+Artikolu 10 L-irkant tal-kwoti
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 1a.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.

Artikolu 10 L-irkant tal-kwoti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Mill-2019 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma jiġux allokati mingħajr ħlas f'konformità mal-Artikoli 10a u 10c ta' din id-Direttiva u li ma jitqegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) (ir-“riżerva tal-istabbiltà tas-suq”) jew li ma jiġux ikkanċellati f'konformità mal-Artikolu 12(4) ta' din id-Direttiva.

Mill-2021 'il quddiem, u mingħajr preġudizzju għal tnaqqis possibbli skont l-Artikolu 10a(5a), is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat għandu jkun ta' 57 %.

2 % tal-kwantità totali tal-kwoti bejn l-2021 u l-2030 għandhom jiġu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri (l-“Istati Membri benefiċjarji”) kif stabbilit fl-Artikolu 10d (il-“Fond għall-Modernizzazzjoni”). L-Istati Membri benefiċjarji għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b'PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013. Il-fondi li jikkorrispondu għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom jitqassmu f'konformità mal-Parti A tal-Anness IIb.

Barra minn hekk, 2,5 % tal-kwantità totali ta' kwoti bejn l-2024 u l-2030 għandhom jiġu rkantati għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-Istati Membri benefiċjarji għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b'PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt il-75 % tal-medja tal-Unjoni matul il-perjodu mill-2016 sal-2018. Il-fondi li jikkorrispondu għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom jitqassmu f'konformità mal-Parti B tal-Anness IIb.

Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri għandha tkun distribwita f'konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 10 1a.
Meta l-volum tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-aħħar sena ta' kull perjodu msemmi fl- ►M9  Artikolu 13 ◄ ta' din id-Direttiva jaqbeż b'aktar minn 30 % tal-volum tal-irkant medju mistenni għall-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, żewġ terzi tad-differenza bejn il-volumi għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkantar fl-aħħar sena tal-perjodu u miżjuda f'pagamenti ugwali għall-volumi li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara.
Artikolu 10 2.

Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati minn kull Stat Membru għandha tkun magħmula kif ġej:

(a) 

►M9  90 % ◄ tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom ikunu rkantati jiġu distribwiti fost l-Istati Membri f’ishma li huma identiċi għas-sehem tal-emissjonijiet verifikati konformement ►M9  mal-EU ETS ◄ għall-2005 jew il-medja tal-perjodu mill-2005 sal-2007, abbażi ta’ liema waħda tkun l-ogħla, tal-Istat Membru kkonċernat;

▼M9

(b) 

10 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati jiġu distribwiti fost ċerti Stati Membri għal finijiet ta' solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet fl-Unjoni, b'hekk jiżdied l-ammont ta' kwoti li dawk l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa.

▼M9 —————

▼M4

Għall-finijiet tal-punt (a) fir-rigward tal-Istati Membri li ma pparteċipawx ►M9  fl-EU ETS ◄ fl-2005, is-sehem tagħhom għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw l-emissjonijiet verifikati konformement ►M9  mal-EU ETS ◄ fl-2007.

▼M9

Jekk meħtieġ, il-perċentwali msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu adattati b'mod proporzjonat biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tkun ta' 10 %.

Artikolu 10 3.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw dak id-dħul, bl-eċċezzjoni tad-dħul użat għall-kumpens tal-kostijiet indiretti tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 10a(6) ta’ din id-Direttiva, jew l-ekwivalenti f'valur finanzjarju ta' dak id-dħul, għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

▼M4

(a) 

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, anke billi jsir kontribut lill-Fond Dinji għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli u lill-Fond ta’ Adattament kif sar operattiv mill-Konferenza ta’ Poznan dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14 u COP/MOP 4), għall-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima u għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-adattament għall-bidla fil-klima, inkluża l-parteċipazzjoni f’inizjattivi fi ħdan il-qafas tal-Pjan Ewropew Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija u l-Pjattaformi għat-Teknoloġija Ewropej;

