|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.Mill-2019 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma jiġux allokati mingħajr ħlas f'konformità mal-Artikoli 10a u 10c ta' din id-Direttiva u li ma jitqegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
) (ir-“riżerva tal-istabbiltà tas-suq”) jew li ma jiġux ikkanċellati f'konformità mal-Artikolu 12(4) ta' din id-Direttiva. Mill-2021 'il quddiem, u mingħajr preġudizzju għal tnaqqis possibbli skont l-Artikolu 10a(5a), is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat għandu jkun ta' 57 %. 2 % tal-kwantità totali tal-kwoti bejn l-2021 u l-2030 għandhom jiġu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri (l-“Istati Membri benefiċjarji”) kif stabbilit fl-Artikolu 10d (il-“Fond għall-Modernizzazzjoni”). L-Istati Membri benefiċjarji għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b'PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013. Il-fondi li jikkorrispondu għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom jitqassmu f'konformità mal-Parti A tal-Anness IIb. Barra minn hekk, 2,5 % tal-kwantità totali ta' kwoti bejn l-2024 u l-2030 għandhom jiġu rkantati għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-Istati Membri benefiċjarji għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b'PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt il-75 % tal-medja tal-Unjoni matul il-perjodu mill-2016 sal-2018. Il-fondi li jikkorrispondu għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom jitqassmu f'konformità mal-Parti B tal-Anness IIb. Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri għandha tkun distribwita f'konformità mal-paragrafu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|