|
+Artikolu 10d 2. |
Artikolu 10d 2.Mill-inqas 80 % tad-dħul mill-kwoti msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tielet subparagrafu, u mill-kwoti koperti minn notifika skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u mill-inqas 90 % tad-dħul mill-kwoti msemmija fl-Artikolu 10(1), ir-raba' subparagrafu, għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-investimenti f'dawn li ġejjin:
(a)
il-ġenerazzjoni u l-użu tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, inkluż l-idroġenu rinnovabbli;
(b)
it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;
(c)
it-tnaqqis tal-użu ġenerali tal-enerġija permezz tal-effiċjenza enerġetika, inkluż fl-industrija, fit-trasport, fil-bini, fl-agrikoltura u fl-iskart;
(d)
il-ħżin tal-enerġija u l-modernizzazzjoni tan-networks tal-enerġija, inklużi l-ġestjoni min-naħa tad-domanda, pipelines tat-tisħin distrettwali, grilji għat-trażmissjoni tal-elettriku, iż-żieda fl-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri u l-infrastruttura għal mobilità b'emissjonijiet żero;
(e)
l-appoġġ għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx, inkluż f'żoni rurali u remoti, biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u biex jimmodernizzaw is-sistemi tat-tisħin tagħhom; u
(f)
tranżizzjoni ġusta f'reġjuni dipendenti fuq il-karbonju fl-Istati Membri benefiċjarji, sabiex jiġu appoġġati r-riallokazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, l-inizjattivi ta' tfittxija tal-impjiegi u n-negozji ġodda, fi djalogu mas-soċjetà ċivili u mas-sħab soċjali, b’mod li huwa konsistenti mal-azzjonijiet rilevanti inklużi mill-Istati Membri fil-pjanijiet territorjali tagħhom għal tranżizzjoni ġusta, u li jikkontribwixxu għalihom, f'konformità mal-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2021/1056, fejn rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|