+Artikolu 10a Regoli tranżitorji madwar►M9l-Unjoni◄kollha għal allokazzjoni gratis armonizzata
---+Artikolu 10a 1.
---+Artikolu 10a 1a.
---+Artikolu 10a 2.
---+Artikolu 10a 5.
---+Artikolu 10a 5a.
---+Artikolu 10a 5b.
---+Artikolu 10a 6.
---+Artikolu 10a 7.
---+Artikolu 10a 8.
---+Artikolu 10a 8a.
---+Artikolu 10a 8b.
---+Artikolu 10a 9.
---+Artikolu 10a 11.
---+Artikolu 10a 19.
---+Artikolu 10a 20.
---+Artikolu 10a 21.
---+Artikolu 10a 22.
|
Artikolu 10a Regoli tranżitorji madwar►M9l-Unjoni◄kollha għal allokazzjoni gratis armonizzata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10a 1.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward ta' regoli li japplikaw għall-Unjoni kollha u li huma kompletament armonizzati għall-allokazzjoni ta' kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 19 ta' dan l-Artikolu.
▼M4
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw punti ta’ riferiment ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b’mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra u għal teknika ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta’ produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M’għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.
▼M15
Jekk installazzjoni tkun koperta mill-obbligu li twettaq awditjar tal-enerġija jew li timplimenta sistema ċertifikata ta' ġestjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
17
) u jekk ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditjar jew tas-sistema ċertifikata ta' ġestjoni tal-enerġija ma jkunux implimentati, dment li ż-żmien tal-ħlas lura għall-investimenti rilevanti ma jaqbiżx it-tliet snin jew dment li l-kostijiet ta' dawk l-investimenti ma jkunux sproporzjonati, alllura l-ammont ta' allokazzjoni bla ħlas għandu jitnaqqas b'20 %. L-ammont ta' allokazzjoni bla ħlas ma għandux jitnaqqas jekk operatur juri li jkun implimenta miżuri oħrajn li jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra ekwivalenti għal dawk irrakkomandati mir-rapport tal-awditjar jew mis-sistema ċertifikata ta' ġestjoni tal-enerġija għall-installazzjoni kkonċernata.
Il-Kummissjoni għandha tissupplementa din id-Direttiva billi, fl-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu u mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli fl-ambitu tad-Direttiva 2012/27/UE, tipprevedi regoli armonizzati amministrattivament sempliċi għall-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu li jiżguraw li l-applikazzjoni tal-kundizzjonalità ma tipperikolax kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-integrità ambjentali jew it-trattament ugwali bejn installazzjonijiet madwar l-Unjoni. Dawk ir-regoli armonizzati għandhom, b'mod partikolari, jipprevedu skedi ta' żmien, kriterji għar-rikonoxximent tal-miżuri implimentati ta' effiċjenza enerġetika kif ukoll għal miżuri alternattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, bl-użu tal-proċedura għall-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva.
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tnaqqis b'20 % msemmi f'dak is-subparagrafu għandu jiġi applikat meta, sal-1 ta' Mejju 2024, l-operaturi tal-installazzjonijiet li l-livelli tagħhom ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra jkunu ogħla mit-80 perċentil tal-livell ta' emissjonijiet għall-parametri referenzjarji tal-prodotti rilevanti ma jkunux stabbilew pjan ta' newtralità klimatika għal kull waħda minn dawk l-installazzjonijiet għall-attivitajiet tagħhom koperti minn din id-Direttiva. Dak il-pjan għandu jinkludi l-elementi speċifikati fl-Artikolu 10b(4) u għandu jkun stabbilit f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni previsti f’dak l-Artikolu). L-Artikolu 10(4) għandu jitqies li jirreferi biss għal-livell ta' installazzjoni. Il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin imsemmija fl-Artikolu 10b(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), għandha tiġi vverifikata fir-rigward tal-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2025 u fir-rigward ta' kull perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, f'konformità mal-proċeduri ta' verifika u akkreditazzjoni previsti fl-Artikolu 15. Ebda kwota bla ħlas lil hinn minn 80 % ma għandha tiġi allokata jekk il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin intermedji ma tkunx ġiet ivverifikata fir-rigward tal-perjodu sa tmiem l-2025 jew fir-rigward tal-perjodu mill-2026 sal-2030.
Il-kwoti li ma jiġux allokati minħabba tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas f'konformità mat-tielet u l-ħames subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom jintużaw biex jeżentaw l-installazzjonijiet mill-aġġustament f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Meta jkun jifdal xi kwoti bħal dawn, 50 % ta' dawnk il-kwoti għandhom isiru disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu. Il-50 % l-oħra ta' dawk il-kwoti għandhom jiġu rkantati f'konformità mal-Artikolu 10(1) ta’ din id-Direttiva u l-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul rispettiv biex jindirizzaw kwalunkwe riskju residwu ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi koperti mill-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/956, filwaqt li jappoġġaw it-transizzjoni u jippromwovu d-dekarbonizzazzjoni tagħhom f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas lil installazzjonijiet f'setturi jew subsetturi, sal-punt li dawn ikunu koperti minn miżuri oħrajn li jindirizzaw ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/956. Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu aġġustati kif xieraq.
