+Artikolu 3c Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni
---+Artikolu 3c 1.
---+Artikolu 3c 3.
---+Artikolu 3c 3a.
---+Artikolu 3c 4.
---+Artikolu 3c 5.
---+Artikolu 3c 6.
---+Artikolu 3c 7.
---+Artikolu 3c 8.
|
Artikolu 3c Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3c 1.
|
Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 97 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni.
|
|
Artikolu 3c 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 30(4).
|
|
Artikolu 3c 3a.
|
Kwalunkwe allokazzjoni ta' kwoti għall-attivitajiet tal-avjazzjoni minn u lejn ajrudromi li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) wara l-31 ta' Diċembru 2023 għandha tkun soġġetta għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.
|
|
Artikolu 3c 4.
|
Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni, abbażi tal-aqwa data disponibbli, inklużi stimi bbażati fuq informazzjoni attwali dwar it-traffiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1).
|
|
Artikolu 3c 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati fir-rigward tal-operaturi ta’ inġenju tal-ajru għas-sena 2024 abbażi tal-allokazzjoni totali tal-kwoti fir-rigward tal-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li kienu qed iwettqu attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I fis-sena 2023, imnaqqsa bil-fattur lineari ta’ tnaqqis kif imsemmi fl-Artikolu 9, u għandha tippubblika dik il-kwantità, kif ukoll l-ammont ta’ allokazzjoni bla ħlas li kienet isseħħ fl-2024 skont ir-regoli għall-allokazzjoni bla ħlas fis-seħħ qabel l-emendi introdotti bid-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
).
|
|
Artikolu 3c 6.
|
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2030, massimu ta’ 20 miljun mill-kwantità totali ta’ kwoti msemmija fil-paragrafu 5 għandu jkun riżervat fir-rigward tal-operaturi ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali, fuq il-bażi ta’ trattament trasparenti, ugwali u mhux diskriminatorju, għall-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, u fjuwils tal-avjazzjoni oħrajn li mhumiex derivati minn fjuwils fossili, identifikati f’regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport bl-ajru sostenibbli bħala li jgħoddu biex jintlaħaq is-sehem minimu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli li l-fjuwil tal-avjazzjoni li qiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-ajruporti tal-Unjoni mill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni huwa meħtieġ li jkun fih skont dak ir-Regolament, għal titjiriet subsoniċi li għalihom iridu jiġu ċeduti l-kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) ta’ din id-Direttiva. Fejn il-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli ma jkunx jista’ jiġi attribwit fiżikament f’ajruport għal titjira speċifika, il-kwoti riżervati taħt dan is-subparagrafu għandhom ikunu disponibbli għall-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli ppumpjati f’dak l-ajruport b’mod proporzjonat għall-emissjonijiet minn titjiriet, tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru minn dak l-ajruport, li għalihom iridu jiġu ċeduti l-kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) ta’ din id-Direttiva. Il-kwoti riżervati taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri biex ikopru parti mid-differenza fil-prezz jew id-differenzja fil-prezz kollu kemm hu bejn l-użu tal-pitrolju fossili u l-użu tal-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-inċentivi mill-prezz tal-karbonju u minn livelli minimi armonizzati ta’ tassazzjoni fuq il-fjuwils fossili. Meta tikkalkula dik id-differenzja fil-prezzijiet, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapport tekniku ppubblikat mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea skont ir-regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport bl-ajru sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament skont dan il-paragrafu b’mod li jikkorrispondi għar-rekwiżiti fl-Artikolu 30 m(1), il-punti (a) u (b), ta’ din id-Direttiva. Il-kwoti allokati taħt dan il-paragrafu għandhom ikopru:
(a)
70 % tad-differenzja fil-prezz li jifdal bejn l-użu tal-pitrolju fossili u l-idroġenu minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u l-bijofjuwils avvanzati kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (34), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), li għandhom fattur ta’ emissjonijiet żero skont l-Anness IV jew skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva;
(b)
95 % tad-differenzja fil-prezz li jifdal bejn l-użu tal-pitrolju fossili u l-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika konformi mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, użati fl-avjazzjoni, li għandhom fattur ta’ emissjonijiet żero skont l-Anness IV jew skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva;
