+Artikolu 3ga 3.
|
Artikolu 3ga 3.
L-Artikoli 9, 9a u 10 għandhom japplikaw għall-attivitajiet tat-trasport marittimu bl-istess mod kif japplikaw għal attivitajiet oħrajn koperti mill-EU ETS bl-eċċezzjoni li ġejja fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10. Sal-31 ta' Diċembru 2030, sehem mill-kwoti għandu jiġi attribwit lill-Istati Membri bi proporzjon ta' kumpaniji tat-tbaħħir li kienu jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom skont l-Artikolu 3gf meta mqabbla mal-popolazzjoni rispettiva tagħhom fl-2020 u abbażi tad-data disponibbli għall-perjodu mill-2018 sal-2020, b'aktar minn 15-il kumpanija tat-tbaħħir għal kull miljun abitant. Il-kwantità tal-kwoti għandha tikkorrispondi għal 3,5 % tal-kwantità addizzjonali tal-kwoti minħabba ż-żieda fil-limitu massimu għat-trasport marittimu msemmi fl-Artikolu 9, it-tielet paragrafu, fis-sena rilevanti. Għas-snin 2024 u 2025, il-kwantità tal-kwoti għandha, barra minn hekk, tiġi mmultiplikata bil-perċentwali applikabbli għas-sena rilevanti skont l-Artikolu 3gb, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b). Id-dħul ġenerat mill-irkantar ta' dak is-sehem ta' kwoti għandu jintuża għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), fir-rigward tas-settur marittimu, u l-punti (f) u (i). 50 % tal-kwantità tal-kwoti għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri rilevanti abbażi tas-sehem tal-kumpaniji tat-tbaħħir taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-bqija mqassma f'ishma indaqs bejniethom.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|