▼M15
Għal kull settur u subsettur, fil-prinċipju, il-parametru referenzjarju għandu jiġi kkalkulat għall-prodotti pjuttost milli għall-inputs, sabiex jiġu mmassimizzati t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza enerġetika matul kull proċess ta' produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat. Sabiex jiġu pprovduti aktar inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-installazzjonijiet li jużaw teknoloġiji ġodda li parzjalment inaqqsu jew kompletament jeliminaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u installazzjonijiet li jużaw teknoloġiji eżistenti, il-parametri referenzjarji ex ante ddeterminati għall-Unjoni kollha għandhom jiġu rieżaminati fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fil-perjodu mill-2026 sal-2030, bil-ħsieb li potenzjalment jiġu mmodifikati d-definizzjonijiet u l-konfini tas-sistema tal-parametri referenzjarji tal-prodotti eżistenti, filwaqt li bħala prinċipji gwida jitqiesu l-potenzjal ta' użu ċirkolari tal-materjali u li l-parametri referenzjarji għandhom ikunu indipendenti mill-feedstock u mit-tip ta' proċess ta' produzzjoni, meta l-proċessi ta' produzzjoni jkollhom l-istess fini. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni għall-fini li tiddetermina l-valuri ta' referenza riveduti għall-allokazzjoni bla ħlas f'konformità mal-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, mill-aktar fis possibbli u qabel il-bidu tal-perjodu mill-2026 sal-2030.
▼M4
Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante f’setturi u subsetturi individwali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.
Mal-approvazzjoni
►M9
mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra paragunabbli ma’ dawk
►M9
tal-Unjoni ◄ , il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni gratis isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletament fid-dawl ta’ dak il-ftehim.
|
|
Artikolu 10a 1a.
|
Soġġett għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956, ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas b'rabta mal-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għall-ewwel snin tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956, il-produzzjoni ta' oġġetti elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament għandha tibbenefika minn allokazzjoni bla ħlas f'ammonti mnaqqsa. Għandu jiġi applikat fattur li jnaqqas l-allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni ta' dawk l-oġġetti (il-fattur CBAM). Il-fattur CBAM għandu jkun ugwali għal 100 % għall-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament u l-aħħar tal-2025 u, soġġett għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(2), il-punt (b), ta' dak ir-Regolament, għandu jkun ugwali għal 97,5 % fl-2026, 95 % fl-2027, 90 % fl-2028, 77,5 % fl-2029, 51,5 % fl-2030, 39 % fl-2031, 26,5 % fl-2032 u 14 % fl-2033. Mill-2034, ma għandu japplika ebda fattur CBAM. It-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas għandu jiġi kkalkolat kull sena bħala s-sehem medju tad-domanda għall-allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/956 meta mqabbla mad-domanda totali għall-allokazzjoni bla ħlas ikkalkolata għall-installazzjonijiet kollha, għall-perjodu rilevanti msemmi fl-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva. F’dan il-kalkolu għandu jiġi applikat il-fattur CBAM. Il-kwoti li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-paragrafu 8. Sal-31 ta’ Diċembru 2024 u bħala parti mir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 10(5) ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal oġġetti soġġetti għas-CBAM u prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili ta' pprezzar tal-karbonju. Ir-rapport, b'mod partikolari, għandu jivvaluta r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f'setturi li s-CBAM se japplika għalihom, b'mod partikolari r-rwol u l-adozzjoni mħaffa tal-idroġenu, u l-iżviluppi fir-rigward tal-flussi kummerċjali u l-emissjonijiet inkorporati ta' oġġetti prodotti minn dawk is-setturi fis-suq globali. Meta r-rapport jikkonkludi li hemm riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal oġġetti prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu ekwivalenti ta' pprezzar tal-karbonju, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza dak ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b'mod li jkun konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inkluż l-Artikolu XX tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994,, u li jqis id-dekarbonizzazzjoni tal-installazzjonijiet fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 10a 2.
|
Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt ta’ bidu għandu jkun ir-rendiment medju tal-istallazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar istallazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur
►M9
fl-Unjoni ◄ fis-snin 2007-2008. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.
►M9
L-atti ◄ taħt l-Artikoli 14 u 15 għandhom jipprovdu għal regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-produzzjoni bil-ħsieb li jiġu ddeterminati punti ta’ riferiment ex ante.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-fini li jiġu determinati l-valuri riveduti tal-punt ta' referenza għall-allokazzjoni mingħajr ħlas. Dawk l-atti għandhom jikkonformaw mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jaderixxu ma' dan li ġej:
(a)
Għall-perijodu mill-2021 sal-2025, il-valuri tal-punt ta' referenza għandhom jiġu determinati abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2016 u 2017. Abbażi ta' tqabbil ta' dawk il-valuri tal-punt ta' referenza mal-valuri tal-punt ta' referenza li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (
18
), kif adottata fis-27 ta' April 2011, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rata tat-tnaqqis annwali għal kull punt ta' referenza, u għandha tapplikah għall-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023 biex tiddetermina l-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025.
