|
+Artikolu 3gf 1. |
Artikolu 3gf 1.L-awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandha tkun:
(a)
fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir irreġistrata fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih hija rreġistrata l-kumpanija tat-tbaħħir;
(b)
fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir li mhijiex irreġistrata fi Stat Membru, l-Istat Membru bl-akbar għadd stmat ta' waqfiet f'port minn vjaġġi mwettqa minn dik il-kumpanija tat-tbaħħir fl-erba' snin ta’ qabel ta' monitoraġġ u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga;
(c)
fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir li mhijiex irreġistrata fi Stat Membru u li ma wettqet l-ebda vjaġġ li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga fl-erba' snin ta' monitoraġġ preċedenti, l-Istat Membru fejn bastiment tal-kumpanija tat-tbaħħir ikun beda jew temm l-ewwel vjaġġ tiegħu li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit f'dak l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|