+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Il-materja tas-suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 3 Id-definizzjonijiet

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Il-materja tas-suġġett

Artikolu 1

Il-materja tas-suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi ►M9  sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoniji tal-gassijiet serra ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ (minn issa ‘l quddiem imsjħa ►M9  l-“EU ETS” ◄ ) sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika.

▼M15

Din id-Direttiva tipprevedi wkoll li t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiżdied sabiex jikkontribwixxi għal-livelli tat-tnaqqis li huma kkunsidrati xjentifikament meħtieġa biex jimpedixxu bidla perikoluża fil-klima. Dan jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u l-miri klimatiċi tagħha kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u b'hekk biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi ( 2 ).

▼M4

Din id-Direttiva tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenn tat-tnaqqis iktar riġidu tal-UE li jeċċedi 20 %, li għandu jiġi applikat mal-approvazzjoni ►M9  mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqbeż dak meħtieġ fl-Artikolu 9, kif rifless fl-impenn ta’ 30 % kif ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007.

▼B

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3 Id-definizzjonijiet

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“kwota ta’ emissjoni” tfisser id-dritt ta’ emissjoni ta’ tunnellata metrika ta’ l-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju matul perjodu taż-żmien speċifikat, li għandha tkun valida biss sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din d-Direttiva u għandha tkun trasferibbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan id-Direttiva;

▼M15

(b) 

“emissjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra minn sorsi f’installazzjoni jew ir-rilaxx minn inġenju tal-ajru waqt li jkun qed iwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew minn bastimenti waqt li jkunu qed iwettqu attività marbuta mat-trasport marittimu elenkata fl-Anness I tal-gassijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività, jew ir-rilaxx ta’ gassijiet serra li jikkorrispondu għall-attività msemmija fl-Anness III;

▼M4

(ċ) 

“gassijiet serra” tfisser dawk il-gassijiet elenkati fl-Anness II u l-kostitwenti oħra forma ta’ gass, kemm naturali kif ukoll antropoġeniċi, li jassorbu u jerġgħu jemettu radjazzjoni infra-red;

▼M15

(d) 

“permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser il-permess maħruġ f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 30b;

▼B

(e) 

“stallazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettqu attività jew iktar elenkati fl-Anness I u kull attività oħra assoċjata direttament li jkollha konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa fuq is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġiż;

(f) 

“operatur” ifisser kull persuna li tħaddem jew tikkontrolla stallazzjoni jew, meta dan huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, li lilha tkun iddelegata s-saħħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ l-istallazzjoni;

(g) 

“persuna” tfisser kull persuna naturali jew legali;

▼M9

(h) 

“installazzjoni li daħlet ġdida fis-suq” tfisser kwalunkwe installazzjoni li twettaq waħda, jew aktar, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li tkun kisbet permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-ewwel darba fil-perijodu li jibda minn tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista taħt l-Artikolu 11(1), u jispiċċa tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista sussegwenti taħt dak l-Artikolu;

▼B

(i) 

“il-pubbliku” ifisser persuna jew iktar, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta’ persuni;

(j) 

“l-ekwivalenti ta’ tunnellata metrika ta’ dijossiju tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika ta’ Ddijossidu tal-Karbonju (CO2) jew ammont ta’ kull gass ieħor tas-serra bil-potenzjal ekwivalenti għaż-żieda tas-sħana globali;

▼M1

(k) 

“Parti għall-Anness I” tfisser Parti elenkata fl-Anness I ta’ l-UNFCCC li rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto kif speċifikat fl-Artikolu 1(7) tal-Protokoll ta’ Kjoto;

(l) 

“attività ta’ proġett” tfisser attività ta’ proġett approvata minn Parti waħda jew aktar għall-Anness I skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;

(m) 

“unità ta’ tnaqqis ta’ emissjoni” (ERU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;

(n) 

“tnaqqis ta’ emissjoni ċċertifikata” (CER) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;