(b)
Fejn ir-rata ta' tnaqqis annwali taqbeż 1,6 % jew tkun anqas minn 0,2 %, il-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025 għandhom ikunu l-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 imnaqqsa bir-rata minn dawk iż-żewġ rati perċentwali li tkun rilevanti fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023.
(c)
Għall-perjodu mill-2026 sal-2030, il-valuri ta' referenza għandhom jiġu ddeterminati bl-istess mod kif stabbilit fil-punti (a) u (d) ta' dan is-subparagrafu, filwaqt li jitqies il-punt (e) ta' dan is-subparagrafu, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2021 u 2022 u abbażi tal-applikazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028.
(d)
Fejn ir-rata ta' tnaqqis annwali taqbeż it-2,5 % jew tkun inqas minn 0,3 %, il-valuri ta' referenza għall-perjodu mill-2026 sal-2030 għandhom ikunu l-valuri ta' referenza applikabbli fil-perjodu mill-2013 sal-2020 imnaqqsa bi kwalunkwe waħda minn dawk iż-żewġ rati perċentwali li tkun rilevanti, fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028.
(e)
Għall-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-rata ta' tnaqqis annwali għall-valur referenzjarju tal-prodott għall-metall sħun ma għandhiex tiġi affettwata mill-bidla fid-definizzjonijiet tal-parametru referenzjarju u l-limiti tas-sistema applikabbli skont il-paragrafu 1, it-tmien subparagrafu.
B'deroga fir-rigward tal-valuri ta' referenza għall-aromatiċi u l-gass sintetiku, dawk il-valuri ta' referenza għandhom jiġu aġġustati bl-istess persentaġġ bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawk il-prodotti. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). Bil-għan li jiġi promoss l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, għall-perijodu msemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, il-valur tal-punt ta' referenza għal metall jaħraq, li fil-biċċa l-kbira hu marbut ma' gassijiet tal-iskart, għandu jiġi aġġornat b'rata ta' tnaqqis annwali ta' 0,2 %.
|
|
Artikolu 10a 5.
|
Sabiex jiġi rispettat is-sehem tal-irkantar stabbilit fl-Artikolu 10, għal kull sena li fiha l-għadd tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas ma jilħaqx l-ammont massimu li jirrispetta s-sehem tal-irkantar, il-kwoti li jifdal sa dak l-ammont għandhom jintużaw għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas sabiex jiġi rrispettat is-sehem tal-irkantar fis-snin ta' wara. Meta, madankollu, jintlaħaq l-ammont massimu, l-allokazzjonijiet bla ħlas għandhom ikunu aġġustati kif xieraq. Kwalunkwe tali aġġustament għandu jsir b'mod uniformi. Madankollu, l-installazzjonijiet li l-livelli ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom ikunu taħt il-medja tal-10 % tal-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti f'settur jew subsettur fl-Unjoni għall-parametri referenzjarji rilevanti f'sena meta japplika l-aġġustament, għandhom jiġu eżentati minn dak l-aġġustament.
|
|
Artikolu 10a 5a.
|
B'deroga mill-paragrafu 5, ammont addizzjonali sa 3 % tal-kwantità totali ta' kwoti għandu, sa fejn meħtieġ, jintuża biex jiżdied l-ammont massimu disponibbli taħt il-paragrafu 5.
|
|
Artikolu 10a 5b.
|
Fejn ikun meħtieġ inqas minn 3 % tal-kwantità totali ta' kwoti biex jiżdied l-ammont massimu disponibbli taħt il-paragrafu 5:
—
ammont massimu ta' 50 miljun kwota għandu jintuża biex jiżdied l-ammont ta' kwoti disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10a(8); u
—
ammont massimu ta' 0,5 % tal-kwantità totali ta' kwoti għandu jintuża biex jiżdied l-ammont ta' kwoti disponibbli biex jiġu modernizzati s-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 10d.
|
|
Artikolu 10a 6.
