|
+Artikolu 4 Esklużjoni ta' pagamenti bħala imgħax jewroyalties ---+Article 4 1. ---+Article 4 2. |
Artikolu 4 Esklużjoni ta' pagamenti bħala imgħax jewroyaltiesArtikolu 4 Esklużjoni ta' pagamenti bħala imgħax jew royalties 1. L-istat minn fejn jiġi l-pagament m'għandux ikun obbligat li jassigura il-benefiċċji ta' din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin: (a) pagamenti li huma trattati bħala distribuzzjoni ta' profitti jew bħala rifużjoni ta' kapital skond il-liġi ta' l-istat minn fejn jiġi l-pagament; (b) pagamenti minn pretensjonijiet ta' debitu li jkollhom id- dritt li jipparteċipaw fil-profitti tad-debitur; (ċ) pagamenti minn pretensjonijiet ta' debitu li jagħtu d-dritt lill-kreditur li jibdel id-dritt tiegħu għall-imgħax bid-dritt li jipparteċipa fil-profitti tad-debitur; (d) pagamenti minn pretensjonijiet ta' debitu li ma fihomx disposizzjoni għar-rifużjoni ta' l-ammont prinċipali jew fejn ir-rifużjoni hija dovuta aktar minn 50 sena wara d-data tal-ħruġ. 2. Fejn, minħabba relazzjoni speċjali bejn dak li jħallas u s-sid benefiċjarju ta' l-imgħax jew tar-royalties, jew bejn wieħed minnhom u xi persuna oħra, l-ammont ta' imgħax jew royalties huwa iktar mill-ammont li kieku kienu jiftiehemu fuqu dak li jħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta' din ir-relazzjoni, id-disosizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għall-aħħar ammont, jekk hemm. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|