+Artikolu 3 Il-ġbir ta’ l-informazzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.

Artikolu 3 Il-ġbir ta’ l-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

L-Istati Membri għandhom, waqt li jirrispettaw il-kondizzjonijiet ta' kwalità u ta' preċiżjoni ddefiniti skond it-tieni subparagrafu, jiġbru d-data meħtieġa għall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Annessi I u II permezz ta':

— 
stħarriġ,
— 
sorsi amministrattivi jew oħrajn, bħalma huma l-obbligi ta' rappurtaġġ fil-qafas tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-immaniġġjar tal-iskart,
— 
proċeduri tal-istima statistika fuq il-bażi ta' kampjuni jew ta' stimaturi relatati mal-iskart, jew
— 
tlaqqigħ ta' dawn il-mezzi flimkien.

Il-kondizzjonijiet ta' kwalità u ta' preċiżjoni għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri. maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jikkompletawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).

Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet tax-xogħol, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom, fil-limiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni fl-oqsma ta' kompetenzi rispettivi tagħhom, ikollhom aċċess għas-sorsi tad-data amministrattiva.

Artikolu 3 2.
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-intrapriżi ż-żgħar, l-intrapriżi ta’ inqas minn 10 impjegati għandhom jiġu esklużi mill-istħarriġ, għajr jekk jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-ġenerazzjoni ta’ l-iskart.
Artikolu 3 3.
L-Istati Membru għandhom jipproduċu r-riżultati statistiċi wara t-tqassim wieħed wieħed iddikjarat fl-Annessi I u II.
Artikolu 3 4.
L-esklużjoni msemmija fil-paragrafu 2 trid tkun konsistenti mal-kopertura u l-miri tal-kwalità kif imsemmija fit-Taqsima 7(1) ta’ l-Annessi I u II.
Artikolu 3 5.
L-Istati Membri għandhom jittrasmetu r-riżultati, inkluża l-informazzjoni kunfidenzjali, lill-Eurostat fil-format xieraq u fil-perjodu ffissat taż-żmien mit-tmiem tal-perjodu rispettivi taż-żmien tar-riferiment, kif stabbilit fl-Annessi I u II.
Artikolu 3 6.
It-trattament ta’ l-informazzjoni kunfidenzjali u tat-trasmissjoni ta’ din l-informazzjoni kif ipprovdut fil-paragrafu 5 għandhom jitwettqu skond id-dispożizzjonijiet eżistenti li jirregolaw il-kunfidenzjalità ta’ l-istatisika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002R2150
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.