|
+Artikolu 2 Id-definizzjonijiet |
Artikolu 2 Id-definizzjonijietArtikolu 2 Id-definizzjonijiet Għall-għanijiet u ġewwa l-qafas ta’ dan ir-Regolment:
(a)
“skart” għandu jfisser kull sustanza jew oġġett kif iddefiniti fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/EEC tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart ( 3 );
(b)
“frazzjonijiet ta’ l-iskart miġbura separatament” għandha tfisser l-iskart tad-djar u skart simili, miġbur bil-għażla fi frazzjonijiet omoġenji mis-servizzi pubbliċi, l-organizzazzjonijiet ta’ bla qliegħ u l-intrapriżi privati li jaġixxu fil-kamp tal-ġbir organizzat ta’ l-iskart;
(ċ)
“riċiklaġġ” għandu jkollu l-istess tifsira bħal fid-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-pakkeġġjar u l-pakkeġġjar ta’ l-iskart ( 4 );
(d)
“irkupru” għandu jfisser kull waħda mill-ħidmiet ipprovduti fl-Anness II.B mad-Direttiva 75/442/KEE;;
(e)
“disponiment” għandu jfisser kull waħda mill-ħidmiet ipprovduti fl-Anness II.A mad-Direttiva 75/442/KEE;
(f)
“faċilità ta’ l-irkupru jew tad-disponiment” għandha tfisser faċilità li teħtieġ permess jew reġistrazzjoni skond l-Artikoli 9, 10 jew 11 tad-Direttiva 75/442/KE;
(g)
“skart perikoluż” għandu jfisser kull skart kif iddefinit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż ( 5 );
(h)
“skart mhux perikoluż” għandu jfisser l-iskart li mhux kopert bil-punt (g);
(i)
“inċinerazzjoni” għandha tfisser it-trattament termali ta’ l-iskart f’impjant ta’ l-inċinerazzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 3(4) jew impjant tal-ko-inċinerazzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropewu u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart ( 6 );
(j)
“terraferma” għandha tfisser sit tad-disponiment mill-iskart kif iddefinit fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f terraferma ( 7 );
(k)
“kapaċità tal-faċilitajiet ta’ l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart” għandha tfisser il-kapaċità massima sabiex jinħaraq l-iskart, f’tunnellati metriċi fis-sena jew f’gigajoules;
(l)
“kapaċità tal-faċilitajiet li jirriċiklaw l-iskart” għandha tfisser il-kapaċità massima sabiex jiġi rriċiklat l-iskart, f’tunnellati metriċi fis-sena;
(m)
“il-kapaċità tat-terrafermi” għandha tfisser il-kapaċità li tifdal (fl-aħħar tas-sena tar-riferiment ta’ l-informazzjni) fil-faċilità tat-terraferma sabiex tiddisponi mill-iskart fil-futur, imkejla f’metri kubi;
(n)
“kapaċità tal-faċilitajiet l-oħra li jirriċiklaw l-iskart” għandha tfisser il-kapaċità medja tad-disponiment mill-iskart, imkejla f’tunnellati metriċi kull sena. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|