|
+Artikolu 2 Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirridgwarda l-pjani u l-programmi ---+Article 2 1. ---+Article 2 2. ---+Article 2 3. ---+Article 2 4. ---+Article 2 5. |
Artikolu 2 Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirridgwarda l-pjani u l-programmiArtikolu 2 Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirridgwarda l-pjani u l-programmi 1. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, “il-pubbliku” għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fit-tħejjija u l-modifika jew ir-rivista tal-pjani jew tal-programmi meħtieġa li jitfasslu skond id-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I. Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi: (a) il-pubbliku jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma huma l-medja elettronika meta disponibbli, dwar kull proposta għal dawn il-pjani jew programmi jew għall-modifika jew ir-rivista u li t-tagħrif rilevanti dwar dawn il-proposti jiġi magħmul disponibbli lill-pubbliku inkluż fost ħwejjeġ oħra t-tagħrif dwar id-dritt tal-parteċipazzjoni fit-tfassil tad-deċiżjonijiet u dwar l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistoqsijiet; (b) il-pubbliku huwa initolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa qabel ma jsiru d-deċiżjonijiet dwar il-pjani jew il-programmi; (ċ) fit-tfassil ta’ dawn id-deċiżjonijiet, għandu jingħata qies mistħoqq lir-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku; (d) wara li jiġu eżaminati l-kummenti u l-opinonijiet espressi mill-pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel sforzi raġjonevoli sabiex tgħarraf lill-pubbliku bid-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu msejsa dawn id-deċiżjonijiet, inkluż tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku. 3. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-pubbliku intitolat li jipparteċipa għall-għanijiet tal-paragrafu 2, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti li jiltaqgħu ma’ ħtiġiet imposti skond il-liġijiet nazzjonali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent, L-arranġamenti ddettaljati għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku skond dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri hekk illi jgħinu lill-pubbliku jħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv. Għandhom jiġu pprovvduti kwadri taż-żmien raġjonevoli li jippermettu żmien biżżejjed għal kull wieħed mill-istadji differenti tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku meħtieġa minn dan l-Artikolu. 4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddisinjati bil-għan waħdieni li jaqdu d-difiża nazzjonali jew meħuda fil-każ ta’ emerġenzi ċivili. 5. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddikjarati fl-Anness I li għalihom il-proċedura ta’ parteċipazzjoni mill-pubbliku titwettaq taħt id-Direttiva2002/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjani u programmi dwar l-ambjent ( 1 ) jew taħt id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-kamp tal-politika dwar l-ilma ( 2 ). ▼M1 ————— 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|