|
+Artikolu 3 Id-definizzjonijiet |
Artikolu 3 Id-definizzjonijietArtikolu 3 Id-definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“kwota ta’ emissjoni” tfisser id-dritt ta’ emissjoni ta’ tunnellata metrika ta’ l-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju matul perjodu taż-żmien speċifikat, li għandha tkun valida biss sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din d-Direttiva u għandha tkun trasferibbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan id-Direttiva;
(b)
“emissjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra minn sorsi f’installazzjoni jew ir-rilaxx minn inġenju tal-ajru waqt li jkun qed iwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew minn bastimenti waqt li jkunu qed iwettqu attività marbuta mat-trasport marittimu elenkata fl-Anness I tal-gassijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività, jew ir-rilaxx ta’ gassijiet serra li jikkorrispondu għall-attività msemmija fl-Anness III;
(ċ)
“gassijiet serra” tfisser dawk il-gassijiet elenkati fl-Anness II u l-kostitwenti oħra forma ta’ gass, kemm naturali kif ukoll antropoġeniċi, li jassorbu u jerġgħu jemettu radjazzjoni infra-red;
(d)
“permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser il-permess maħruġ f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 30b;
(e)
“stallazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettqu attività jew iktar elenkati fl-Anness I u kull attività oħra assoċjata direttament li jkollha konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa fuq is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġiż;
(f)
“operatur” ifisser kull persuna li tħaddem jew tikkontrolla stallazzjoni jew, meta dan huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, li lilha tkun iddelegata s-saħħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ l-istallazzjoni;
(g)
“persuna” tfisser kull persuna naturali jew legali;
(h)
“installazzjoni li daħlet ġdida fis-suq” tfisser kwalunkwe installazzjoni li twettaq waħda, jew aktar, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li tkun kisbet permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-ewwel darba fil-perijodu li jibda minn tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista taħt l-Artikolu 11(1), u jispiċċa tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista sussegwenti taħt dak l-Artikolu;
(i)
“il-pubbliku” ifisser persuna jew iktar, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta’ persuni;
(j)
“l-ekwivalenti ta’ tunnellata metrika ta’ dijossiju tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika ta’ Ddijossidu tal-Karbonju (CO2) jew ammont ta’ kull gass ieħor tas-serra bil-potenzjal ekwivalenti għaż-żieda tas-sħana globali;
(k)
“Parti għall-Anness I” tfisser Parti elenkata fl-Anness I ta’ l-UNFCCC li rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto kif speċifikat fl-Artikolu 1(7) tal-Protokoll ta’ Kjoto;
(l)
“attività ta’ proġett” tfisser attività ta’ proġett approvata minn Parti waħda jew aktar għall-Anness I skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;
(m)
“unità ta’ tnaqqis ta’ emissjoni” (ERU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;
(n)
“tnaqqis ta’ emissjoni ċċertifikata” (CER) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;
(o)
“operatur tal-inġenji tal-ajru” tfisser il-persuna li topera inġenju tal-ajru fiż-żmien li jwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew, meta dik il-persuna ma tkunx magħrufa jew ma tkunx identifikata mis-sid tal-inġenju tal-ajru, is-sid tal-inġenju tal-ajru;
(p)
“operatur kummerċjali tat-trasport bl-ajru” tfisser operatur li, għal rimunerazzjoni, jipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru skedati jew mhux skedati lill-pubbliku għall-ġarr ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta;
(q)
“Stat Membru amministrattiv” tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-amministrazzjoni ►M9 tal-EU ETS ◄ fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 18a;
(r)
“emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni” tfisser emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u dawk li jaslu f’tali ajrudrom minn pajjiż terz;
(s)
“emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni” tfisser il-medja tal-emissjonijiet annwali fis-snin kalendarji 2004, 2005 u 2006 mill-inġenji tal-ajru li jwettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;
(t)
“Kombustjoni” tfisser kull ossidazzjoni tal-karburanti irrispettivament mill-mod li bih jintużaw is-sħana, l-enerġija mekkanika jew elettrika prodotti minn dan il-proċess u kwalunkwe attività oħra assoċjati direttament inkluż tindif tal-gass tal-iskart; ▼M15 —————
(v)
“effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2” tfisser l-effetti fuq il-klima tar-rilaxx, matul il-kombustjoni tal-fjuwil, ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), partikoli tan-nugrufun, speċijiet ta’ kubrit ossidizzat, u effetti mill-fwar tal-ilma, inklużi strixex ta’ kondensazzjoni, minn inġenju tal-ajru li jwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;
(w)
“kumpanija tat-tbaħħir” tfisser is-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew in-noleġġatur tal-bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu ħadu r-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mingħand is-sid tal-bastiment u li, meta jassumu tali responsabbiltà, ikunu qablu li jieħdu f’idejhom id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(x)
“vjaġġ” tfisser vjaġġ kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(y)
“awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir” tfisser l-awtorità responsabbli għall-amministrazzjoni tal-EU ETS fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir f’konformità mal-Artikolu 3gf;