|
►M15
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri finanzjarji f'konformità mat-tieni u mar-raba' subparagrafi ta' dan il-paragrafu li jiffavorixxu setturi jew subsetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba kostijiet indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jingħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku, dment li tali miżuri finanzjarji jkunu f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u, b'mod partikolari, ma jikkawżawx distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Il-miżuri finanzjarji adottati ma għandhomx jikkumpensaw il-kostijiet indiretti koperti minn allokazzjoni bla ħlas f'konformità mal-parametri referenzjarji stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Meta Stat Membru jonfoq ammont ogħla mill-ekwivalenti ta' 25 % tad-dħul mill-irkant imsemmi fl-Artikolu 10(3) għas-sena li fiha jkunu ġġarrbu l-kostijiet indiretti, huwa għandu jistabbilixxi r-raġunijiet li għalihom ikun inqabeż dak l-ammont. ◄
L-Istati Membri għandhom ifittxu wkoll li jużaw mhux aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għall-miżuri finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta' kull sena, l-Istati Membri li jkollhom tali miżuri finanzjarji fis-seħħ għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, f'forma li tkun faċilment aċċessibbli, l-ammont totali ta' kumpens ipprovdut għal kull settur u subsettur benefiċjarju. Mill-2018 'il quddiem, għal kull sena li fiha Stat Membru juża aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għal tali finijiet, huwa għandu jippubblika rapport li jispjega r-raġunijiet għalfejn qabeż dak l-ammont. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni rilevanti dwar il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi industrijali kbar li jibbenefikaw minn tali miżuri finanzjarji, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar jekk ġewx ikkunsidrati kif dovut miżuri oħra biex jitnaqqsu b'mod sostenibbli l-ispejjeż indiretti tal-karbonju fuq perijodu ta' żmien medju sa twil. Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 10(5), fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-effetti ta' tali miżuri finanzjarji fuq is-suq intern u, fejn ikun adatt, tirrakkomanda kwalunkwe miżura li tista' tkun meħtieġa skont dik il-valutazzjoni. Dawk il-miżuri għandhom ikunu tali li jiżguraw protezzjoni adegwata kontra r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, abbażi ta' parametri referenzjarji ex ante tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 għal kull unità tal-produzzjoni. Dawk il-parametri referenzjarji ex ante għandhom jiġu kkalkulati għal settur jew subsettur partikolari bħala l-prodott tal-konsum tal-elettriku għal kull unità tal-produzzjoni li jikkorrispondi għall-iktar teknoloġiji effiċjenti disponibbli u tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-taħlita Ewropea rilevanti tal-produzzjoni tal-elettriku.
|
|
Artikolu 10a 7.
|
►M9
Il-kwoti mill-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu li ma kinux allokati mingħajr ħlas sal-2020 għandhom jitwarrbu għal installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, flimkien ma' 200 miljun kwota mqiegħdafir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Mill-kwoti mwarrba, sa 200 miljun kwota għandhom jerġgħu jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fi tmiem il-perijodu mill-2021 sal-2030 jekk ma jkunux allokati għal dak il-perijodu. ◄
▼M15
Mill-2021 'il quddiem, il-kwoti li, skont il-paragrafi 19, 20 u 22, mhumiex allokati għal installazzjonijiet għandhom jiżdiedu mal-ammont ta' kwoti mwarrba f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, ta' dan il-paragrafu.
▼M4
L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.
Ma tista’ ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.
▼M9 —————
|
|
Artikolu 10a 8.
|
345 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi allokata bla ħlas skont dan l-Artikolu, u 80 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi rkantata skont l-Artikolu 10, kif ukoll il-kwoti li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas imsemmija fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' fond (il-"Fond għall-Innovazzjoni") bl-għan li jappoġġa l-innovazzjoni f'tekniki, proċessi u teknoloġiji b'livell baxx jew żero ta' karbonju li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi koperti minn din id-Direttiva u jikkontribwixxu għall-objettivi ta' tniġġis żero u ta' ċirkolarità, inklużi proġetti bl-għan li tali tekniki, proċessi u teknoloġiji jiżdiedu fid-dawl tal-implimentazzjoni wiesgħa tagħhom fl-Unjoni kollha. Tali proġetti għandu jkollhom potenzjal sinifikanti ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għandhom jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija u r-riżorsi f'konformità mal-miri tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija għall-2030. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi minn qabel il-kwoti għall-Fond għall-Innovazzjoni biex tiżgura li ammont adegwat ta' riżorsi jkun disponibbli ħalli titħaddan l-innovazzjoni, inkluż għaż-żieda. Il-kwoti li ma jinħarġux lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru minħabba li jwaqqfu l-operat tagħhom u li ma humiex meħtieġa biex ikopru kwalunkwe nuqqas ta' ċediment minn dawk l-operaturi għandhom jintużaw ukoll għall-appoġġ għall-innovazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Barra minn hekk, 5 miljun kwota mill-kwantità msemmija fl-Artikolu 3c(5) u (7) relatati mal-kwoti tal-avjazzjoni għall-2026 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-appoġġ għall-innovazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandhom jissupplimentaw kull dħul li jifdal mit-300 miljun kwota disponibbli fil-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE (
