+Artikolu 3ga Il-kamp ta' applikazzjoni għall-attivitajiet tat-trasport marittimu
---+Artikolu 3ga 1.
---+Artikolu 3ga 2.
---+Artikolu 3ga 3.
|
Artikolu 3ga Il-kamp ta' applikazzjoni għall-attivitajiet tat-trasport marittimu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3ga 1.
|
L-allokazzjoni tal-kwoti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' ċediment fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu għandhom japplikaw fir-rigward ta' ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jaslu f'port ta’ waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port ta’ waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jasal f'port ta’waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jaslu f'port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, u mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti ġewwa port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru.
|
|
Artikolu 3ga 2.
|
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista tal-portijiet tat-trażbord tal-kontejners ġirien u taġġorna dik il-lista sal-31 ta' Diċembru kull sentejn minn hemm 'il quddiem. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jelenkaw port bħala il-port tat-trażbord tal-kontejners ġirien fejn is-sehem tat-trażbord tal-kontejners, imkejjel f'unitajiet ekwivalenti għal għoxrin pied, jaqbeż il-65 % tat-traffiku totali tal-kontejners ta' dak il-port matul il-perjodu ta' tnax-il xahar l-aktar reċenti li għalih tkun disponibbli data rilevanti u fejn tak il-port jkun jinsab barra mill-Unjoni iżda inqas minn 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kontejners għandhom jitqiesu li huma ttrażbordati meta jinħattu minn bastiment għall-port għall-fini unika biex jitgħabbew fuq bastiment ieħor. Il-lista stabbilita mill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu ma għandhiex tinkludi portijiet li jinsabu f'pajjiż terz għal liema dak il-pajjiż terz effettivament japplika miżuri ekwivalenti għal din id-Direttiva. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
|
|
Artikolu 3ga 3.
|
L-Artikoli 9, 9a u 10 għandhom japplikaw għall-attivitajiet tat-trasport marittimu bl-istess mod kif japplikaw għal attivitajiet oħrajn koperti mill-EU ETS bl-eċċezzjoni li ġejja fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10. Sal-31 ta' Diċembru 2030, sehem mill-kwoti għandu jiġi attribwit lill-Istati Membri bi proporzjon ta' kumpaniji tat-tbaħħir li kienu jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom skont l-Artikolu 3gf meta mqabbla mal-popolazzjoni rispettiva tagħhom fl-2020 u abbażi tad-data disponibbli għall-perjodu mill-2018 sal-2020, b'aktar minn 15-il kumpanija tat-tbaħħir għal kull miljun abitant. Il-kwantità tal-kwoti għandha tikkorrispondi għal 3,5 % tal-kwantità addizzjonali tal-kwoti minħabba ż-żieda fil-limitu massimu għat-trasport marittimu msemmi fl-Artikolu 9, it-tielet paragrafu, fis-sena rilevanti. Għas-snin 2024 u 2025, il-kwantità tal-kwoti għandha, barra minn hekk, tiġi mmultiplikata bil-perċentwali applikabbli għas-sena rilevanti skont l-Artikolu 3gb, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b). Id-dħul ġenerat mill-irkantar ta' dak is-sehem ta' kwoti għandu jintuża għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), fir-rigward tas-settur marittimu, u l-punti (f) u (i). 50 % tal-kwantità tal-kwoti għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri rilevanti abbażi tas-sehem tal-kumpaniji tat-tbaħħir taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-bqija mqassma f'ishma indaqs bejniethom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|