(z)
“port ta’ waqfa” tfisser il-port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott merkanzija jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri, jew il-port fejn bastiment offshore jieqaf biex jissostitwixxi l-ekwipaġġ; waqfiet għall-finijiet uniċi ta’ riforniment tal-fjuwil, akkwist ta’ provvisti, bdili tal-ekwipaġġ ta’ bastiment għajr bastiment offshore, dħul f’baċiri jew tiswijiet lill-bastiment u/jew lit-tagħmir tiegħu, waqfiet fil-port minħabba li l-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew ikun f’diffikultà, trasferimenti minn bastiment għal ieħor imwettqa barra mill-portijiet, waqfiet għall-fini unika li bastiment jistkenn minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minħabba attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ, u waqfiet ta’ bastimenti tal-kontejners f’port ġar tat-trażbord tal-kontejners elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 3ga(2) huma esklużi;
(aa)
“bastiment tal-kruċieri” tfisser bastiment tal-passiġġieri li ma għandux gverta tal-merkanzija u li huwa ddisinjat esklużivament għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri f’akkomodazzjoni matul il-lejl fuq vjaġġ bil-baħar;
(ab)
“kuntratt għad-differenza” jew “CD” tfisser kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-produttur, magħżul permezz ta’ mekkaniżmu ta’ offerti kompetittivi bħal irkant, ta’ prodott b’livell baxx jew żero ta’ karbonju, ’’ u taħt liema l-produttur jingħata appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni li jkopri d-differenza bejn il-prezz rebbieħ, magħruf ukoll bħala l-prezz tal-eżerċitar, minn naħa waħda, u prezz ta' referenza derivat mill-prezz tal-prodott b'livell baxx jew żero ta' karbonju prodott, il-prezz tas-suq ta' sostitut mill-qrib, jew taħlita ta' dawk iż-żewġ prezzjiet min-naħa l-oħra;
(ac)
"kuntratt għad-differenza għall-karbonju" jew "CCD" tfisser kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-produttur, magħżul permezz ta' mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi bħal irkant, ta' prodott b'livell baxx jew żero ta' karbonju, u taħt liema l-produttur jingħata appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni li jkopri d-differenza bejn il-prezz rebbieħ, magħruf ukoll bħala l-prezz tal-eżerċitar, minn naħa waħda, u prezz ta' referenza, derivat mill-prezz medju tal-kwoti, min-naħa l-oħra;
(ad)
"kuntratt bi primjum fiss" tfisser kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-produttur, magħżul permezz ta' mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi bħal irkant, ta' prodott b'livell baxx jew żero ta' karbonju, u taħt liema l-produttur jingħata appoġġ fil-forma ta' ammont fiss għal kull unità tal-prodott manifatturat;
(ae)
"entità regolata" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, ħlief għal kwalunkwe konsumatur finali tal-fjuwils, li tinvolvi ruħha fl-attività msemmija fl-Anness III u li taqa' f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(i)
meta l-fjuwil jgħaddi minn maħżen tat-taxxa kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11), tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 ( 6 ), il-magazzinier awtorizzat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), ta' dik id-Direttiva, responsabbli biex iħallas id-dazju tas-sisa li jkun sar dovut skont l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva;
(ii)
jekk il-punt (i) ta' dan il-punt ma jkunx applikabbli, kwalunkwe persuna oħra responsabbli biex tħallas id-dazju tas-sisa li jkun sar dovut skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2020/262 jew l-Artikolu 21(5), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE ( 7 ) fir-rigward tal-fjuwils koperti mill-Kapitolu IVa ta’ din id-Direttiva;
(iii)
jekk il-punti (i) u (ii) ta' dan il-punt ma jkunux applikabbli, kwalunkwe persuna oħra li trid tiġi rreġistrata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru bil-għan li tkun responsabbli li tħallas id-dazju tas-sisa, inkluża kwalunkwe persuna eżentata mill-ħlas tad-dazju tas-sisa, kif imsemmi fl-Artikolu 21(5), ir-raba' subparagrafu, tad-Direttiva 2003/96/KE;
(iv)
jekk il-punti (i), (ii) u (iii) ma jkunux applikabbli, jew jekk diversi persuni jkunu responsabbli in solidum għall-ħlas tal-istess dazju tas-sisa, kwalunkwe persuna oħra maħtura minn Stat Membru;
(af)
"fjuwil" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa ta' din id-Direttiva tfisser kwalunkwe prodott tal-enerġija msemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/96/KE, inklużi l-fjuwils elenkati fit-Tabella A u fit-Tabella C tal-Anness I ta' dik id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe prodott ieħor maħsub għall-użu, offrut għall-bejgħ jew użat bħala fjuwil tal-magni jew fjuwil tat-tisħin kif speċifikat fl-Artikolu 2(3) ta' dik id-Direttiva, inkluż għall-produzzjoni tal-elettriku;
(ag)
"rilaxx għall-konsum" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa ta' din id-Direttiva tfisser rilaxx għall-konsum kif definit fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva (UE) 2020/262;
(ah)
"prezz tal-gass TTF" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa tfisser il-prezz tal-kuntratt tal-futuri tal-gass b'xahar bil-quddiem innegozjat fil-Punt ta' Negozjar Virtwali tal-Faċilità ta' Trasferiment ta' Titoli (TTF), operat minn Gasunie Transport Services B.V.;
(ai)
"prezz taż-żejt mhux raffinat Brent" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa tfisser il-prezz tal-futuri b'xahar bil-quddiem għaż-żejt mhux raffinat, użat bħala prezz ta' referenza għax-xiri taż-żejt. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|