19
), u għandhom jintużaw b'mod f'waqtu għall-appoġġ għall-innovazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Meta tfassal u timplimenta sejħiet għal proposti jew offerti kompetittivi fil-qafas tal-Fond għall-Innovazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra proġetti strateġiċi rikonoxxuti f’konformità ma’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, li huma meqjusa bħala li jjikkontribwixxu għall-objettivi tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) b’mod konformi mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
20
). L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jipprovdu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond ta’ Koeżjoni stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
21
) u mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/1056 għal proġetti fit-territorju tagħhom fil-kuntest ta’ mekkaniżmi finanzjarji żviluppati fil-qafas tal-Fond għall-Innovazzjoni, bħall-iskema “irkant bħala servizz”. Il-Fond għall-Innovazzjoni għandu jkopri s-setturi elenkati fl-Annessi I u III, kif ukoll prodotti u proċessi li jissostitwixxu lil dawk intensivi fil-karbonju prodotti jew użati fis-setturi elenkati fl-Anness I, inklużi teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli u ta' ħżin tal-enerġija u qbid u użu tal-karbonju (CCU) li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari għall-emissjonijiet inevitabbli tal-proċessi, u għandu jgħin biex jistimula l-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' proġetti mmirati lejn il-qbid, it-trasport u l-ħżin ġeoloġiku (CCS) li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent tas-CO2, b'mod partikolari għall-emissjonijiet inevitabbli tal-proċessi industrijali, u l-qbid dirett tas-CO2 mill-atmosfera bi ħżin sikur, sostenibbli u permanenti (DACS), f'postijiet ġeografikament bilanċjati. Il-Fond għall-Innovazzjoni jista' jappoġġa wkoll teknoloġiji u infrastruttura innovattivi rivoluzzjonarji, inkluża l-produzzjoni ta' fjuwils b'livell baxx jew żero ta' karbonju, għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu, tal-avjazzjoni, tat-trasport ferrovjarju u tat-trasport bit-triq, inklużi forom kollettivi ta' trasport bħat-trasport pubbliku u s-servizzi ta' kowċis. Għall-avjazzjoni, jista' jappoġġa wkoll l-elettrifikazzjoni u azzjonijiet biex jitnaqqsu l-impatti ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima. Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lil proġetti f'setturi koperti mir-Regolament (UE) 2023/956 biex tiġi appoġġata l-innovazzjoni f'teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, fis-CCU, fis-CCS, fl-enerġija rinnovabbli u fil-ħżin tal-enerġija, b'mod li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima bil-għan li jingħata, matul il-perjodu mill-2021 sal-2030, lill-proġetti f'dawk is-setturi sehem sinifikanti tal-ekwivalenza fil-valur finanzjarju tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1a, ir-raba’ subparagrafu, ta' dan l-Artikolu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, qabel l-2027, tista' tvara sejħiet għal proposti ddedikati għas-setturi koperti minn dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħti attenzjoni speċjali lil proġetti li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu u għandha tinkludi suġġetti ddedikati għal dak il-fini fis-sejħiet għal proposti tal-Fond għall-Innovazzjoni, meta xieraq, inkluż għall-elettrifikazzjoni tat-trasport marittimu, kif ukoll biex jiġi indirizzat l-impatt sħiħ tagħha fuq il-klima, inklużi l-emissjonijiet tal-karbonju iswed. Tali sejħiet għal proposti għandhom ukoll, fil-kriterji użati għall-għażla tal-proġetti, iqisu b'mod partikolari il-potenzjal biex tiżdied il-protezzjoni tal-bijodiversità u biex jitnaqqas it-tniġġis akustiku u tal-ilma minn proġetti u investimenti. Il-Fond għall-Innovazzjoni, f'konformità mal-paragrafu 8a, jista' jappoġġa proġetti permezz ta' offerti kompetittivi, bħal CDs, CCDs jew kuntratti bi primjum fiss biex jappoġġa teknoloġiji ta' dekarbonizzazzjoni li għalihom il-prezz tal-karbonju jista' ma jkunx inċentiv biżżejjed. Il-Kummissjoni għandha tfittex sinerġiji bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u Orizzont Ewropa, b'mod partikolari fir-rigward tas-sħubijiet Ewropej, u, meta jkun rilevanti, għandha tfittex sinerġiji bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u programmi oħrajn tal-Unjoni. Il-proġetti fit-territorju tal-Istati Membri kollha, inklużi proġetti fuq skala żgħira u fuq skala medja, għandhom ikunu eliġibbli u, għall-attivitajiet marittimi, proġetti b'valur miżjud ċar għall-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli. It-teknoloġiji li jirċievu appoġġ għandhom ikunu innovattivi u jkunu għadhom mhux kummerċjalment vijabbli fuq skala simili mingħajr appoġġ, iżda għandhom jirrappreżentaw soluzzjonijiet rivoluzzjonarji jew ikunu maturi biżżejjed għall-applikazzjoni fuq skala prekummerċjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti destinati għall-Fond għall-Innovazzjoni jiġu rkantati f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva. Ir-rikavat mill-irkantar għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