(c)
100 % tad-differenza fil-prezz li jifdal bejn l-użu tal-pitrolju fossili u kwalunkwe fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli li mhuwiex derivat minn fjuwils fossili koperti mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’ajruporti li jinsabu fi gżejjer iżgħar minn 10 000 km
2
u bl-ebda konnessjoni bit-triq jew bil-ferrovija mal-kontinent, f’ajruporti li mhumiex kbar biżżejjed biex jiġu definiti bħala ajruporti tal-Unjoni skont ir-regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport bl-ajru sostenibbli u f’ajruporti li jinsabu f’reġjun ultraperiferiku;
(d)
f’każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c), 50 % tad-differenzja fil-prezz li jifdal bejn l-użu tal-pitrolju fossili u kwalunkwe fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli li mhux derivat minn fjuwils fossili koperti mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-allokazzjoni ta’ kwoti taħt dan il-paragrafu tista’ tqis l-appoġġ possibbli minn skemi oħra fil-livell nazzjonali. Fuq bażi annwali, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali jistgħu japplikaw għal allokazzjoni ta’ kwoti abbażi tal-kwantita’ ta’ kull fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli msemmi f’dan il-paragrafu wżat fuq titjiriet li għalihom jridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-31 ta’ Diċembru 2030, esklużi t-titjiriet li għalihom dak ir-rekwiżit jitqies li ġie ssodisfat skont l-Artikolu 28a(1). Jekk, għal sena partikolari, id-domanda għal kwoti għall-użu ta’ tali fjuwils tkun ogħla mid-disponibbiltà tal-kwoti, il-kwantità ta’ kwoti għandu jitnaqqas b’mod uniformi, għall-operaturi kollha kkonċernati ta’ inġenju tal-ajru, mill-allokazzjoni għal dik is-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dettalji tad-differenza fil-kost medju bejn il-pitrolju fossili, filwaqt li tqis l-inċentivi mill-prezz tal-karbonju u minn livelli minimi armonizzati ta’ tassazzjoni fuq il-fjuwils fossili, u l-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli rilevanti, fuq bażi annwali għas-sena preċedenti. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-kalkolu annwali tad-differenza fil-kost imsemmija fis-sitt subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-użu tal-fjuwils identifikati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ffrankati b’riżultat tal-użu tal-fjuwils kif irrapportat skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(1),u billi tistabbilixxi l-arranġamenti biex jitqiesu l-inċentivi mill-prezz tal-karbonju u minn livelli minimi armonizzati ta’ tassazzjoni fuq il-fjuwils fossili. Sal-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni rigward l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u tissottometti r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni f’rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien opportun. Ir-rapport jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi allokat ammont massimu ta’ kwoti li jkun limitat fiż-żmien sal-31 ta’ Diċembru 2034 biex jiġi inċentivat aktar l-użu tal-fjuwils identifikati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’mod partikolari l-ippumpjar ta’ fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika konformi mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, użati fl-avjazzjoni, li għandhom fattur ta’ emissjonijiet żero skont l-Anness IV jew skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva. Mill-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu fir-rapport annwali li hija meħtieġa tissottometti skont l-Artikolu 10(5).
|
|
Artikolu 3c 7.
|
Fir-rigward ta’ titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE li jaslu f’ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE, fl-Iżvizzera jew fir-Renju Unit, u li ma kinux koperti mill-EU ETS fl-2023, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru għandha tiżdied bil-livelli tal-allokazzjonijiet, inklużi l-allokazzjoni bla ħlas u l-irkantar, li kien isir kieku kienu koperti mill-EU ETS f’dik is-sena, imnaqqsa mill-fattur lineari ta’ tnaqqis kif imsemmi fl-Artikolu 9.
|
|
Artikolu 3c 8.
|
B’deroga mill-Artikolu 12(3), l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u ma għandhom jieħdu l-ebda azzjoni kontra l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati sal-31 ta’ Diċembru 2030 minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f’reġjun ultraperiferiku ta’ Stat Membru u ajrudrom li jinsab fl-istess Stat Membru, inkluż ajrudrom ieħor li jinsab fl-istess reġjun ultraperiferiku jew f’reġjun ultraperiferiku ieħor tal-istess Stat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|