▼M15

(b) 

għall-iżvilupp ta' enerġiji rinnovabbli u grilji għat-trażmissjoni tal-elettriku biex jitwettqu l-impenn tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli u l-għanijiet tal-Unjoni dwar l-interkonnettività, kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni għal ekonomija sikura u sostenibbli b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u bħala għajnuna fit-twettiq tal-impenn tal-Unjoni li tiżdied l-effiċjenza enerġetika għal-livelli maqbula f'atti leġiżlattivi rilevanti, inkluż il-produzzjoni tal-elettriku minn awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

(c) 

għal miżuri mmirati biex jevitaw id-deforestazzjoni u jappoġġaw il-protezzjoni u r-restawr tat-torbiera, tal-foresti u ta’ ekosistemi oħra tal-art jew ekosistemi tal-baħar, inklużi miżuri li jikkontribwixxu għall-protezzjoni, ir-restawr u ġestjoni aħjar tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward taż-żoni protetti tal-baħar, u jżidu l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni favur il-bijodiversità, inkluż f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li rratifikaw il-Ftehim ta’ Pariġi, u miżuri biex jiġu ttrasferiti t-teknoloġiji u jiġi ffaċilitat l-adattament għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima f'dawk il-pajjiżi;

(d) 

għas-sekwestrazzjoni tal-forestrija u fil-ħamrija fl-Unjoni;

(e) 

għall-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 b'mod ambjentalment sikur, b'mod partikolari minn impjanti tal-enerġija tal-fjuwils fossili solidi u numru ta' setturi u subsetturi industrijali, inkluż f'pajjiżi terzi, u metodi innovattivi u teknoloġiċi tal-assorbiment tal-karbonju, bħall-qbid dirett mill-arja u l-ħżin;

(f) 

għall-investiment u l-aċċelerazzjoni fil-bidla lejn forom ta' trasport li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur, inkluż l-iżvilupp ta' trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija u servizzi u teknoloġiji tal-karozzi tal-linja li ma jagħmlux ħsara lill-klima, miżuri għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu, inkluż it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti, il-portijiet, it-teknoloġiji u l-infrastruttura innovattivi, u fjuwils alternattivi sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka li huma prodotti minn sorsi rinnovabbli, u teknoloġiji ta' propulsjoni b'emissjonijiet żero, u għall-finanzjament ta' miżuri li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tal-ajruporti f'konformità ma' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal trasport bl-ajru sostenibbli;

▼M4

(g) 

biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp fl-effiċjenza tal-enerġija u teknoloġiji nodfa fis-setturi koperti mill-iskop ta’ din id-Direttiva;

▼M15

(h) 

miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sistemi tat-tisħin distrettwali u l-iżolazzjoni, biex jappoġġjaw is-sistemi ta' tisħin u tkessiħ effiċjenti u rinnovabbli, jew biex jappoġġaw ir-rinnovazzjoni profonda u profonda fi stadji tal-bini f'konformità mad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), li tibda mir-rinnovazzjoni tal-bini bl-agħar prestazzjoni;

▼M15

(ha) 

għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju biex jiġu indirizzati aspetti soċjali f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju, inkluż billi jitnaqqsu t-taxxi distortivi, u tnaqqis mmirat ta' dazji u spejjeż għall-elettriku rinnovabbli;

(hb) 

għall-finanzjament ta' skemi ta' dividendi klimatiċi nazzjonali b'impatt ambjentali pożittiv ipprovat kif iddokumentat fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).