22
). L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu fuq aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jiġu diżaggregati f'pagamenti akkont annwali fuq diversi snin. Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri b'parteċipazzjoni effettiva baxxa fi proġetti taħt il-Fond għall-Innovazzjoni bil-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-Istat Membru rikjedenti biex jappoġġa l-isforzi tal-proponenti tal-proġetti fit-territorji rispettivi tagħhom ħalli jissottomettu applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-Fond għall-Innovazzjoni, sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni ġeografika effettiva fil-Fond għall-Innovazzjoni u tiżdied il-kwalità ġenerali tal-proġetti ppreżentati. Il-Kummissjoni għandha tipprova tikseb kopertura ġeografika effettiva u bbażata fuq il-kwalità b’rabta mal-finanzjament mill-Fond għall-Innovazzjoni madwar l-Unjoni u għandha tiżgura monitoraġġ komprensiv tal-progress u segwitu xieraq f’dak ir-rigward. Soġġett għall-qbil tal-applikanti, wara li tingħalaq sejħa għal proposti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-applikazzjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti fit-territorji rispettivi tagħhom u għandha tipprovdilhom informazzjoni dettaljata dwar dawk l-applikazzjonijiet sabiex tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-Istati Membri tal-appoġġ għall-proġetti. Barra minn hekk, qabel l-għoti tal-appoġġ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar il-lista ta' proġetti magħżula minn qabel. Il-proġetti għandhom jintgħażlu permezz ta' proċedura tal-għażla trasparenti, b'mod newtrali fir-rigward tat-teknoloġija f'konformità mal-objettivi tal-Fond għall-Innovazzjoni kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u abbażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti, filwaqt li jitqies il-punt sa fejn il-proġetti jipprovdu kontribut sinifikanti għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni filwaqt li jikkontribwixxu għall-objettivi ta' tniġġis żero u ta' ċirkolarità f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u, fejn ikun rilevanti, il-punt sa fejn il-proġetti jikkontribwixxu biex jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet ferm taħt il-parametri referenzjarji msemmija fil-paragrafu 2. Il-proġetti għandu jkollhom il-potenzjal għal applikazzjoni mifruxa jew li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-kostijiet tat-transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima fis-setturi kkonċernati. Għandha tingħata prijorità lit-teknoloġiji u lill-proċessi innovattivi li jindirizzaw bosta impatti ambjentali. Proġetti li jinvolvu s-CCU għandhom iwasslu għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet u jiżguraw l-evitar jew il-ħżin permanenti tas-CO2. Fil-każ ta' għotjiet ipprovduti permezz ta' sejħiet għal proposti, jistgħu jiġu appoġġati sa 60 % tal-kostijiet rilevanti tal-proġetti, li 40 % minnhom ma hemmx bżonn li jkunu dipendenti fuq l-evitar ivverifikat tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, dment li jinkisbu l-istadji ewlenin iddeterminati minn qabel, filwaqt li titqies it-teknoloġija użata. Fil-każ ta' appoġġ ipprovdut permezz ta' offerti kompetittivi u fil-każ ta' appoġġ għal assistenza teknika, jistgħu jiġu appoġġati sa 100 % tal-kostijiet rilevanti tal-proġetti. Il-potenzjal ta' tnaqqis fl-emissjonijiet f'bosta setturi offrut minn proġetti kkombinati, inkluż f'żoni fil-qrib, għandu jitqies fil-kriterji użati għall-għażla tal-proġetti. Il-proġetti ffinanzjati mill-Fond għall-Innovazzjoni għandhom ikunu meħtieġa jaqsmu l-għarfien ma' proġetti rilevanti oħra kif ukoll ma' riċerkaturi bbażati fl-Unjoni li jkollhom interess leġittimu. It-termini tal-kondiviżjoni tal-għarfien għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni f'sejħiet għal proposti. Is-sejħiet għal proposti għandhom ikunu miftuħa u trasparenti. Fit-tħejjija tas-sejħiet għal proposti, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li s-setturi kollha jkunu koperti kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex tiżgura li s-sejħiet jiġu kkomunikati bl-aktar mod wiesa' possibbli, u speċjalment lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplementa din id-Direttiva f’dak li jikkonċerna r-regoli dwar it-tħaddim tal-Fond għall-Innovazzjoni, inklużi l-proċedura u l-kriterji tal-għażla, u s-setturi eliġibbli u r-rekwiżiti teknoloġiċi għat-tipi differenti ta' appoġġ. L-ebda proġett ma għandu jirċievi appoġġ permezz tal-mekkaniżmu skont dan is-subparagrafu li jaqbeż 15 % tal-għadd totali ta' kwoti disponibbli għal dan l-għan. Dak l-appoġġ għandu jitqies skont il-paragrafu 7. Sal-31 ta' Diċembru 2023 u kull sena wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fl-Artikolu 22a(1) ta' din id-Direttiva, dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni, filwaqt li tipprovdi analiżi tal-proġetti mogħtija finanzjament skont is-settur u skont l-Istat Membru, u l-kontribut mistenni ta’ dawk il-proġetti favur l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tippubblika dak ir-rapport.
