+Artikolu 3gf Awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir
---+Artikolu 3gf 1.
---+Artikolu 3gf 2.
---+Artikolu 3gf 3.
---+Artikolu 3gf 4.
|
Artikolu 3gf Awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3gf 1.
|
L-awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandha tkun:
(a)
fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir irreġistrata fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih hija rreġistrata l-kumpanija tat-tbaħħir;
(b)
fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir li mhijiex irreġistrata fi Stat Membru, l-Istat Membru bl-akbar għadd stmat ta' waqfiet f'port minn vjaġġi mwettqa minn dik il-kumpanija tat-tbaħħir fl-erba' snin ta’ qabel ta' monitoraġġ u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga;
(c)
fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir li mhijiex irreġistrata fi Stat Membru u li ma wettqet l-ebda vjaġġ li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga fl-erba' snin ta' monitoraġġ preċedenti, l-Istat Membru fejn bastiment tal-kumpanija tat-tbaħħir ikun beda jew temm l-ewwel vjaġġ tiegħu li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit f'dak l-Artikolu.
|
|
Artikolu 3gf 2.
|
Abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
(a)
qabel l-1 ta' Frar 2024, lista ta' kumpaniji tat-tbaħħir li wettqu attività ta’ trasport marittimu elenkata fl-Anness I li kienet taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga fl-1 ta' Jannar 2024, jew b'effett minn dik id-data, li tispeċifika l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kull kumpanija tat-tbaħħir f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
(b)
qabel l-1 ta' Frar 2026 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, lista aġġornata biex tagħti lura l-kumpaniji tat-tbaħħir irreġistrati fi Stat Membru lil awtorità amministrattiva oħra fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir jekk ikunu bidlu l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni fl-Unjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, jew biex tinkludi kumpaniji tat-tbaħħir li sussegwentement ikunu wettqu attività ta’ trasport marittimu elenkata fl-Anness I li tkun waqgħet fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga, f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu; u
(c)
qabel l-1 ta' Frar 2028 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, lista aġġornata biex tagħti lura l-kumpaniji tat-tbaħħir li mhumiex irreġistrati fi Stat Membru lil awtorità amministrattiva oħra fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 3gf 3.
|
Awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir li, skont il-lista stabbilita skont il-paragrafu 2, hija responsabbli għal kumpanija tat-tbaħħir għandha żżomm dik ir-responsabbiltà irrispettivament mill-bidliet sussegwenti fl-attivitajiet jew ir-reġistrazzjoni tal-kumpanija tat-tbaħħir sakemm dawk il-bidliet jiġu riflessi f'lista aġġornata.
|
|
Artikolu 3gf 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati relatati mal-amministrazzjoni tal-kumpaniji tat-tbaħħir mill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir skont din id-Direttiva. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|