7.4.

sommarju tal-kontrolli fuq estrazzjoni u sekwestru ta’ l-ilma, inkluża referenza għar-reġistri u identifikazzjonijiet tal-każi fejn eżenzjonijiet saru taħt l-Artikolu 11(3)(e);

7.5.

sommarju tal-kontrolli adottati għal sors ta’ punt ta’ ħruġ u attivitajiet oħra b’impatt fuq l-istat ta’ l-ilma bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(3)(g) u 11(3)(i);

7.6.

identifikazzjoni tal-każi fejn ħruġ diretti għal ilma ta' taħt l-art ġew awtorizzati bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu11(3)(j);

7.7.

sommarju tal-miżuri meħuda skond l-Artikolu 16 fuq sustanzi prioritarji;

7.8.

sommarju tal-miżuri meħuda għal prevenzjoni jew tnaqqis tal-impatt ta’ inċidenti ta’ tniġġiż aċċidentali;

7.9.

sommarju tal-miżuri meħuda taħt l-Artikolu 11(5) għal korpi ta’ l-ilma li x’aktarx ma’ jiksbux l-għanijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 4;

7.10.

dettalji tal-miżuri supplimentari identifikati kif meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali stabbiliti;

7.11.

dettalji tal-miżuri meħuda biex tiġi evitata żieda tat-tniġġiż ta’ ilmijiet marittimi skond l-Artikolu 11(6);

8.

reġistru tal-programmi kollha żejda dettaljati u pjanijiet ta’ mmaniġġjar għad-distrett tal-baċin tax-xmara li għandu x’jaqsam ma’ sub-baċini, setturi, ħruġ u tipi ta’ ilma partikolari, flimkien ma’ sommarju tal-kontenut tagħhom;

9.

sommarju tal-informazzjoni pubblika u miżuri ta’ konsultazzjoni meħuda, ir-riżultati tagħhom u l-bdil fil-pjan magħmula bħala konsegwenzi;

10.

lista ta’ awtoritajiet kompetenti skond l-Anness I;

11.

il-punti ta’ kuntatt u proċeduri għal ksib ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni tal-isfond riferuti fl-Artikolu 14(1), u partikolarment dettalji tal-miżuri ta’ kontroll adottati skond l-Artikolu 11(3)(g) u 11(3)(i) u tad-data monitorjati attwalment miġbura skond l-Artikolu 8 u l-Anness V.

B.

L-ewwel aġġornament tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara u kull aġġornament sussegwenti għandhom ukoll jinkludu:

1.

sommarju ta’ kull bdil jew aġġornament minn meta l-pubblikazzjoni tal-verżjoni ta’ qabel tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara, inkluż sommarju ta’ reviżjonijiet li jridu jsiru taħt l-Artikolu 4(4), (5), (6) u (7);

2.

stima tal-progress li sar favur il-kisba ta’ l-għanijiet ambjentali, inkluża preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ għall-perjodu tal-pjan ta’ qabel f’forma ta’ mappa, u spjegazzjoni għall-għanijiet ambjentali li ma’ ġewx milħuqa;

3.

sommarju ta’, u spjegazzjoni għal, kull miżura mbassra fil-verżjoni ta’ qabel tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara li ma’ ġietx mwettqa;

4.

sommarju ta’ miżuri interim addizzjonali adottati taħt l-Artikolu 11(5) minn meta l-pubblikazzjoni tal-verżjoni ta’ qabel tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara;

▼M8

5.

sommarju ta' kwalunkwe miżura adottata biex jitqiesu s-suġġerimenti għal titjib magħmula mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 18(2)(c), għall-pjan preċedenti.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.