+Artikolu 10a 2.

Artikolu 10a 2.

Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt ta’ bidu għandu jkun ir-rendiment medju tal-istallazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar istallazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur ►M9  fl-Unjoni ◄ fis-snin 2007-2008. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

►M9  L-atti ◄ taħt l-Artikoli 14 u 15 għandhom jipprovdu għal regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-produzzjoni bil-ħsieb li jiġu ddeterminati punti ta’ riferiment ex ante.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-fini li jiġu determinati l-valuri riveduti tal-punt ta' referenza għall-allokazzjoni mingħajr ħlas. Dawk l-atti għandhom jikkonformaw mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jaderixxu ma' dan li ġej:

(a) 

Għall-perijodu mill-2021 sal-2025, il-valuri tal-punt ta' referenza għandhom jiġu determinati abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2016 u 2017. Abbażi ta' tqabbil ta' dawk il-valuri tal-punt ta' referenza mal-valuri tal-punt ta' referenza li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE ( 18 ), kif adottata fis-27 ta' April 2011, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rata tat-tnaqqis annwali għal kull punt ta' referenza, u għandha tapplikah għall-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023 biex tiddetermina l-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025.

(b) 

Fejn ir-rata ta' tnaqqis annwali taqbeż 1,6 % jew tkun anqas minn 0,2 %, il-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025 għandhom ikunu l-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 imnaqqsa bir-rata minn dawk iż-żewġ rati perċentwali li tkun rilevanti fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023.

(c) 

Għall-perjodu mill-2026 sal-2030, il-valuri ta' referenza għandhom jiġu ddeterminati bl-istess mod kif stabbilit fil-punti (a) u (d) ta' dan is-subparagrafu, filwaqt li jitqies il-punt (e) ta' dan is-subparagrafu, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2021 u 2022 u abbażi tal-applikazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028.

(d) 

Fejn ir-rata ta' tnaqqis annwali taqbeż it-2,5 % jew tkun inqas minn 0,3 %, il-valuri ta' referenza għall-perjodu mill-2026 sal-2030 għandhom ikunu l-valuri ta' referenza applikabbli fil-perjodu mill-2013 sal-2020 imnaqqsa bi kwalunkwe waħda minn dawk iż-żewġ rati perċentwali li tkun rilevanti, fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028.

(e) 

Għall-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-rata ta' tnaqqis annwali għall-valur referenzjarju tal-prodott għall-metall sħun ma għandhiex tiġi affettwata mill-bidla fid-definizzjonijiet tal-parametru referenzjarju u l-limiti tas-sistema applikabbli skont il-paragrafu 1, it-tmien subparagrafu.

B'deroga fir-rigward tal-valuri ta' referenza għall-aromatiċi u l-gass sintetiku, dawk il-valuri ta' referenza għandhom jiġu aġġustati bl-istess persentaġġ bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawk il-prodotti.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

Bil-għan li jiġi promoss l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, għall-perijodu msemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, il-valur tal-punt ta' referenza għal metall jaħraq, li fil-biċċa l-kbira hu marbut ma' gassijiet tal-iskart, għandu jiġi aġġornat b'rata ta' tnaqqis annwali ta' 0,2 %.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.