|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.L-Istati Membri għandhom, waqt li jirrispettaw il-kondizzjonijiet ta' kwalità u ta' preċiżjoni ddefiniti skond it-tieni subparagrafu, jiġbru d-data meħtieġa għall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Annessi I u II permezz ta':
—
stħarriġ,
—
sorsi amministrattivi jew oħrajn, bħalma huma l-obbligi ta' rappurtaġġ fil-qafas tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-immaniġġjar tal-iskart,
—
proċeduri tal-istima statistika fuq il-bażi ta' kampjuni jew ta' stimaturi relatati mal-iskart, jew
—
tlaqqigħ ta' dawn il-mezzi flimkien.
Il-kondizzjonijiet ta' kwalità u ta' preċiżjoni għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri. maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jikkompletawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3). Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet tax-xogħol, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom, fil-limiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni fl-oqsma ta' kompetenzi rispettivi tagħhom, ikollhom aċċess għas-sorsi tad-data amministrattiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|