+Artikolu 10a 1.

Artikolu 10a 1.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward ta' regoli li japplikaw għall-Unjoni kollha u li huma kompletament armonizzati għall-allokazzjoni ta' kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 19 ta' dan l-Artikolu.

▼M4

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw punti ta’ riferiment ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b’mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra u għal teknika ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta’ produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M’għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.

▼M15

Jekk installazzjoni tkun koperta mill-obbligu li twettaq awditjar tal-enerġija jew li timplimenta sistema ċertifikata ta' ġestjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) u jekk ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditjar jew tas-sistema ċertifikata ta' ġestjoni tal-enerġija ma jkunux implimentati, dment li ż-żmien tal-ħlas lura għall-investimenti rilevanti ma jaqbiżx it-tliet snin jew dment li l-kostijiet ta' dawk l-investimenti ma jkunux sproporzjonati, alllura l-ammont ta' allokazzjoni bla ħlas għandu jitnaqqas b'20 %. L-ammont ta' allokazzjoni bla ħlas ma għandux jitnaqqas jekk operatur juri li jkun implimenta miżuri oħrajn li jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra ekwivalenti għal dawk irrakkomandati mir-rapport tal-awditjar jew mis-sistema ċertifikata ta' ġestjoni tal-enerġija għall-installazzjoni kkonċernata.

Il-Kummissjoni għandha tissupplementa din id-Direttiva billi, fl-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu u mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli fl-ambitu tad-Direttiva 2012/27/UE, tipprevedi regoli armonizzati amministrattivament sempliċi għall-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu li jiżguraw li l-applikazzjoni tal-kundizzjonalità ma tipperikolax kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-integrità ambjentali jew it-trattament ugwali bejn installazzjonijiet madwar l-Unjoni. Dawk ir-regoli armonizzati għandhom, b'mod partikolari, jipprevedu skedi ta' żmien, kriterji għar-rikonoxximent tal-miżuri implimentati ta' effiċjenza enerġetika kif ukoll għal miżuri alternattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, bl-użu tal-proċedura għall-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tnaqqis b'20 % msemmi f'dak is-subparagrafu għandu jiġi applikat meta, sal-1 ta' Mejju 2024, l-operaturi tal-installazzjonijiet li l-livelli tagħhom ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra jkunu ogħla mit-80 perċentil tal-livell ta' emissjonijiet għall-parametri referenzjarji tal-prodotti rilevanti ma jkunux stabbilew pjan ta' newtralità klimatika għal kull waħda minn dawk l-installazzjonijiet għall-attivitajiet tagħhom koperti minn din id-Direttiva. Dak il-pjan għandu jinkludi l-elementi speċifikati fl-Artikolu 10b(4) u għandu jkun stabbilit f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni previsti f’dak l-Artikolu). L-Artikolu 10(4) għandu jitqies li jirreferi biss għal-livell ta' installazzjoni. Il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin imsemmija fl-Artikolu 10b(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), għandha tiġi vverifikata fir-rigward tal-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2025 u fir-rigward ta' kull perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, f'konformità mal-proċeduri ta' verifika u akkreditazzjoni previsti fl-Artikolu 15. Ebda kwota bla ħlas lil hinn minn 80 % ma għandha tiġi allokata jekk il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin intermedji ma tkunx ġiet ivverifikata fir-rigward tal-perjodu sa tmiem l-2025 jew fir-rigward tal-perjodu mill-2026 sal-2030.

Il-kwoti li ma jiġux allokati minħabba tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas f'konformità mat-tielet u l-ħames subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom jintużaw biex jeżentaw l-installazzjonijiet mill-aġġustament f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Meta jkun jifdal xi kwoti bħal dawn, 50 % ta' dawnk il-kwoti għandhom isiru disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu. Il-50 % l-oħra ta' dawk il-kwoti għandhom jiġu rkantati f'konformità mal-Artikolu 10(1) ta’ din id-Direttiva u l-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul rispettiv biex jindirizzaw kwalunkwe riskju residwu ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi koperti mill-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/956, filwaqt li jappoġġaw it-transizzjoni u jippromwovu d-dekarbonizzazzjoni tagħhom f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas lil installazzjonijiet f'setturi jew subsetturi, sal-punt li dawn ikunu koperti minn miżuri oħrajn li jindirizzaw ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/956. Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu aġġustati kif xieraq.

▼M15

Għal kull settur u subsettur, fil-prinċipju, il-parametru referenzjarju għandu jiġi kkalkulat għall-prodotti pjuttost milli għall-inputs, sabiex jiġu mmassimizzati t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza enerġetika matul kull proċess ta' produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat. Sabiex jiġu pprovduti aktar inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-installazzjonijiet li jużaw teknoloġiji ġodda li parzjalment inaqqsu jew kompletament jeliminaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u installazzjonijiet li jużaw teknoloġiji eżistenti, il-parametri referenzjarji ex ante ddeterminati għall-Unjoni kollha għandhom jiġu rieżaminati fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fil-perjodu mill-2026 sal-2030, bil-ħsieb li potenzjalment jiġu mmodifikati d-definizzjonijiet u l-konfini tas-sistema tal-parametri referenzjarji tal-prodotti eżistenti, filwaqt li bħala prinċipji gwida jitqiesu l-potenzjal ta' użu ċirkolari tal-materjali u li l-parametri referenzjarji għandhom ikunu indipendenti mill-feedstock u mit-tip ta' proċess ta' produzzjoni, meta l-proċessi ta' produzzjoni jkollhom l-istess fini. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni għall-fini li tiddetermina l-valuri ta' referenza riveduti għall-allokazzjoni bla ħlas f'konformità mal-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, mill-aktar fis possibbli u qabel il-bidu tal-perjodu mill-2026 sal-2030.

▼M4

Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante f’setturi u subsetturi individwali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

Mal-approvazzjoni ►M9  mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra paragunabbli ma’ dawk ►M9  tal-Unjoni ◄ , il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni gratis isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletament fid-dawl ta’ dak il-ftehim.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.