|
|
Artikolu 10a 8a.
|
Għal CDs u CCDs mogħtija wara l-konklużjoni ta' mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi, għandha tiġi pprovduta kopertura xierqa permezz ta’ impenji baġitarji li jirriżultaw mir-rikavati tal-irkantar ta' kwoti disponibbli fil-Fond għall-Innovazzjoni u dawk l-impenji baġitarji jistgħu jiġu diżaggregati f'pagamenti akkont annwali fuq diversi snin. Għall-ewwel żewġ ċikli tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi, il-kopertura tar-responsabbiltà finanzjarja relatata mas-CDs u s-CCDs għandha tkun żgurata bis-sħiħ b'approprjazzjonijiet li jirriżultaw mir-rikavati tal-irkantar ta' kwoti allokati lill-Fond għall-Innovazzjoni skont il-paragrafu 8. Abbażi ta' valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva mill-Kummissjoni tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' CDs u CCDs, li għandha ssir wara l-konklużjoni tal-ewwel żewġ ċikli tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi u kull darba li jkun meħtieġ wara dan f'konformità mal-prinċipju tal-prudenza, skont liema l-assi u l-profitti ma għandhomx jiġu sopravalutati u l-obbligazzjonijiet u t-telf ma għandhomx jiġu sottovalutati, il-Kummissjoni, f'konformità mal-għoti tas-setgħa msemmija fit-tmien subparagrafu, tista' tiddeċiedi li tkopri biss parti mill-obbligazzjoni finanzjarja relatata ma' CDs u CCDs permezz tal-mezzi msemmija fl-ewwel subparagrafu u tkopri l-parti li jifdal permezz ta’ mezzi oħrajn. Il-Kummissjoni għandha timmira li tillimita l-użu ta' mezzi oħra ta' kopertura. Meta l-valutazzjoni twassal għall-konklużjoni li mezzi oħra ta' kopertura huma meħtieġa biex jitwettaq il-potenzjal sħiħ tas-CDs u s-CCDs, il-Kummissjoni għandha timmira għal taħlita bbilanċjata ta' mezzi oħra ta' kopertura. B'deroga mill-Artikolu 210(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-portata tal-użu ta' mezzi oħra ta' kopertura skont l-att delegat previst fit-tmien subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-obbligazzjoni finanzjarja li jifdal għandha tkun koperta biżżejjed, fid-dawl tal-prinċipji tat-Titolu X tar-Regolament (EU, Euratom) 2018/1046, jekk ikun meħtieġ, adattati għall-ispeċifiċitajiet tas-CDs u s-CCDs, b'deroga mill-Artikolu 209(2), il-punti (d) u (h), l-Artikolu 210(1), l-Artikolu 211(1), (2), (4) u (6), l-Artikoli 212, 213 u 214, l-Artikolu 218(1) u l-Artikolu 219(3) u (6) ta' dak ir-Regolament. Meta jkun applikabbli, mezzi oħra ta' kopertura, ir-rata ta' proviżjonament u d-derogi meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti f'att delegat previst fit-tmien subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni ma għandhiex tuża aktar minn 30 % tar-rikavati tal-irkantar tal-kwoti allokati lill-Fond għall-Innovazzjoni skont il-paragrafu 8 għall-proviżjonament għas-CDs u s-CCDs. Ir-rata ta' proviżjonament ma għandhiex tkun inqas minn 50 % tal-obbligazzjoni finanzjarja totali mġarrba mill-baġit tal-Unjoni għas-CDs u s-CCDs. Meta tiġi stabbilita ir-rata ta’ proviżjonament, il-Kummissjoni għandha tqis elementi li jistgħu jnaqqsu r-riskji finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni, lil hinn mill-approprjazzjonijiet disponibbli fil-Fond għall-Innovazzjoni, bħall-kondiviżjoni possibbli ta' obbligazzjoni ma' Stati Membri fuq bażi volontarja, jew mekkaniżmu possibbli ta' assigurazzjoni mill-ġdid mis-settur privat. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid ir-rata ta' proviżjonament mill-inqas kull tliet snin mid-data ta' applikazzjoni tal-att delegat li jkun stabbiliha għall-ewwel darba. Sabiex jiġu evitati applikazzjonijiet spekulattivi, l-aċċess għall-offerti kompetittivi jista' jsir soġġett għall-pagament mill-applikanti ta' depożitu li għandu jintilef f'każ li l-kuntratt ma jiġix rispettat. Tali depożiti mitlufa għandhom jintużaw għall-Fond għall-Innovazzjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Kwalunkwe kontribuzzjoni mħallsa lill-awtorità awtorizzanti minn benefiċjarju f'konformità mat-termini tas-CD jew tas-CCD fejn il-prezz ta' referenza jkun ogħla mill-prezz tal-eżerċitar (“reflows”) għandha tintuża għall-Fond għall-Innovazzjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva biex tissupplementa din id-Direttiva sabiex tipprevedi u tagħti dettall dwar mezzi oħra ta' kopertura, jekk ikun hemm, u, meta applikabbli, ir-rata ta' proviżjonament u d-derogi addizzjonali meħtieġa mit-Titolu X tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 kif stabbilit fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u barra minn hekk ir-regoli dwar it-tħaddim tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi, b'mod partikolari fir-rigward ta' depożiti u reflows. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-ħames subparagrafu ta' dan il-paragrafu billi tgħolli l-limitu ta' 30 % msemmi f'dak is-subparagrafu b'mhux aktar minn total ta' 20 punt perċentwali meta jkun meħtieġ biex tirrispondi għal domanda għal CDs u CCDs, filwaqt li tqis l-esperjenza tal-ewwel ċikli tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi u filwaqt li tqis il-ħtieġa li jinstab bilanċ xieraq fl-appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni bejn l-għotjiet u tali kuntratti. L-appoġġ finanzjarju mill-Fond għall-Innovazzjoni għandu jkun proporzjonali għall-objettivi ta' politika stabbiliti f'dan l-Artikolu u ma għandux iwassal għal distorsjonijiet indebiti tas-suq intern. Għal dan l-għan, l-appoġġ għandu jingħata biss biex ikopri kostijiet addizzjonali jew riskji ta' investiment li ma jkunux jistgħu jiġġarrbu mill-investituri taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.