▼M4

(i) 

biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ġestjoni ►M9  tal-EU ETS ◄ ;

▼M9

(j) 

għall-finanzjament ta' azzjonijiet marbutin mal-politika dwar il-klima f'pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima;

▼M15

(k) 

għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema sabiex isir kontribut għal transizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima, b'mod partikolari f'reġjuni milquta l-agħar mit-transizzjoni tal-impjiegi, f'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, u biex isir investiment fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema li potenzjalment huma affettwati mit-transizzjoni, inklużi l-ħaddiema fit-trasport marittimu;

(l) 

għall-indirizzar ta' kwalunkwe riskju residwu ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi koperti mill-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), li jappoġġa t-transizzjoni u jippromwovi d-dekarbonizzazzjoni tagħhom f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

▼M15

Meta jiġi ddeterminat l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jibqa' jiżdied il-finanzjament internazzjonali għall-klima fil-pajjiżi terzi vulnerabbli msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (j).

▼M4

L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fl-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2.

▼M15

L-Istati Membri għandhom jitqiesu li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politiki ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew politiki regolatorji nazzjonali, li jimmassimizzaw l-appoġġ finanzjarju, stipulati għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u l-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom imressqa skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, filwaqt li jispeċifikaw, meta jkun rilevanti u kif xieraq, liema dħul jintuża u l-azzjonijiet li jittieħdu biex jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima mressaq f'konformità ma’ dak ir-Regolament, u l-pjanijiet territorjali tagħhom għal transizzjoni ġusta mħejjija f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).

Ir-rapportar għandu jkun dettaljat biżżejjed biex jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-Istati Membri mal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 10 4.

►M15  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva biex tissupplementa din id-Direttiva fir-rigward tal-għażla taż-żmiene, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar, inklużi modalitajiet għall-irkantar li huma meħtieġa għat-trasferiment ta' sehem mid-dħul għall-baġit tal-Unjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 30d(4) ta' din id-Direttiva jew bħala riżorsi proprji skont l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE, sabiex jiġi żgurat li dan jitwettaq b'mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dak il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla taż-żmien u s-sekwenzjar tal-irkanti u l-ammont stmat ta' kwoti li għandhom isiru disponibbli. ◄

Dawk l-atti delegati għandhom jiżguraw li l-irkanti jkunu maħsuba biex jiżguraw li:

(a) 

l-operaturi, u b'mod partikolari kwalunkwe intrapriża żgħira jew ta' daqs medju koperta mill-EU ETS, ikollhom aċċess sħiħ, ġust u ekwu;

(b) 

il-parteċipanti kollha jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni fl-istess ħin u l-parteċipanti ma jimminawx l-operar tal-irkanti;

(c) 

l-organizzazzjoni ta', u l-parteċipazzjoni fi, l-irkanti jkunu kosteffiċjenti u l-ispejjeż amministrattivi mhux dovuti jiġu evitati; u

(d) 

l-emittenti ż-żgħar jingħataw aċċess għall-kwoti.

▼M4

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tajba tar-regoli tal-irkant għal kull irkant, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess ġust u miftuħ, it-trasparenza, l-iffissar tal-prezzijiet u l-aspetti tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahar mill-irkant u għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni.

Artikolu 10 5.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju. Kull sena, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju u dwar politiki rilevanti oħra dwar il-klima u l-enerġija, inklużi t-tħaddim tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi nnegozjati, u li jiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar il-miżuri finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10a(6). Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni rilevanti titressaq lill-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel ma l-Kummissjoni tadotta r-rapport.
Artikolu 10 6.
L-ESMA għandha timmonitorja regolarment l-integrità u t-trasparenza tas-suq Ewropew tal-karbonju, b'mod partikolari fir-rigward tal-volatilità tas-swieq u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet, it-tħaddim tal-irkanti, l-operazzjonijiet ta' skambju fis-suq għall-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom, inklużi n-negozjar barra l-borża, il-likwidità u l-volumi nnegozjati, u l-kategoriji u l-imġiba tan-negozjar tal-parteċipanti fis-suq, inklużi l-pożizzjonijiet tal-intermedjarji finanzjarji. L-ESMA għandha tinkludi s-sejbiet rilevanti u, meta jkun meħtieġ, għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet fil-valutazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku f'konformità mal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ). Għall-finijiet tal-kompiti msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dettaljata tat-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.