▼M2

(o) 

“operatur tal-inġenji tal-ajru” tfisser il-persuna li topera inġenju tal-ajru fiż-żmien li jwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew, meta dik il-persuna ma tkunx magħrufa jew ma tkunx identifikata mis-sid tal-inġenju tal-ajru, is-sid tal-inġenju tal-ajru;

(p) 

“operatur kummerċjali tat-trasport bl-ajru” tfisser operatur li, għal rimunerazzjoni, jipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru skedati jew mhux skedati lill-pubbliku għall-ġarr ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta;

(q) 

“Stat Membru amministrattiv” tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-amministrazzjoni ►M9  tal-EU ETS ◄ fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 18a;

(r) 

“emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni” tfisser emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u dawk li jaslu f’tali ajrudrom minn pajjiż terz;

(s) 

“emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni” tfisser il-medja tal-emissjonijiet annwali fis-snin kalendarji 2004, 2005 u 2006 mill-inġenji tal-ajru li jwettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;

▼M4

(t) 

“Kombustjoni” tfisser kull ossidazzjoni tal-karburanti irrispettivament mill-mod li bih jintużaw is-sħana, l-enerġija mekkanika jew elettrika prodotti minn dan il-proċess u kwalunkwe attività oħra assoċjati direttament inkluż tindif tal-gass tal-iskart;

▼M15 —————

▼M14

(v) 

“effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2” tfisser l-effetti fuq il-klima tar-rilaxx, matul il-kombustjoni tal-fjuwil, ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), partikoli tan-nugrufun, speċijiet ta’ kubrit ossidizzat, u effetti mill-fwar tal-ilma, inklużi strixex ta’ kondensazzjoni, minn inġenju tal-ajru li jwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;

▼M15

(w) 

“kumpanija tat-tbaħħir” tfisser is-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew in-noleġġatur tal-bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu ħadu r-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mingħand is-sid tal-bastiment u li, meta jassumu tali responsabbiltà, ikunu qablu li jieħdu f’idejhom id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(x) 

“vjaġġ” tfisser vjaġġ kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(y) 

“awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir” tfisser l-awtorità responsabbli għall-amministrazzjoni tal-EU ETS fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir f’konformità mal-Artikolu 3gf;

(z) 

“port ta’ waqfa” tfisser il-port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott merkanzija jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri, jew il-port fejn bastiment offshore jieqaf biex jissostitwixxi l-ekwipaġġ; waqfiet għall-finijiet uniċi ta’ riforniment tal-fjuwil, akkwist ta’ provvisti, bdili tal-ekwipaġġ ta’ bastiment għajr bastiment offshore, dħul f’baċiri jew tiswijiet lill-bastiment u/jew lit-tagħmir tiegħu, waqfiet fil-port minħabba li l-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew ikun f’diffikultà, trasferimenti minn bastiment għal ieħor imwettqa barra mill-portijiet, waqfiet għall-fini unika li bastiment jistkenn minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minħabba attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ, u waqfiet ta’ bastimenti tal-kontejners f’port ġar tat-trażbord tal-kontejners elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 3ga(2) huma esklużi;

(aa) 

“bastiment tal-kruċieri” tfisser bastiment tal-passiġġieri li ma għandux gverta tal-merkanzija u li huwa ddisinjat esklużivament għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri f’akkomodazzjoni matul il-lejl fuq vjaġġ bil-baħar;

(ab) 

“kuntratt għad-differenza” jew “CD” tfisser kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-produttur, magħżul permezz ta’ mekkaniżmu ta’ offerti kompetittivi bħal irkant, ta’ prodott b’livell baxx jew żero ta’ karbonju, ’’ u taħt liema l-produttur jingħata appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni li jkopri d-differenza bejn il-prezz rebbieħ, magħruf ukoll bħala l-prezz tal-eżerċitar, minn naħa waħda, u prezz ta' referenza derivat mill-prezz tal-prodott b'livell baxx jew żero ta' karbonju prodott, il-prezz tas-suq ta' sostitut mill-qrib, jew taħlita ta' dawk iż-żewġ prezzjiet min-naħa l-oħra;