|
|
Artikolu 10a 8b.
|
40 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi allokata bla ħlas skont dan l-Artikolu, u 10 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi rkantata skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva għandhom isiru disponibbli għall-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
23
). Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti destinati għall-Fond Soċjali għall-Klima jiġu rkantati fl-2025 f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva u l-att delegat adottat f'konformità ma' dak l-Artikolu. Id-dħul minn dak l-irkantar għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u għandu jintużaw f'konformità mar-regoli applikabbli għall-Fond Soċjali għall-Klima.”
|
|
Artikolu 10a 9.
|
Il-Greċja, li kellha prodott domestiku gross (PDG) per capita bil-prezzijiet tas-suq ta' inqas minn 60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2014, tista' titlob, qabel l-applikazzjoni tal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, sa 25 miljun kwota mill-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu li ma jkunux allokati mingħajr ħlas sal-31 ta' Diċembru 2020, għall-kofinanzjament ta' mhux iżjed minn 60 % tad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer fit-territorju tagħha. L-Artikolu 10d(3) għandu japplika mutatis mutandis għal tali kwoti. Jistgħu jintalbu kwoti fejn, minħabba aċċess ristrett għas-swieq tad-dejn internazzjonali, proġett maħsub għad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer tal-Greċja ma jkunx jista' jitwettaq b'mod ieħor u fejn il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jikkonferma l-vijabbiltà finanzjarja u l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġett.
|
|
Artikolu 10a 11.
|
Suġġett għall-Artikolu 10b, l-ammont ta’ kwoti allokati gratis taħt il-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu fl-2013 għandu jkun 80 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u mbagħad l-allokazzjoni gratis għandha tonqos kull sena b’ammonti ugwali sakemm jirriżulta f’allokazzjoni gratis ta’ 30 % fl-2020
►M9
————— ◄ .
|
|
Artikolu 10a 19.
|
Ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas lil installazzjoni li tkun waqfet topera. L-installazzjonijiet li l-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra skadielhom jew ġie rtirat u l-installazzjonijiet li għalihom l-operazzjoni jew il-bidu mill-ġdid tal-operazzjoni huma teknikament impossibbli għandhom jitqiesu bħala li waqqfu l-operazzjonijiet.
|
|
Artikolu 10a 20.
|
Il-livell ta' allokazzjonijiet bla ħlas mogħtija lil installazzjonijiet li l-operat tagħhom żdied jew naqas, skont valutazzjoni bbażata fuq medja mobbli ta' sentejn, b'aktar minn 15 % meta mqabbel mal-livell użat inizjalment biex jiddetermina l-allokazzjoni bla ħlas għall-perijodu rilevanti msemmi fl-Artikolu 11(1) għandu, kif ikun adatt, jiġi aġġustat. Tali aġġustamenti għandhom isiru bi kwoti mill-ammont ta' kwoti mwarrba skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew billi jiżdiedu miegħu.
|
|
Artikolu 10a 21.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva, nondiskriminatorja u uniformi tal-aġġustamenti u l-livell limitu msemmija fil-paragrafu 20 ta' dan l-Artikolu, sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv bla bżonn, u sabiex ma jitħallewx isiru manipulazzjoni jew abbuż tal-aġġustamenti għall-allokazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
|
|
Artikolu 10a 22.
|
Meta jkunu meħtieġa korrezzjonijiet għall-allokazzjonijiet bla ħlas mogħtija skont l-Artikolu 11(2), tali korrezzjonijiet għandhom jitwettqu bi kwoti minn, jew billi jiżdiedu kwoti ma', l-ammont ta' kwoti mwarrba f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|