+Artikolu 11b L-attivitajiet tal-proġett
---+Artikolu 11b 1.
---+Artikolu 11b 2.
---+Artikolu 11b 3.
---+Artikolu 11b 4.
---+Artikolu 11b 5.
---+Artikolu 11b 6.
|
Artikolu 11b L-attivitajiet tal-proġett
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11b 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li l-linji bażi għall-attivitajiet tal-proġetti, kif definiti minn deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħt il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto li jkunu saru f’pajjiżi li iffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni ma’ l-Unjoni jkunu kompletament konformi ma’ l-acquis communautaire, inklużi d-derogi temporanji stabbiliti f’dak it-Trattat ta’ Adeżjoni.
►M9
L-Unjoni ◄ u l-Istati Membri tagħha għandhom jawtorizzaw biss attivitajiet ta’ proġetti fejn il-parteċipanti kollha ta’ proġetti jkollhom il-kwartieri tagħhom jew f’pajjiż li kkonkluda l-ftehim internazzjonali relatat ma’ proġetti bħal dawn jew f’pajjiż jew entità subfederali jew reġjonali marbutin
►M9
mal-EU ETS ◄ taħt l-Artikolu 25.
|
|
Artikolu 11b 2.
|
Ħlief kif previst fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri li jospitaw
►M2
attivitajiet ◄ ta’ proġetti għandhom jiżguraw li ma jinħarġu ebda ERUs jew CERs għal tnaqqis jew limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ gass serra minn stallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 11b 3.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet ta’ proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw direttament l-emissjonijiet ta’ installazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu kkanċellati mill-operatur ta’ dik l-istallazzjoni.
|
|
Artikolu 11b 4.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet dwar proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw indirettament il-livell ta’ l-emissjoni ta’ stallazzjonjiet fil- kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu ikkanċellati mir-reġistru nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-ERUs jew tal-CERs.
|
|
Artikolu 11b 5.
|
Stat Membru li jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw f'attivitajiet ta’ proġetti għandu jibqa’ responsabbli għat-twettiq ta’ l-obbligi tiegħu taħt il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto u għandu jiżgura li tali parteċipazzjoni tkun konsistenti mal-linji gwida, modalitajiet u proċeduri adottati rilevanti skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
|
|
Artikolu 11b 6.
|
Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ proġetti ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni li taqbeż l-20 MW, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta japprovaw tali attivitajiet ta’ proġetti, li l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali rilevanti, inklużi dawk li hemm fir-Rapport ta' Novembru tas-sena 2000 mill-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, “Digi u Żvilupp-Qafas ġdid għat-Teħid ta’ Deċiżjonijiet” fir-Rapport Finali ta’ Novembru tas-sena 2000 tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, ikunu rrispettati matul l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet ta’ proġetti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|