(ac) 

"kuntratt għad-differenza għall-karbonju" jew "CCD" tfisser kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-produttur, magħżul permezz ta' mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi bħal irkant, ta' prodott b'livell baxx jew żero ta' karbonju, u taħt liema l-produttur jingħata appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni li jkopri d-differenza bejn il-prezz rebbieħ, magħruf ukoll bħala l-prezz tal-eżerċitar, minn naħa waħda, u prezz ta' referenza, derivat mill-prezz medju tal-kwoti, min-naħa l-oħra;

(ad) 

"kuntratt bi primjum fiss" tfisser kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-produttur, magħżul permezz ta' mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi bħal irkant, ta' prodott b'livell baxx jew żero ta' karbonju, u taħt liema l-produttur jingħata appoġġ fil-forma ta' ammont fiss għal kull unità tal-prodott manifatturat;

(ae) 

"entità regolata" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, ħlief għal kwalunkwe konsumatur finali tal-fjuwils, li tinvolvi ruħha fl-attività msemmija fl-Anness III u li taqa' f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i) 

meta l-fjuwil jgħaddi minn maħżen tat-taxxa kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11), tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 ( 6 ), il-magazzinier awtorizzat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), ta' dik id-Direttiva, responsabbli biex iħallas id-dazju tas-sisa li jkun sar dovut skont l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva;

(ii) 

jekk il-punt (i) ta' dan il-punt ma jkunx applikabbli, kwalunkwe persuna oħra responsabbli biex tħallas id-dazju tas-sisa li jkun sar dovut skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2020/262 jew l-Artikolu 21(5), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE ( 7 ) fir-rigward tal-fjuwils koperti mill-Kapitolu IVa ta’ din id-Direttiva;

(iii) 

jekk il-punti (i) u (ii) ta' dan il-punt ma jkunux applikabbli, kwalunkwe persuna oħra li trid tiġi rreġistrata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru bil-għan li tkun responsabbli li tħallas id-dazju tas-sisa, inkluża kwalunkwe persuna eżentata mill-ħlas tad-dazju tas-sisa, kif imsemmi fl-Artikolu 21(5), ir-raba' subparagrafu, tad-Direttiva 2003/96/KE;

(iv) 

jekk il-punti (i), (ii) u (iii) ma jkunux applikabbli, jew jekk diversi persuni jkunu responsabbli in solidum għall-ħlas tal-istess dazju tas-sisa, kwalunkwe persuna oħra maħtura minn Stat Membru;

(af) 

"fjuwil" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa ta' din id-Direttiva tfisser kwalunkwe prodott tal-enerġija msemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/96/KE, inklużi l-fjuwils elenkati fit-Tabella A u fit-Tabella C tal-Anness I ta' dik id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe prodott ieħor maħsub għall-użu, offrut għall-bejgħ jew użat bħala fjuwil tal-magni jew fjuwil tat-tisħin kif speċifikat fl-Artikolu 2(3) ta' dik id-Direttiva, inkluż għall-produzzjoni tal-elettriku;

(ag) 

"rilaxx għall-konsum" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa ta' din id-Direttiva tfisser rilaxx għall-konsum kif definit fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva (UE) 2020/262;

(ah) 

"prezz tal-gass TTF" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa tfisser il-prezz tal-kuntratt tal-futuri tal-gass b'xahar bil-quddiem innegozjat fil-Punt ta' Negozjar Virtwali tal-Faċilità ta' Trasferiment ta' Titoli (TTF), operat minn Gasunie Transport Services B.V.;

(ai) 

"prezz taż-żejt mhux raffinat Brent" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa tfisser il-prezz tal-futuri b'xahar bil-quddiem għaż-żejt mhux raffinat, użat bħala prezz ta' referenza għax-xiri taż-żejt.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.